- eTendering 4.15.1 Dwar l-eTendering
- Għajnuna
- Mappa tas-Sit
- Cookies
- Ikkuntattja
- Avviż Legali
Għeżież utenti, Nixtiequ ninfurmawk li TED eTendering qed jitneħħa gradwalment u se jingħalaq b’mod permanenti fit-30 ta’ Settembru 2024. Mill-15 ta’ Lulju 2024 mhux se tiġi ppubblikata l-ebda proċedura ġdida. Dan se jiġi sostitwit bil-portal għall-Finanzjament u għall-Offerti (F&T) fejn il-proċeduri miftuħa kollha diġà bdew jiġu ppubblikati mill-25 ta’ Ottubru 2023. Fil-Portal F&T se tkun tista’ ssib mhux biss id-data ewlenija tas-sejħiet pubbliċi għall-offerti tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, iżda wkoll id-dokumentazzjoni u l-mistoqsijiet u t-tweġibiet tas-sejħa għall-offerti, attwalment ippubblikata fuq TED eTendering. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil EC-EPROCUREMENT-SERVICE-DESK@ec.europa.eu X’inhu l-eTendering?L-eTendering hu pjattaforma tal-eProcurement mibni fuq direttivi tal-KE fejn l-Awtoritajiet li Joħorġu l-Kuntratti u l-Operaturi Ekonomiċi jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum li għandhom x’jaqsmu mal-eProcurement. L-eTendering jagħti aċċess għad-dokumentazzjoni marbuta ma' Sejħa għall-Offerti bħad-Dokumentazzjoni tal-kuntratt, l-Ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, l-Annessi, il-Mistoqsijiet u t-Tweġibiet, u b'hekk hu għodda siewja ħafna li jestendi s-servizz offrut mit-TED (Tenders Electronic Daily) li hija l-verżjoni tas-'Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea' fuq l-Internet. It-transazzjoni tan-negozju hi pproċessata f'ambjent ta' sigurtà u b'mod effiċjenti. L-eTendering hu l-iktar mod effettiv li bih tista' tagħmel ix-xogħol marbut mal-offerti – is-servizzi kollha li huma proposti jingħataw mingħajr ħlas. Kif nista' nibbenifika mill-eTendering?L-eTendering jagħtik aċċess għad-dokumentazzjoni kollha marbuta ma' Sejħa għall-Offerti. Ikun aġġornat ħames darbiet fil-ġimgħa u hu integrat u ssinkronizzat mat-TED. Il-benefiċċju għal dawk li jużaw l-eTendering hu kif ġej: Għall-Awtoritajiet li Joħorġu l-Kuntratti
Għall-Operaturi Ekonomiċi
Għalfejn għandi nirreġistra għall-eTendering?Il-proċess biex tirreġistra hu ħafif ħafna u jinsab miftuħ għal kulħadd. Biex tirreġistra hi meħtieġa biss informazzjoni bażika ħafna – id-dettalji li bilfors huma meħtieġa uma indirizz validu tal-eMail u frażi sigrieta li tixtieq tuża. M'hemm l-ebda ħlas biex tirreġistra u tuża l-eTendering, u dan is-servizz se jibqa' jingħata b'xejn. Wieħed jista' jara l-informazzjoni kollha dwar is-Sejħiet għall-Offerti anki mingħajr ma jirreġistra. Madankollu min jirreġistra jingħata wkoll aċċess għas-servizzi li ġejjin:
|
Għajnuna
|