This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02006R1924-20141213
Regulation (EC) No 1924/2006 of the european parliament and of the council of 20 December 2006 on nutrition and health claims made on foods
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel
Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel
02006R1924 — MT — 13.12.2014 — 004.004
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 1924/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404 30.12.2006, p. 9) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 107/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2008 |
L 39 |
8 |
13.2.2008 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 109/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2008 |
L 39 |
14 |
13.2.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 116/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 |
L 37 |
16 |
10.2.2010 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1169/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Ottubru 2011 |
L 304 |
18 |
22.11.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1047/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 |
L 310 |
36 |
9.11.2012 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (KE) Nru 1924/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Diċembru 2006
dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Fil-każ ta' prodotti ta' l-ikel mhux ippakkjat minn qabel (inklużi prodotti friski bħall-frott, ħxejjex jew ħobż) li jitqiegħed għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari jew‘ lill-caterers tal-massa’ kif ukoll prodotti ta' l-ikel ippakkjati fil-punt tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej, jew ippakkjat minn qabel bil-ħsieb li se jinbiegħ immedjatament, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 10(2)(a) u (b) m'għandhomx japplikaw. Jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali sakemm, eventwalment, jiġu adottati miżuri Komunitarji mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jiġi supplimentat, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3).
Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll fir-rigward ta' ikel maħsub għal forniment ta' ristoranti, sptarijiet, skejjel, canteens u fornituri simili ta' l-ikel tal-massa.
Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-disposizzjonijiet Komunitarji li ġejjin:
Id-Direttiva 89/398/KEE u Direttivi adottati relatati ma' ikel għal użu nutrittiv partikolari;
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' l-ilma minerali naturali ( 1 );
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ( 2 );.
Id-Direttiva 2002/46/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
id-definizzjonijiet ta' “ikel”, “operatur ta' negozju ta' l-ikel”, “tqegħid fis-suq”, u “konsumatur finali” stabbilita fl-Artikoli 2, 3(3), 3(8) u 3(18) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel ( 3 ) għandhom japplikaw;
id-definizzjoni ta' “suppliment ta' l-ikel” stabbilita fid-Direttiva 2002/46/KE għandha tapplika;
id-definizzjonijiet ta' “tikketta b'tagħrif nutrittiv”, “proteina”, “carboidrat”, “zokkor”, “xaħam”, “saturati”, “mono-unsaturates”, “poly-unsaturates”, “fibra” stabbiliti fid-Direttiva 90/496/KEE għandhom japplikaw;
id-definizzjoni ta' “ittikkettar” stabbilita fl-Artikolu 1(3) punt (a) tad-Direttiva 2000/13/KE għandha tapplika.
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
“indikazzjoni” tfisser kull messaġġ jew rappreżentazzjoni, li mhix obbligatorja skond il-leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali, inklużi rappreżentazzjonijiet bi stampi, grafiċi jew simboliċi, f'kull forma, li jiddikjaraw, jissuġġerixxu jew jimplikaw li xi ikel għandu karetteristiċi partikolari;
“nutrijent” tfisser proteina, karboidrat, xaħam, fibra, sodju, vitamini jew minerali elenkati fl-Anness għad-Direttiva 90/496/KEE, u sustanzi, li jappartjenu għal jew huma komponenti ta' waħda minn dawk il-kategoriji;
“sustanza oħra” tfisser sustanza għajr nutrijent li għandu effett nutrittiv jew fiżjoloġiku;
“indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni” tfisser kull indikazzjoni li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li xi ikel għandu propjetajiet ta' nutriment partikolari ta' benefiċċju minħabba:
l-enerġija (valur kalorifiku) li
jipprovdi,
jipprovdi b'rata mnaqqsa jew miżjuda, jew
ma jipprovdix, u/jew
in-nutrijenti jew sustanzi oħra li
jikkontjeni,
jikkontjeni fi proporzjonijiet imnaqqsa jew miżjuda, jew
ma jikkontjenix;
“indikazzjoni dwar is-saħħa” tfisser kull indikazzjoni li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li teżisti relazzjoni bejn kategorija ta' ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa;
“indikazzjoni ta' tnaqqis ta' riskju ta' mard” tfisser indikazzjoni dwar vantaġġ għas-saħħa li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li l-konsum ta' kategorija ta' ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu jnaqqsu b'mod sinifikanti fattur ta' riskju fl-iżvilupp ta' xi marda tal-bniedem;
“Awtorità” tfisser l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel kif stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 178/2002.
KAPITOLU II
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali għall-indikazzjonijiet kollha
Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jistgħu jintużaw fit-tikketti, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' ikel imqiegħed fis-suq fil-Komunità biss jekk ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Bla ħsara għad-Direttivi 2000/13/KE u 84/450/KEE, l-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa ma għandux:
ikun falz, ambigwu jew qarrieqi;
iqajjem dubji dwar is-sigurtà u/jew l-adegwatezza nutrittiva ta' ikel ieħor;
iħeġġeġ jew jittollera l-konsum eċċessiv ta' xi ikel;
jiddikjara, jissuġġerixxi jew jimplika li dieta bilanċjata u varjata ma tistax tipprovdi kwantitajiet xierqa ta' nutrijenti in ġenerali. Derogi fil-każ ta' nutrijenti li ma jistgħux ikunu pprovduti fi kwantitajiet suffiċjenti b'dieta bilanċjata u varjata, inklużi l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom, u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentah, jistgħu ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3), b'kont meħud tal-kondizzjonijiet speċjali fl-Istati Membri;
jirreferi għal tibdil fil-funzjonament tal-ġisem li jista' jqajjem jew jisfrutta biża fil-konsumatur, kemm bit-test jew permezz ta' rappreżentazzjonijiet bi stampi, grafiċi jew simboliċi.
Artikolu 4
Kondizzjonijiet għall-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa
Il-profili nutrittivi għall-ikel u/jew xi kategoriji ta' ikel għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari:
il-kwantitajiet ta' ċerti nutrijenti u sustanzi oħra li jinsabu fl-ikel, bħal xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju;
l-irwol u l-importanza ta' l-ikel (jew ta' kategoriji ta' ikel) u l-kontribut lid-dieta tal-popolazzjoni in ġenerali jew, jekk ikun il-każ, ta' ċerti gruppi f'risjku inklużi t-tfal;
il-kompożizzjoni nutrittiva globali ta' l-ikel u l-preżenza ta' nutrijenti li jkun ġew rikonoxxuti b'mod xjentifiku bħala li għandhom effett fuq is-saħħa.
Il-profili nutrittivi għandhom ikunu bażati fuq l-għarfien xjentifiku dwar id-dieta u n-nutriment, u r-rabta tagħhom mas-saħħa.
Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità biex tagħti pariri xjentifiċi rilevanti fi żmien 12-il xahar, filwaqt li tiffoka b'mod partikolari fuq:
jekk il-profili għandhomx ikunu stabbiliti għall-ikel in ġenerali u/jew kategoriji ta' ikel
l-għażla u l-bilanċ tan-nutrijenti li ser jitqiesu
l-għażla tal-kwantità/bażi ta' referenza għall-profili
l-approċċ għall-kalkolu tal-profili, u
il-fattibilità u l-ittestjar tas-sistema proposta.
Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati, b'mod partikolari lil operaturi tan-negozju ta' l-ikel u gruppi ta' konsumaturi.
Il-profili nutrittivi u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimemtawh, għandhom ikunu aġġornati sabiex iqisu l-iżviluppi xjentifiċi rilevanti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3) u wara li jkunu kkonsultati l-partijiet interessati, b'mod partikulari operaturi tan-negozju ta' l-ikel u gruppi ta' konsumaturi.
B'deroga mill-paragrafu 1, indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni:
li jirreferu għat-tnaqqis tax-xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju għandhom jitħallew mingħajr referenza għal xi profil għan-nutrijent/i speċifiċi li għalihom issir l-indikazzjoni, bil-kondizzjoni li huma jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament;
għandhom ikunu permessi, meta nutrijent wieħed jisboq il-profil nutrittiv kemm-il darba tkun tidher dikjarazzjoni dwar in-nutrijent speċifiku li tkun viċin ħafna, fuq l-istess naħa u bl-istess prominenza ta' l-indikazzjoni. Din id-dikjarazzjoni għandha taqra hekk: “Kontenut għoli ta' ( *1 )”.
Għal dak li għandu x'jaqsam ma' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni, għal xorb li jkun fih aktar minn 1,2 % tal-volum ta' alkoħol huma biss indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li jirreferu għal livell baxx ta' alkoħol, jew għal tnaqqis fil-kontenut ta' l-alkoħol, jew għal tnaqqis fil-kontenut ta' enerġija li għandhom ikunu permessi.
Artikolu 5
Kondizzjonijiet ġenerali
L-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
ikun muri li l-preżenza, in-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas f'ikel jew f'kategorija ta' ikel ta' nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjoni għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku ta' benefiċċju, kif stabbilit minn evidenza xjentifika b'mod ġenerali;
in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjoni:
ikunu jinsabu fil-prodott finali fi kwantità sinifikanti kif definit mil-leġislazzjoni Komunitarja jew, fejn tali regoli ma jeżistux, fi kwantità li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali; jew
ma jkunux preżenti jew ikunu preżenti fi kwantità mnaqqsa li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali;
fejn ikun il-każ, in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjoni jkunu f'forma li tkun tista' tintuża mill-ġisem;
il-kwantità tal-prodott li tista' tkun mistennija b'mod raġonevoli li tkun ikkonsmata tipprovdi kwantità sinifikanti tan-nutrijent jew sustanza oħra li għalihom tirrelata l-indikazzjoni, kif definit fil-leġislazzjoni Komunitarja, jew fejn tali regoli ma jezistux, kwantità sinifikanti li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali;
konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-Kapitolu III jew Kapitolu IV skond il-każ.
Artikolu 6
Sostanzjament xjentifiku għall-indikazzjonijiet
Artikolu 7
Informazzjoni dwar in-nutrizzjoni
It-tikkettar dwar in-nutrizzjoni ta’ prodotti li dwarhom tkun saret dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni u/jew saħħa għandu jkun obbligatorju, bl-eċċezzjoni tar-reklamar ġeneriku. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tikkonsisti minn dik speeifikata fl-Artikolu 30(1)tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi ( 4 ) Fejn issir dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni u/jew is-saħħa għal nutrijent imsemmi fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 l-ammont ta’ dak in-nutrijent għandu jkun iddikjarat konformement mal-Artikoli 31 sa 34 tar-Regolament.
L-ammont jew ammonti tas-sustanza jew sustanzi li magħhom hi marbuta dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni jew saħħa li ma jidhrux fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni għandhom ikunu indikati fl-istess ►C2 kampijiet ta' viżjoni ◄ bħat-tikketta dwar in-nutrizzjoni u għandhom ikunu espressi skont l-Artikoli 31, 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1169/2011. L-unitajiet ta’ kejl użati biex jiġi espress l-ammont tas-sustanza għandhom ikunu adegwati għas-sustanzi individwali kkonċernati.
Fil-każ ta' supplimenti ta' l-ikel, l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tkun provduta skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/46/KE.
KAPITOLU III
INDIKAZZJONIJIET DWAR IN-NUTRIZZJONI
Artikolu 8
Kondizzjonijiet speċifiċi
Artikolu 9
Indikazzjonijiet komparattivi
KAPITOLU IV
INDIKAZZJONIJIET DWAR IS-SAĦĦA
Artikolu 10
Kondizzjonijiet speċifiċi
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk l-informazzjoni li ġejja tkun inkluża fuq it-tikketta, jew jekk tali tikketta ma teżistix, fil-preżentazzjoni u r-reklamar:
dikjarazzjoni li tindika l-importanza ta' dieta varjata u bilanċjata u stil ta' ħajja san;
il-kwantità ta' l-ikel u l-mod tal-konsum meħtieġa biex jinkiseb l-effett ta' benefiċċju indikat;
fejn xieraq, dikjarazzjoni indirizzata lejn persuni li għandhom jevitaw l-użu ta' dak l-ikel; u
twissija adegwata għal prodotti li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa jekk ikkunsmati eċċessivament.
Artikolu 11
Assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' professjonisti mediċi, tan-nutrizzjoni u tad-dieta u karitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa
Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar ir-rakkomandazzjonijiet jew approvazzjoni minn assoċjazzjonijiet mediċi nazzjonali ta' professjonisti mediċi, tan-nutrizzjoni u tad-dieta u karitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa nazzjonali, ir-regoli nazzjonali rilevanti jistgħu japplikaw f'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.
Artikolu 12
Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa
L-indikazzjonijiet li ġejjin dwar is-saħħa ma għandhomx ikunu permessi:
indikazzjonijiet li jissuġġerixxu li s-saħħa tista' tiġi affettwata jekk l-ikel ma jkunx ikkunsmat;
indikazzjonijiet li jirreferu għar-rata jew l-ammont ta' tnaqqis fil-piż;
indikazzjonijiet li jirreferu għal rakkomandazzjonijiet ta' tobba jew professjonisti individwali fil-qasam tas-saħħa u assoċjazzjonijiet oħra li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 11.
Artikolu 13
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju ta' mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal
Indikazzjonijiet li jiddeskrivu jew jirreferu għal:
l-irwol ta' nutrijent jew ta' sustanza oħra fit-tkabbir, l-iżvilupp u l-funzjonijiet tal-ġisem, jew
il-funzjonijiet psikoloġiċi u ta' mġieba, jew
bla ħsara għad-Direttiva 96/8/KE, dieta jew kontroll tal-piż jew tnaqqis fis-sens ta' ġuħ jew żieda fis-sens ta' xaba' jew għat-tnaqqis ta' l-enerġija disponibbli mid-dieta,
li huma indikati fil-lista prevista fil-paragrafu 3 jistgħu jsiru mingħajr ma jgħaddu mill- proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 19, jekk ikunu:
ibbażati fuq evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, u
mifhuma sew mill-konsumatur medju.
Artikolu 14
Indikazzjonijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard u indikazzjonijiet relatati ma' l-iżvilupp u mas-saħħa tat-tfal
Minkejja l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjonijiet li ġejjin jistgħu jsiru fejn ġew awtorizzati b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikoli 15, 16, 17 u 19 ta' dan ir-Regolament għall-inklużjoni f'lista Komunitarja ta' tali allegazzjonijiet permessi flimkien mal-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-użu ta' dawn l-indikazzjonijiet:
tnaqqis fl-indikazzjonijiet ta' riskju ta' mard,
indikazzjonijiet li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal.
Artikolu 15
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru.
L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha:
tirrikonoxxi li tkun irċeviet l-applikazzjoni bil-miktub fi żmien 14-il jum minn meta tirċevieha. Ir-rikonoxximent għandu jiddikjara d-data ta' meta l-applikazzjoni tkun irċevuta;
tinforma mingħajr dewmien lill-Awtorità; u
tagħmel l-applikazzjoni u kull informazzjoni supplimentari fornuta mill-applikant disponibbli għall-Awtorità;
L-Awtorità għandha:
tinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-applikazzoni u għandha tagħmel l-applikazzjoni u kull informazzjoni supplimentari fornuta mill-applikant disponibbli lilhom;
tagħmel is-sommarju ta' l-applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 3(g) disponibbli lill-pubbliku.
L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;
in-nutrijent jew sustanza oħra, jew l-ikel jew kategorija ta' ikel li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjonidwar is-saħħa u l-karatteristiċi partikolari tagħhom;
kopja ta' l-istudji, inklużi, fejn ikun hemm, studji indipendenti rivisti mill-pari, li jkunu ġew imwettqa fir-rigward ta' l-indikazzjoni dwar is-saħħa u kull materjal ieħor li jkun disponibbli biex jintwera li l-indikazzjoni dwar is-saħħa tikkonforma mal-kriterji previsti f'dan ir-Regolament;
fejn ikun xieraq, indikazzjoni ta' l-informazzjoni li għandha tkun meqjusa bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali akkumpanjata minn ġustifikazzjoni li tista' tiġi vverifikata;
kopja ta' studji xjentifiċi oħra li huma rilevanti għal dik l-indikazzjoni dwar is-saħħa;
proposta dwar il-kliem li għandu jintuża fl-indikazzjoni dwar is-saħħa li għaliha tkun qed tiġi mitluba l-awtorizzazzjoni, inklużi, skond il-każ, il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu;
sommarju ta' l-applikazzjoni.
Artikolu 16
Opinjoni ta' l-Awtorità
Sabiex tħejji l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha tivverifika:
li l-indikazzjoni dwar is-saħħa tkun sostnuta minn evidenza xjentifika;
li l-kliem ta' l-indikazzjoni dwar is-saħħa jikkonforma mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.
F'każ ta' opinjoni favur l-awtorizzazzjoni ta' l-iindikazzjoni dwar is-saħħa, l-opinjoni għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:
l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;
in-nutrijent jew sustanza oħra jew l-ikel jew il-kategorija ta' ikel li fir-rigward tagħhom għandha ssir l-indikazzjoni u l-karatteristiċi partikolari tagħhom;
proposta għall-kliem ta' l-indikazzjoni dwar is-saħħa, inklużi, jekk ikun il-każ, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' l-użu;
meta jkun japplika, il-kondizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' l-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali li għandha takkumpanja l-indikazzjoni dwar is-saħħa fuq it-tikketta jew fir-reklamar.
L-applikant jew membri tal-pubbliku jistgħu jibgħatu kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn din il-pubblikazzjoni.
Artikolu 17
Awtorizzazzjoni Komunitarja
Deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3).
Madankollu, fejn fuq talba ta' l-applikant għall-protezzjoni tad-data ta' propjetà, il-Kummissjoni tipproponi li tillimita l-użu tat-talba favur l-applikant:
għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tat-talba skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(2). F'każ bħal dan, l-awtorizzazzjoni, jekk tingħata, għandha tiskadi wara ħames snin;
qabel ma jiskadi l-perjodu ta' ħames snin, jekk l-indikazzjoni għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta' miżuri, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għall-awtorizzazzjoni ta' l-indikazzjoni mingħajr restrizzjoni għall-użu, li dwaru għandha tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-artikolu 25(3).
Artikolu 18
Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(5)
Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(3)(a) u (b), (5) u (6) għandha tapplika mutatis mutandis.
Meta l-Awtorità toħroġ opinjoni li ma tappoġġjax l-inklużjoni ta' l-indikazzjoni fil-lista msemmija fil-paragrafu 4, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tittieħed skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3).
Madankollu, fejn fuq talba ta' l-applikant għall-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tipproponi li tillimita l-użu ta' l-istqarrija favur l-applikant:
għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-indikazzjoni bi qbil mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(2). F'każ bħal dan, l-awtorizzazzjoni, jekk tingħata, għandha tiskadi wara ħames snin;
qabel ma jiskadi l-perjodu ta' ħames snin, jekk it-talba tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta' miżuri, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għall-awtorizzazzjoni ta' l-indikazzjoni mingħajr restrizzjoni għall-użu, li dwaru għandha tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3).
Artikolu 19
Modifika, sospensjoni u revoka ta' awtorizzazzjonijiet
Hija għandha minnufih tittrasmetti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u, fejn ikun rilevanti, lill-applikant oriġinali ta' l-indikazzjoni in kwistjoni. L-Awtorità, f'konformità ma' l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha.
L-applikant/utent jew xi membru tal-pubbliku jistgħu jibgħatu kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn tali pubblikazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-opinjoni ta' l-Awtorità u kwalunkwe kumment li tirċievi kemm jista' jkun malajr. Jekk ikun il-każ, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi modifikata, sospiża jew revokata skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 17 u 18.
KAPITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 20
Reġistru Komunitarju
Ir-Reġistru għandu jinkludi dan li ġej:
l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom kif imniżżel fl-Anness;
restrizzjonijiet adottati skond l-Artikolu 4(5);
l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom previsti fl-Artikoli 13(3) u (5), 14(1), 19(2), 21, 24(2) u 28(6) u l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22(3);
lista ta l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ġew rifjutati u r-raġuni għal dan.
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati abbażi ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali għandhom jiġu reġistrati f'Anness separat għar-Reġistru flimkien ma' l-informazzjoni li ġejja:
id-data li fiha l-Kummissjoni awtorizzat l-indikazzjoni dwar is-saħħa u l-isem ta' l-applikant oriġinali li ngħatatlu l-awtorizzazzjoni;
il-fatt li l-Kummissjoni awtorizzat l-indikazzjoni dwar is-saħħa abbażi ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali u użu ristrett;
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17(3), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 18(5), it-tieni subparagrafu, il-fatt li l-indikazzjoni dwar is-saħħa hija awtorizzata għal-żmien limitat.
Artikolu 21
Protezzjoni ta' data
Id-data xjentifika u informazzjoni oħra fl-applikazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 15(3) ma tistax tiġi użata għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għall-perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni, sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx ftiehem ma' l-applikant ta' qabel li tali data u informazzjoni jistgħu jintużaw, fejn:
id-data xjentifika u informazzjoni oħra ġew klassifikati bħala kopert mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel fil-ħin meta saret l-applikazzjoni ta' qabel; u
l-applikant ta' qabel kellu d-dritt esklużiv ta' referenza għad-data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali fil-ħin meta saret l-applikazzjoni ta' qabel; u
l-indikazzjoni dwar is-saħħa ma setgħetx tiġi awtorizzata mingħajr is-sottomissjoni tad-data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel.
Artikolu 22
Disposizzjonijiet Nazzjonali
Bla ħsara għat-Trattat, partikolarment l-Artikoli 28 u 30 tiegħu, l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kummerċ fl-ikel jew l-irreklamar tiegħu li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament billi japplikaw disposizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw indikazzjonijiet magħmula fuq ċertu ikel jew fuq ikel in ġenerali.
Artikolu 23
Proċedura ta' notifika
Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, hi għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jekk il-miżuri previsti jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista' teħtieġ li jsiru ċerti emendi lill-miżura prevista.
Artikolu 24
Miżuri ta' salvagwardja
Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet għas-sospensjoni.
Il-Kummissjoni tista' tibda din il-proċedura fuq inizjattiva tagħha stess.
Artikolu 25
Il-proċedura tal-Kumitat
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Artikolu 26
Monitoraġġ
Sabiex jiġi faċilitat il-monitoraġġ effikaċi ta' ikel li jkollu fuqu indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-fabbrikant jew lill-persuna li tqiegħed tali ikel fis-suq fit-territorju tagħhom sabiex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan billi jibgħatulha mudell tat-tikketta użata għal prodott.
Artikolu 27
Evalwazzjoni
Sa 19 ta' Jannar 2013 l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-evoluzzjoni tas-suq ta' l-ikel li fir-rigward tiegħu jsiru indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa u dwar l-għarfien mill-konsumatur ta' l-indikazzjonijiet, flimkien ma' proposta għal emendi jekk ikun meħtieġ. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni ta' l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-għażliet tad-dieta u l-impatt potenzjali fuq l-obeżità u fuq il-mard li ma jitteħidx.
Artikolu 28
Miżuri transitorji
Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni f'forma ta' rappreżentazzjonijiet fi stampi, grafiċi jew simboliċi, li huma konformi mal-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament, li mhumiex inklużi fl-Anness u li huma wżati skond kondizzjonijiet u kriterji speċifiċi elaborati permezz ta' regoli jew disposizzjonijiet nazzjonali, għandhom ikunu soġġetti għal li ġej:
l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn 31 ta' Jannar 2008, dawk l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u r-regoli jew disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli, flimkien mad-data xjentifika bħala sostenn għal dawn ir-regoli jew disposizzjonijiet;
il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3), tadotta deċiżjoni dwar l-użu ta' tali indikazzjonijiet u mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament.
Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li mhumiex awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw għal tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
►M2 Indikazzjonijiet dwar is-saħħa minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 13(1)(a) u fl-Artikolu 14(1)(a), li ntużaw b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu soġġetti għal dan li ġej: ◄
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ġew issoġġettati għal evalwazzjoni u awtorizzazzjoni fi Stat Membru għandhom jiġu awtorizzati kif ġej:
l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn 31 ta' Jannar 2008, dawk l-indikazzjonijiet flimkien ma' rapport li jevalwa d-data xjentifika bħala sostenn għall-indikazzjoni;
wara li tikkonsulta lill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3), tadotta deċiżjoni dwar l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati b'dan il-mod u mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah.
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mhux awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw sa sitt xhur wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni;
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ma ġewx issoġġettati għal evalwazzjoni u awtorizzazzjoni fi Stat Membru: tali indikazzjonijiet jistgħu jibqgħu jintużaw bil-kondizzjoni li ssir applikazzjoni skond dan ir-Regolament sa 19 ta' Jannar 2008, indikazzjonijiet dwar is-saħħa mhux awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw għal sitt xhur wara li tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 17(3).
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn 1 ta' Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u kondizzjonijiet li japplikaw għalihom
VALUR ENERĠETIKU BAXX
Indikazzjoni li ikel għandu valur enerġetiku baxx, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 40kcal (170kJ)/100g għal solidi jew aktar minn 20kcal (80kJ)/100ml għal likwidi. Għal sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta' fuq il-mejda japplika l-limitu ta' 4kcal (17kJ)/porzjon, b'karatteristiċi ta' ħlewwa ekwivalenti għal 6g ta' sukrosju (madwar kuċċarina sukrosju).
VALUR ENERĠETIKU MNAQQAS
Indikazzjoni li ikel għandu valur enerġetiku mnaqqas, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-valur enerġetiku hu mnaqqas b'ta' l-inqas 30 %, flimkien ma' speċifikazzjoni dwar il-karatteristika/ċi li tagħmel/jagħmlu l-ikel imnaqqas fil-valur enerġetiku totali tiegħu.
BLA VALUR ENERĠETIKU
Indikazzjoni li ikel ma jkollux valur enerġetiku, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 4kcal (17kJ)/100ml. Għal sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta' fuq il-mejda japplika l-limitu ta' 0,4kcal (1,7kJ)/porzjon, b'karatteristiċi ta' ħlewwa ekwivalenti għal 6g ta' sukrosju (madwar kuċċarina ta' sukrosju).
BI FTIT XAĦAM
Indikazzjoni li ikel ikollu ftit xaħam, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mhux aktar minn 3g ta' xaħam f'kull 100g għal solidi jew 1,5g ta' xaħam f'kull 100ml għal likwidi (1,8g ta' xaħam f'kull 100ml għal ħalib parzjalment xkumat).
BLA XAĦAM
Indikazzjoni li ikel hu bla xaħam, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,5g ta' xaħam f'kull 100g jew 100ml. Madankollu, indikazzjonijiet espressi bħala “X % bla xaħam” għandhom ikunu projbiti.
KONTENUT BAXX TA' XAĦAM SATURAT
Indikazzjoni li ikel ikollu kontenut baxx ta' xaħam saturat, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss jekk it-total ta' l-aċidi tax-xaħam saturati u l-aċidi tax-xaħam trans fil-prodott ma jaqbiżx il 1,5g f'kull 100g għas-solidi jew 0,75g/100ml għal-likwidi u f'kull każ it-total ta' l-aċidi tax-xaħam saturati u l-aċidi tax-xaħam trans ma jipprovdix aktar minn 10 % ta' enerġija.
BLA XAĦAM SATURAT
Indikazzjoni li ikel ma jkunx fih xaħam saturati, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn it-total ta' xaħam saturat u l-aċidi tax-xaħam trans ma jaqbiżx il-0,1g ta' xaħam saturat f'kull 100g jew 100ml.
BAXX FIZ-ZOKKOR
Indikazzjoni li ikel hu baxx fiz-zokkor, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 5g ta' zokkor f'kull 100g għal solidi jew 2,5g ta' zokkor f'kull 100ml għal likwidi.
BLA ZOKKOR
Indikazzjoni li ikel hu bla zokkor, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,5g zokkor f'kull 100g jew 100ml.
BLA ZOKKOR MIŻJUD
Indikazzjoni li ma ġiex miżjud ebda zokkor f'ikel, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih ebda mono- jew disacchirides miżjuda jew kwalunkwe ikel ieħor użat għall-karatteristiċi ta' ħlewwa tiegħu. Jekk iz-zokkor hu preżenti b'mod naturali fl-ikel, l-indikazzjoni li ġejja għandha tidher ukoll fuq it-tikketta: “FIH ZOKKOR NATURALI”.
BAXX FIS-SODJU/MELĦ
Indikazzjoni li ikel hu baxx fis-sodju/melħ, jew bla melħ, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,12g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100g jew 100ml. Għall-ilma, barra mill-ilma minerali naturali li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 80/777/KEE, dan il-valur m'għandux jaqbeż 2mg ta' sodju f'kul 100ml.
BAXX ĦAFNA FIS-SODJU/MELĦ
Indikazzjoni li ikel hu baxx ħafna fis-sodju/melħ, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,04g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100g jew 100ml. Din l-indikazzjoni m'għandhiex tintuża għal ilma minerali naturali jew ilma ieħor.
BLA SODJU jew BLA MELĦ
Indikazzjoni li ikel hu bla sodju jew bla melħ, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,005g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100g.
BLA SODJU/MELĦ MIŻJUD
Dikjarazzjoni li tistqarr li s-sodju/melħ ma ġiex miżjud mal-ikel u kwalunkwe dikjarazzjoni li hija mistennija li jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur tista’ ssir biss meta l-prodott ma jinkludix sodju/melħ miżjud jew kwalunkwe ingredjent ieħor li jinkludi sodju/melħ miżjud u l-prodott jinkludi mhux aktar minn 0,12 g sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, kull 100 g jew 100 ml.
SORS TA' FIBRA
Indikazzjoni li ikel hu sors ta' fibra, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas 3g ta' fibra f'kull 100g jew mill-inqas 1,5g ta' fibra f'kull 100kcal.
GĦOLI FIL-FIBRA
Indikazzjoni li ikel hu għoli fil-fibra, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas 6g ta' fibra f'kull 100g jew mill-inqas 3g ta' fibra f'kull 100kcal.
SORS TA' PROTEINA
Indikazzjoni li ikel ikun sors ta' proteina, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn mill-inqas 12 % tal-valur enerġetiku ta' l-ikel hu provdut mill-proteina.
GĦOLI FIL-PROTEINA
Indikazzjoni li ikel ikun għoli fil-proteina, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn mill-inqas 20 % tal-valur enerġetiku ta' l-ikel hu provdut mill-proteina.
SORS TA' [ISEM TAL-VITAMINA/I] U/JEW [ISEM TAL-MINERALI]
Indikazzjoni li ikel hu sors ta' vitamini u/jew minerali, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas ammont sinifikanti kif definit fl-Anness mad-Direttiva 90/496/KEE jew ammont previst b'derogi mogħtija skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 [dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra fl-ikel] ( 5 ).
GĦOLI FI [ISEM TAL-VITAMINA/I] U/JEW [ISEM TAL-MINERALI]
Indikazzjoni li ikel għandu kontenut għoli ta' vitamini u/jew minerali, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas il-valur doppju ta' “sors ta' [ISEM TAL-VITAMINA/I] u/jew [ISEM TAL-MINERALI]”.
FIH [ISEM TAN-NUTRIJENT JEW SUSTANZA OĦRA]
Indikazzjoni li ikel ikun fih nutrijent jew sustanza oħra, li għaliha mhumiex stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi f'dan ir-Regolament, jew kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott jikkonforma mad-disposizzjonijiet kollha applikabbli ta' dan ir-Regolament, u partikolarment l-Artikolu 5. Għall-vitamini u l-minerali l-kondizzjonijiet ta' l-indikazzjoni “sors ta'” għandhom japplikaw.
MIŻJUD [ISEM TAN-NUTRIJENT]
Indikazzjoni li tiddikjara li l-kontenut f'nutrijent wieħed jew aktar, barra mill-vitamini u minerali, ġie miżjud, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-indikazzjoni “sors ta'” u ż-żieda fil-kontenut hi mill-inqas 30 % meta mqabbla ma' prodott simili.
MNAQQAS [ISEM TAN-NUTRIJENT]
Indikazzjoni li tiddikjara li l-kontenut f'nutrijent wieħed jew aktar ġie mnaqqas, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn it-tnaqqis fil-kontenut hu mill-inqas 30 % meta mqabbel ma' prodott simili, ħlief għal mikro-nutrijenti fejn differenza ta' 10 % fil-valuri ta' referenza kif stabbilit fid-Direttiva 90/496/KEE għandha tkun aċċettabbli u għas-sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, fejn differenza ta' 25 % għandha tkun aċċettabbli.
Id-dikjarazzjoni “xaħam saturat imnaqqas”, u kwalunkwe dikjarazzjoni li mistennija li jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss:
jekk it-total ta’ aċidi grassi saturati jew aċidi grassi trans fil-prodott li għandhom id-dikjarazzjoni huwa tal-inqas 30 % inqas mit-total ta’ aċidi grassi saturati u ta’ aċidi grassi trans fi prodott simili; kif ukoll
jekk il-kontenut f’aċidi grassi saturati fil-prodott li għandhom id-dikjarazzjoni huwa ugwali jew inqas milli fi prodott simili.
Id-dikjarazzjoni “zokkor imnaqqas”, u kwalunkwe dikjarazzjoni li jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss jekk l-ammont ta’ enerġija tal-prodott li għandu din id-dikjarazzjoni huwa ugwali jew inqas mill-ammont ta’ enerġija fi prodott simili.
ĦAFIF/LIGHT
Indikazzjoni li prodott huwa “ħafif” jew “lite”, u kwalunkwe indikazzjoni li jista' jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, għandha ssegwi l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għat-terminu “mnaqqas”; l-indikazzjoni għandha wkoll tkun akkumpanjata b'indikazzjoni tal-karatteristika/karatteristiċi li tagħmel/jagħmlu l-ikel “light” jew “lite”.
B'MOD NATURALI/NATURALI
Fejn ikel jissodisfa b'mod naturali l-kondizzjoni/jiet stabbiliti f'dan l-Anness għall-użu fi indikazzjoni ta' vantaġġ nutrittiv, it-terminu “b'mod naturali/naturali” jista' jintuża bħala prefiss għall-pretenzjoni.
SORS TAL-AĊIDI TAX-XAĦAM OMEGA-3
Affermazzjoni li l-ikel hu sors ta’ aċidi tax-xaħam omega-3, u kull affermazzjoni li probabbilment jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss meta l-prodott ikun fih mill-inqas 0,3 g ta’ aċidi alpha-linolenic għal kull 100 g u għal kull 100 kcal, jew mill-inqas 40 mg tat-total tal-aċidu eicosapentaenoic u tal-aċidu docosahexaenoic flimkien għal kull 100 g u għal kull 100 kcal.
ĦAFNA AĊIDI TAX-XAĦAM OMEGA-3
Affermazzjoni li l-ikel għandu ħafna aċidi tax-xaħam omega-3, u kull affermazzjoni li probabbilment jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista’ ssir biss meta l-prodott ikun fih mill-inqas 0,6 g ta’ aċidi alpha-linolenic għal kull 100 g u għal kull 100 kcal, jew mill-inqas 80 mg tat-total tal-aċidu eicosapentaenoic u tal-aċidu docosahexaenoic flimkien għal kull 100 g u għal kull 100 kcal.
ĦAFNA XAĦAM MONO MHUX SATURIZZAT
Affermazzjoni li ikel għandu ħafna xaħam mono mhux saturizzat, u kull affermazzjoni li probabbilment għandha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista' ssir biss meta tal-anqas 45 % tal-aċidi grassi li jkunu preżenti fil-prodott jittieħdu minn xaħam mhux saturizzat bil-kundizzjoni li xaħam mono mhux saturizzat jipprovdi aktar minn 20 % tal-enerġija tal-prodott.
ĦAFNA XAĦAM POLI MHUX SATURIZZAT
Affermazzjoni li ikel għandu ħafna xaħam poli mhux saturizzat, u kull affermazzjoni li probabbilment għandha l-istess tifsira għall-konsumatur, tista' ssir biss meta tal-anqas 45 % tal-aċidi grassi li jkunu preżenti fil-prodott jittieħdu minn xaħam poli mhux saturizzat bil-kundizzjoni li xaħam poli mhux saturizzat jipprovdi aktar minn 20 % tal-enerġija tal-prodott.
ĦAFNA XAĦAM MHUX SATURIZZAT
Affermazzjoni li ikel għandu ħafna xaħam mhux saturizzat u kull affermazzjoni li probabbilment għandha l-istess tifsira għall-konsumatur tista' ssir biss meta 70 % tal-aċidi tax-xaħam fil-prodott jiġu mix-xaħam mhux saturizzat bil-kundizzjoni li xaħam mhux saturizzat jipprovdi aktar minn 20 % tal-enerġija tal-prodott.
( 1 ) ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
( 2 ) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
( 3 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p.3).
( *1 ) L-isem tan-nutrijent li jaqbeż il-profil nutrittiv.
( 4 ) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
( 5 ) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.