Ibbukkja ż-żjara/żjara virtwali tiegħek 

© Atelier Paul Noel sprl and Art& Build s.a.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jorganizza żjarat ta’ informazzjoni għall-membri tal-pubbliku li jkunu jixtiequ jsiru jafu iżjed dwar kif jaħdem il-KtR u dwar ir-rwol tar-reġjuni fit-tiswir tal-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Taqsimiet

Dwar

Il-preżentazzjoni, li ssir minn uffiċjal tal-KtR, ġeneralment iddum siegħa u tinkludi introduzzjoni ġenerali dwar il-Kumitat. Iż-żjarat huma organizzati bejn id-9.30 a.m. u l-4.30 p.m. mit-Tnejn sal-Ħamis, u sas-2.30 p.m. nhar ta’ Ġimgħa.

It-talbiet għandhom jintbagħtu lis-Servizz tal-Viżitaturi xahrejn minn qabel u għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

  • in-numru ta’ parteċipanti
  • it-tip ta’ grupp
  • il-lingwi mitkellma
  • l-età tal-parteċipanti
  • id-dettalji ta’ kuntatt tal-mexxej tal-grupp (isem, indirizz, numru tat-telefown, numru tal-faks u indirizz elettroniku).

Jekk jogħġbok uża l-kwestjonarju previst għat-talba tiegħek (EN - DE - FR).

Infakkruk li:

  • grupp irid ikollu mill-inqas 15-il parteċipant;
  • il-parteċipanti għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena;
  • iż-żjarat virtwali huma possibbli.

Indirizz

Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Rue Belliard 99-101

B-1040 Brussell

Multimedia

Ever wondered what is the European Committee of the Regions

 

Ara aktar

  • Ever wondered what is the European Committee of the Regions
    Ever wondered what is the European Committee of the Regions

Kuntatt

Servizz tal-Viżitaturi (Klaus Hullmann/Renata Sikora)
Ikkondividi :
 
Back to top