02009R0595 — MT — 14.08.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 595/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188 18.7.2009, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 |
L 167 |
1 |
25.6.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta’ Jannar 2014 |
L 47 |
1 |
18.2.2014 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1242 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
202 |
25.7.2019 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (KE) Nru 595/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2009
dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, magni u parts ta’ sostituzzjoni rigward l-emissjonijiet tagħhom.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli għal konformità waqt l-użu ta’ vetturi u ta’ magni, kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi OBD, il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet CO2 u l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 610 kg u għall-vetturi bil-mutur kollha tal-kategoriji M3 u N3, kif ġew definiti f’dak l-Anness. ►M3 Għandu japplika wkoll, għall-fini tal-Artikoli 5a, 5b u 5c, għal vetturi tal-kategoriji O3 u O4. ◄
Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura kompleta mogħtija skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu għandha tkun estiża għall-vettura inkompleta b’massa ta’ referenza li ma teċċedix l-2 610 kg. L-approvazzjonijiet tat-tip għandhom ikunu estiżi jekk il-manifattur jista’ juri li l-kombinazzjonijiet kollha tal-bodywork li x’aktarx li jinbnew fuq il-vettura inkompleta jżidu l-massa ta’ referenza tal-vettura għal aktar minn 2 610 kg.
Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura mogħtija skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu għandha tkun estiża għall-varjanti u l-verżjonijiet tagħha b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 380 kg sakemm tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti marbuta mal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u l-konsum tal-fjuwil stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u fil-miżuri implimentattivi tagħha.
Artikolu 3
Id-definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “magna” tfisser is-sors ta’ propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura li għaliha tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, kif ġiet definita fil-punt (25) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;
(2) “inkwinanti gassużi” tfisser l-emissjonijiet tal-gass tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju, ta’ NOx , espressi f’ekwivalenti għad-NO2, u tal-idrokarbonji;
(3) “inkwinanti f’partikulati” tfisser il-komponenti tal-gass tal-egżost li jitneħħew minn gass tal-egżost dilwit f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz ta’ filtri deskritti fil-proċedura tat-test għall-verifika tal-emissjonijiet mit-tailpipe;
(4) “emissjonijiet mit-tailpipe” tfisser l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikulati;
(5) “crankcase” tfisser l-ispazji fi, jew barra minn magna li huma konnessi mat-tank taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu jiġu emessi l-gassijiet u l-fwar;
(6) “tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe;
(7) “sistema dijanjostika fil-vettura(OBD)” tfisser sistema abbord vettura jew konnessa ma’ magna li għandha l-kapaċità li tidentifika ħsarat, u jekk applikabbli, tindikahom permezz ta’ sistema ta’ allarm, li tidentifika ż-żona fejn probabbli tinsab il-ħsara permezz ta’ informazzjoni maħżuna fil-memorja tal-kompjuter, u li tgħaddi dik l-informazzjoni 'l barra mill-vettura;
(8) “strateġija ta’ tbagħbis” tfisser strateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet li tnaqqas l-effikaċja tal-kontrolli tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet operattivi ambjentali jew tal-magna li jkun hemm jew waqt it-tħaddim normali tal-vettura jew barra l-proċeduri tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip;
(9) “tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tali tagħmir kopert bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija lill-vettura kkonċernata;
(10) “tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tali tagħmir maħsub biex jissostitwixxu tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jista’ jiġi approvat bħala unità teknika separata, kif ġiet definita fil-punt 25 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;
(11) “informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, għall-manutenzjoni, għall-ispezzjoni, għall-monitoraġġ perjodiku, għat-tiswija, għar-ri-programmazzjoni jew għar-ri-inizjalizzazzjoni jew l-appoġġ djanjostiku mill-bogħod tal-vettura u li l-manifatturi jipprovdu lin-negozjanti u lis-sewwejja awtorizzati tagħhom, inklużi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għal tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’parts jew b’tagħmir;
(12) “manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhux essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li hi s-suġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni;
(13) “operatur indipendenti” tfisser intrapriżi għajr negozjanti u sewwejja awtorizzati li jkunu direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u fil-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur, b’mod partikolari s-sewwejja, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir ta’ tiswija, għodod jew spare parts, il-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, il-klabbs tal-karozzi, l-operaturi tal-għajnuna fit-triq, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ta’ ttestjar, l-operaturi li joffru t-taħriġ lill-installaturi, lill-manifatturi u lis-sewwejja ta’ tagħmir għal vetturi li jużaw fjuwil alternattiv;
(14) “vettura li tuża fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b’mill-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jkun jew gassuż f’temperatura u fi pressjoni atmosferika, jew sustanzjalment derivat minn żejt mhux minerali;
(15) “massa ta’ referenza” tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew mingħajr il-massa uniformi tas-sewwieq ta’ 75 kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg;
(16) “tbagħbis” tfisser inattivazzjoni, aġġustament jew modifika tas-sistema tal-vettura tal-kontroll tal-emissjonijiet jew tal-propulsjoni, inkluż kull softwer jew elementi oħra ta’ kontroll loġiku ta’ dawk is-sistemi, li jkollu l-effett, kemm jekk maħsub kif ukoll jekk le, li tmur għall-agħar r-rendiment tal-vettura fir-rigward tal-emissjonijiet.
Il-Kummissjoni tista’ tadatta din id-definizzjoni fil-punt 7 tal-ewwel subparagrafu sabiex tirrifletti l-progress tekniku f’sistemi OBD. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).
Artikolu 4
L-obbligi tal-manifatturi
1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, irreġistrati jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità, il-magni l-ġodda kollha mibjugħa jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità u t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis il-ġdid kollu li jeħtieġu approvazzjoni tat-tip skont l-Artikoli 8 u 9, li jinbiegħu jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità, ikollhom l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.
2. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, għal kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis u għall-konformità waqt l-użu jiġu segwiti.
Il-miżuri tekniċi li jieħu l-manifattur għandhom ikunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jkunu effettivament limitati, skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, tul il-ħajja normali tal-vetturi f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.
Għal dak il-għan, in-numru ta’ mili u l-perjodu ta’ żmien li b’referenza għalihom għandhom jitwettqu t-testijiet għal kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis li jsiru għall-approvazzjoni tat-tip u l-ittestjar għall-konformità tal-vetturi jew tal-magni waqt l-użu għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) 160 000 km jew ħames snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2;
(b) 300 000 km jew sitt snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji N2, N3 b’massa massima teknikament permissibbli li ma teċċedix is-16-il tunnellata metrika u M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A, u Klassi B b’massa massima teknikament permissibbli li ma teċċedix is-7,5 tunnellati metriċi;
(c) 700 000 km jew seba’ snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji N3 b’massa massima teknikament permisibbli li teċċedi s-16-il tunnellata u M3, Klassi III u Klassi B b’massa massima teknikament permissibbli li teċċedi s-7,5 tunnellati metriċi.
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri u rekwiżiti speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom ikunu adottati skont il-proċedurra regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
Artikolu 5
Ir-rekwiżiti u t-testijiet
1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw il-konformità mal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I.
2. Il-manifatturi għandhom jattrezzaw il-vetturi u l-magni sabiex il-komponenti li probabbilment jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati b’tali mod li l-vettura jew il-magna, f’użu normali, tkun tista’ tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.
3. L-użu ta’ strateġiji ta’ tbagħbis li jnaqqsu l-effikaċja tat-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet għandu jkun ipprojbit.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu inklużi miżuri fir-rigward ta’ dan li ġej:
(a) l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi li ġej: ċikli tat-test,l-użu ta’ sistemi li jistgħu jinġarru ta’ kejl tal-emissjonijiet għall-verifika tal-emissjonijiet in-use attwali, il-verifika u l-limitar tal-emissjonijiet off-cycle,l-iffissar ta’ limiti għan-numru ta’ partiċelli filwaqt li jinżammu r-rekwiżiti ambizzjużi eżistenti dwar l-ambjent, uemissjonijiet waqt idling speed;
(b) l-emissjonijiet mill-crankcase;
(c) is-sistemi OBD u r-rendiment waqt l-użu tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis;
(d) kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, il-konformità tal-magni u tal-vetturi waqt l-użu, il-konformità tal-produzzjoni u ta’ kemm il-vettura jew il-magna tkun tajba għat-triq;
(e) l-emissjonijiet CO2 u l-konsum tal-fjuwil;
(f) l-għoti ta’ estensjoni għall-approvazzjonijiet tat-tip;
(g) it-tagħmir tat-testijiet;
(h) il-karburanti ta’ referenza, bħall-petrol, diesel, karburanti gassużi u bijokarburanti, bħal bijoetanol, bijodiżil u bijogass;
(i) il-kejl tal-qawwa tal-magna;
(j) il-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni tal-apparat tal-kontroll tat-tniġġis;
(k) id-dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex tkun żgurata l-ħidma korretta tal-miżuri ta’ kontroll ta’ NOx; tali dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vetturi ma jistgħux jitħaddmu jekk il-miżuri ta’ kontroll ta’ NOx ma jkunux qed jaħdmu minħabba, pereżempju, nuqqas ta’ xi reaġent meħtieġ, fluss ta’ riċirkolazzjoni inkorrett tal-gass mill-egżost (EGR) jew deattivazzjoni tal-EGR.
Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
Artikolu 5a
Rekwiżiti speċifiċi għall-manifatturi fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4
1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji O3 u O4 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) l-influwenza ta’ dawk il-vetturi fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur tkun iddeterminata b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5c;
(b) jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-tagħbija b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.
2. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija, tat-tagħbija u tal-kilometraġġ b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.
Għandhom jiżguraw ukoll li l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u l-konsum tal-elettriku ta’ dawk il-vetturi jiġu determinati b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5c.
Artikolu 5b
Rekwiżiti speċifiċi għall-Istati Membri fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4
1. L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.
2. L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 5c
Miżuri għad-determinazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4
Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-miżuri li ġejjin:
(a) metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4 fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet ta’ vetturi bil-mutur;
(b) rekwiżiti tekniċi għat-tqegħid ta’ apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u tal-kilometraġġ ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, u għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tat-tagħbijiet jew il-piż totali ta’ vetturi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u tal-kombinazzjonijiet tagħhom ma’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4, inkluża t-trażmissjoni ta’ data bejn il-vetturi fi ħdan kombinazzjoni, kif ikun meħtieġ;
(c) metodoloġija għad-determinazzjoni tal-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u tal-konsum tal-elettriku ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13a.
Artikolu 6
L-aċċess għall-informazzjoni
1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni OBD tal-vettura, għal tagħmir djanjostiku u tagħmir ieħor, għal għodod li jinkludu kull software rilevanti u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi lill-operaturi indipendenti.
Il-manifatturi għandhom jipprovdu faċilità standardizzata, sikura, u remota biex jippermettu persuni li jwettqu tiswijiet indipendenti akkreditati biex ilestu operazzjonijiet li jinkludu aċċess għas-sistema ta’ sigurtà tal-vettura.
Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip li ssir fi stadji differenti, il-manifattur responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip rispettiva għandu jkun responsabbli wkoll biex jikkomunika informazzjoni dwar it-tiswija relatata mal-istadju partikolari kemm lill-manifattur finali kif ukoll lill-operaturi indipendenti. Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-vettura kollha lill-operaturi indipendenti.
Għandhom japplikaw mutatis mutandis l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Sakemm jiġi adottat l-istandard rilevanti, pereżempju permezz tal-ħidma tas-CEN, l-informazzjoni OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun preżentata b’mod mhux diskriminatorju u b’aċċess faċli.
Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-manifatturi, jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura tal-informazzjoni, taħt forma oħra xierqa.
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna, għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi xierqa relatati mal-mod li bih l-informazzjoni OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun ipprovduta. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tat-teknoloġija tal-informatika attwali, żviluppi prevedibbli fit-teknoloġija tal-vetturi, l-istandards ISO attwali u l-possibilità ta’ standard ISO dinji.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri oħra li jkunu meħtieġa għall-implimentazjoni tal-paragrafu 1.
Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
Artikolu 7
L-obbligi li jikkonċernaw sistemi li jużaw reaġent konsumabbli
1. Il-manifatturi, is-sewwejja u l-operaturi tal-vetturi m’għandhomx ibagħbsu s-sistemi li jużaw reaġent konsumabbli.
2. L-operaturi tal-vetturi għandhom jiżguraw li l-vetturi ma jinstaqux mingħajr reaġent konsumabbli.
Artikolu 8
L-iskeda għall-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi u tal-magni
1. B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2012, stabbilita fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tipi ġodda ta’ vetturi jew magni li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.
Iċ-ċertifikati tekniċi tal-approvazzjoni tat-tip li jikkorrispondu għall-istadji ta’ emissjoni preċedenti għall-Euro VI jistgħu jingħataw lil vetturi u lil magni maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, sakemm tali ċertifikati jiddikjaraw b’mod ċar li l-vetturi u l-magni meqjusa ma jistgħux jitqiegħdu fuq is-suq Komunitarju.
2. B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.
B’effett mill-istess data u ħlief fil-każ ta’ magni sostituti għal vetturi li qed jintużaw, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu l-bejgħ jew l-użu ta’ magni ġodda li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivitiegħu.
3. Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u bil-kundizzjoni tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi li jissemmew fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4) u fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet tal-vetturi, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura jew ta’ magna, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta’ vettura ġdida u l-bejgħ u l-użu ta’ magni ġodda, fejn il-vettura kkonċernata jew il-magni kkonċernati jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 9
L-obbligi tal-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-parts ta’ sostituzzjoni
Il-bejgħ jew l-installazzjoni fuq vettura ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ġdid maħsub biex jitwaħħal fuq vetturi approvati skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, għandhom ikunu pprojbiti jekk ma jkunux ta’ tip li fir-rigward tiegħu ngħatat approvazzjoni tat-tip b’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.
Artikolu 10
L-inċentivi finanzjarji
1. Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi bil-mutur fi produzzjoni f’serje, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.
Dawk l-inċentivi għandhom japplikaw għall-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fuq is-suq tal-Istat Membru kkonċernat, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu. Madankollu, għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-iffissar retroattiv sabiex jintlaħqu l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I tal-vetturi li qed jintużaw u għall-iskrappjar ta’ vetturi li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.
3. Għal kull tip ta’ vettura bil-mutur, l-inċentivi finanzjarji li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jeċċedu l-ispiża addizzjonali tat-tagħmir tekniku użat sabiex tkun żgurata konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża l-ispiża tal-installazzjoni fuq il-vettura.
4. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata bi pjanijiet sabiex jiġu istitwiti jew mibdula l-inċentivi fiskali li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 11
Il-penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sas-7 ta’ Frar 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.
2. It-tipi ta’ ksur mill-manifatturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:
(a) dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew waqt il-proċeduri li jwasslu għal irtirar;
(b) il-falsifikazzjoni ta’ riżultati ta’ testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew għal konformità waqt l-użu;
(c) iż-żamma ta’ data jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;
(d) l-użu ta’ strateġiji ta’ tbagħbis;
(e) ir-rifjut li jkun ipprovdut aċċess għal informazzjoni.
It-tipi ta’ ksur mill-manifatturi, mis-sewwejja u mill-operaturi ta’ vetturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludi t-tbagħbis ta’ sistemi li jikkontrollaw l-emissjonijiet ta’ NOx. Dan għandu jinkludi, pereżempju, it-tbagħbis ta’ sistemi li jużaw reaġent konsumabbli.
It-tipi ta’ ksur kommess mill-operaturi ta’ vetturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu s-sewqan ta’ vettura mingħajr reaġent konsumabbli.
Artikolu 12
Ir-ridefinizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet
1. Wara li jkunu kkompletati l-partijiet rilevanti tal-PMP tal-UN/ECE, immexxi taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, mingħajr ma tbaxxi l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan il-Komunità:
(a) tintroduċi bħala kontroll addizzjonali fuq l-emissjonijiet ta’ materja partikulata valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli stabbiliti f’livell xieraq għat-teknoloġiji li jkunu qed jintużaw dak iż-żmien sabiex jiġi ssodisfat il-limitu tal-massa partikulata;
(b) tadotta proċedura ta’ kejl għan-numru tal-partiċelli.
Il-Kummissojni għandha wkoll, bla ma tnaqqas il-livell ta’ ħarsien ambjentali fil-Komunità, tispeċifika valur ta’ limitu għall-emissjonijiet għall-NO2 minbarra dak għall-NOx kollu, jekk xieraq. Il-limitu għall-emissjonijiet għall-NO2 għandu jkun stabbilit f’livell li jirrifletti r-rendiment tat-teknoloġiji li jkunu jeżistu f’dak iż-żmien.
Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fatturi ta’ korrelazzjoni bejn iċ-ċiklu tranżitorju Ewropew (ETC) u ċ-ċiklu stabbli Ewropew (ESC) kif ġie deskritt fid-Direttiva 2005/55/KE, u ċ-ċiklu ta’ sewqan armonizzat dinji tranżitorju (WHTC) u ċ-ċiklu ta’ sewqan stabbli armonizzat dinji fi stat stabbli (WHSC) u għandha tadotta l-valuri ta’ limitu kif ikun xieraq. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(4) kif ukoll iċ-ċikli tat-test li ntużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet.
Jekk l-analiżi ssib li dawk il-proċeduri, it-testijiet, ir-rekwiżiti u ċ-ċikli tat-test m’għadhomx aktar adegwati jew m’għadhomx aktar jirriflettu l-emissjonijiet dinjija effettivi, għandhom jiġu adattati sabiex jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
4. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-inkwinanti elenkati fil-punt 2 tal-Artikolu 3. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li jiġu regolati l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizzjonali, din għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku - Vetturi tal-Mutur (TCMV) stabbilit bl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 13a
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 14
Implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 12(1)(a) u (b) sal-1 ta’ April 2010.
Artikolu 15
L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 5(3) għandu jiġi emendat kif ġej:
(i) wara l-punt (h), il-kelma “u” għandha titħassar;
(ii) għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:
“(j) il-kejl tal-qawwa tal-magna.”
(2) L-Artikolu 14(6) għandu jitħassar.
Artikolu 16
L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
L-Annessi IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Tħassir
1. Id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE għandhom jitħassru b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Ir-referenzi li jsiru għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
►C1 Għandu jibda japplika mill-31 ta’ Diċembru 2012. ◄ Madankollu, l-Artikoli 8(3) u 10 għandhom japplikaw mis-7 ta’ Awwissu 2009 u l-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i) 3(d)(i) u 3(e)(i) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Limiti ta’ Emissjonijiet Euro VI
|
Valuri ta’ limitu |
|||||||
CO (mg/kWh) |
THC (mg/kWh) |
NMHC (mg/kWh) |
CH4 (mg/kWh) |
NOX (1) (mg/kWh) |
NH3 (ppm) |
Massa ta' PM (mg/kWh) |
Numru PM (#/kWh) |
|
WHSC (CI) |
1 500 |
130 |
|
|
400 |
10 |
10 |
8,0 x 1011 |
WHTC (CI) |
4 000 |
160 |
|
|
460 |
10 |
10 |
6,0 x 1011 |
WHTC (PI) |
4 000 |
|
160 |
500 |
460 |
10 |
10 |
(2)6,0 x 1011 |
(1) Il-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu tan-NOx jista' jiġi determinat aktar 'il quddiem. (2) Il-valur ta’ limitu għandu japplika mid-dati stabbiliti fir-ringiela B tat-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 582/2011. Nota: PI = Tqabbid bl-ispark plaggs CI = Tqabbid bil-Kompressjoni |
ANNESS II
L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:
1. Il-Parti I tal-Anness IV għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
(i) il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;
(ii) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali |
Applikabilità |
|||||||||
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
|||
“41 a Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni |
Regolament (KE) Nru 595/2009 |
ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1 |
X12 |
X12 |
X |
X12 |
X12 |
X” |
|
|
|
|
(iii) għandha tiġi miżjuda n-nota li ġejja:
“(12) Għal vetturi b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 610 kg li mhumiex approvati għat-tip (fuq it-talba tal-manifattur u sakemm il-massa ta’ referenza tagħhom ma teċċedix l-2 840 kg) skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.”;
(b) fl-Appendiċi, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
(i) il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;
(ii) għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:
|
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali |
M1 |
“41 a |
Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty, ħlief is-sett kollu ta’ rekwiżiti relatati mas-sistemi Dijanjostiċi fuq il-Vettura (OBDs) u l-aċċess għall-informazzjoni/Aċċess għall-informazzjoni |
Regolament (KE) Nru 595/2009 |
ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1 |
A” |
(2) Fl-Appendiċi mal-Anness VI, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) il-punti 40 u 41 jitħassru;
(b) għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
Kif emendat minn |
Applikabbli għal verżjonijiet |
“41 a Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni |
Regolament (KE) Nru 595/2009” |
|
|
(3) L-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Fl-Appendiċi 1, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
(i) il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;
(ii) għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:
Punt |
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
M1 ≤ 2 500 (1) kg |
M1 > 2 500 (1) kg |
M2 |
M3 |
“41 a |
Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni |
Regolament (KE) Nru 595/2009 |
G + H |
G + H |
G + H |
G + H” |
(b) Fl-Appendiċi 2, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
(i) il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;
(ii) għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:
Punt |
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
“41a |
Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni |
Regolament (KE) Nru 595/2009 |
X |
X |
X |
X |
X |
X” |
|
|
|
|
(ċ) Fl-Appendiċi 3, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
(i) il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;
(ii) għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:
Punt |
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
M1 |
“41 a |
Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni |
Regolament (KE) Nru 595/2009 |
X” |
(d) Fl-Appendiċi 4, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
(i) il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;
(ii) għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:
Punt |
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
“41 a |
Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni |
Regolament (KE) Nru 595/2009 |
H |
H |
H |
H |
H” |
|
|
|
|
(e) Fl-Appendiċi 5, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
(i) il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;
(ii) għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:
Punt |
Suġġett |
Referenza tal-att regolatorju |
Krejn mobbli tal-kategorija N3 |
“41 a |
Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni |
Regolament (KE) Nru 595/2009 |
V” |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).