ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.330.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
14 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1295/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1296/2011 tad-9 ta' Diċembru 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Riso di Baraggia Biellese e Vercellese (DPO)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1297/2011 tad-9 ta' Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Seggiano (DPO)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1298/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pélardon (DPO)]

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Azeites do Ribatejo (DPO)]

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2011 tad-9 ta' Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Magyar szürkemarha hús (IĠP)]

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vitellone bianco dell’Appennino centrale (IĠP)]

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-irtirar ta’ sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2012 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009

19

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2011 tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/831/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra mill-Kunsill ta’ erba’ membri tal-bord Ewropew għall-azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

23

 

 

2011/832/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali [ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi] (EMAS) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8896)  ( 1 )

25

 

 

2011/833/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni

39

 

 

2011/834/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 li ttemm il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilene tereftalat li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija

43

 

 

2011/835/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 li ttemm il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilene tereftalat li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija

45

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1295/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/706/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 (2) impona ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK (3) (li aktar tard ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni 2010/638/PESK (4)), b’rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà ta’ dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru 2009.

(2)

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2011/706/PESK sabiex ikun modifikat, inter alia, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri relatati ma’ tagħmir militari u tagħmir li jista’ jkun użat għar-repressjoni interna.

(3)

Ċerti aspetti minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   B’deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III, jistgħu, f’każijiet debitament ġustifikati, jawtorizzaw:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, sakemm ikun maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU għall-ġestjoni ta’ kriżijiet;

(b)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir mhux letali li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, sakemm ikun maħsub biss biex jippermetti lill-pulizija u l-ġendarmerija tar-Repubblika tal-Ginea li jużaw biss forza xierqa u proporzjonata filwaqt li jkunu qegħdin iżommu l-ordni pubbliku;

(c)

l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tagħmir jew ma’ programmi u operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-NU u l-Unjoni, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU għall-ġestjoni ta’ kriżijiet;

(e)

l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tagħmir militari li mhux letali maħsub unikament biex jippermetti lill-pulizija u l-ġendarmerija tar-Repubblika tal-Ginea li jużaw biss forza xierqa u proporzjonata filwaqt li jkunu qegħdin iżommu l-ordni pubbliku;

(f)

l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ vetturi li mhumiex tal-ġlied li jkunu ġew manifatturati jew mgħammra b’materjal li jipprovdi protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. CICHOCKI


(1)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 28.

(2)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

(3)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

(4)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1296/2011

tad-9 ta' Diċembru 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Riso di Baraggia Biellese e Vercellese (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 982/2007 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (3). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 217, 22.8.2007, p. 22.

(3)  ĠU C 56, 22.02.2011, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Riso di Baraggia Biellese e Vercellese (DPO)


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1297/2011

tad-9 ta' Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Seggiano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) u f'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Seggiano” kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ir-Renju Unit ressaq oġġezzjoni kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset ammissibbli skont l-Artikolu 7 (3) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Fl-oġġezzjoni, ir-Renju Unit indika li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni konċernata tmur kontra l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u se thedded l-eżistenza ta’ trejdmarks reġistrati fit-territorju tiegħu.

(4)

Bl-ittra bid-data tat-18 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri konċernati biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(5)

Billi l-Italja u r-Renju Unit laħqu ftehim bejniethom fiż-żmien stipulat, b'modifiki żgħar fl-ispeċifikazzjoni u bl-ebda modifika fid-dokument uniku ppubblikat skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-isem “Seggiano” għandu jiddaħħal fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 77, 26.03.2010, p. 6.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

L-ITALJA

Seggiano (DPO)


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1298/2011

tad-9 ta’ Diċembru 2011

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pélardon (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fid-dokument uniku tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pélardon”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2). kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/2001 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata bl-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għalhekk l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(4)  ĠU C 35, 4.2.2011, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

FRANZA

Pélardon (DPO)


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1299/2011

tad-9 ta’ Diċembru 2011

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Azeites do Ribatejo (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Portugall għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Azeites do Ribatejo", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-imsemmi Regolament (3). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 56, 22.2.2010, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

IL-PORTUGALL

Azeites do Ribatejo (DPO)


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1300/2011

tad-9 ta' Diċembru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Magyar szürkemarha hús (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Ungerija biex id-denominazzjoni “Magyar szürkemarha hús” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 83, 17.03.2011, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

L-UNGERIJA

Magyar szürkemarha hús (IĠP)


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1301/2011

tad-9 ta’ Diċembru 2011

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vitellone bianco dell’Appennino centrale (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Vitellone bianco dell’Appennino centrale”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 134/98 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93 tal-31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148 tal-21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 15 tal-21.1.1998, p. 6.

(4)  ĠU C 82, tas-16.03.2011, p. 7.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1.   Il-laħam frisk (u l-ġewwieni)

L-ITALJA

Vitellone bianco dell'Appennino centrale (IĠP)


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1302/2011

tad-9 ta’ Diċembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni saż-żmien iffissat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Flixkun tal-plastik magħmul minn polietilen b'tapp u b'forma tal-bażi tonda.

Il-prodott għandu tul ta' madwar 20 ċm u jesa' nofs litru.

Il-prodott hu maħsub biex jiddaħħal fl-ispazju għall-flixken fir-roti, u huwa użat biex jinġarru x-xarbiet.

(Ara r-ritratt) (*)

3923 30 10

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kliem użat fil-kodiċi NM 3923 , 3923 30 u 3923 30 10 .

Peress li l-prodott huwa flixkun tal-plastik b'tapp li m'għandux elementi oħra bħal pereżempju tazzi tax-xarbiet li jinqalgħu, u peress li huwa użat biex jinġarru x-xarbiet, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala oġġett tal-mejda jew tal-kċina jew oġġett ieħor tad-dar tal-intestatura 3924 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3924 hija eskluża.

Peress li l-prodott huwa oġġett biex jinġarru jew jiġu ppakkjati l-prodotti, għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3923 (ara n-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 3923 , punt (a) tal-ewwel paragrafu).

Image

(*)  Ir-ritratt huwa purament għal skop ta' informazzjoni.


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1303/2011

tad-9 ta’ Diċembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista', għal perjodu ta' tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Ġell użat sabiex itaffi l-uġigħ li fih l-ingredjenti segwenti:

alkoħol tal-isopropil

ilma

estratti tal-ħaxix (lex paraguariensis)

polimeri tal-aċidu akriliku (karbomeru)

triethanolamine

mentol

camphor

dijossidu tas-silikon

methylparaben

gliċerina

propylene glycol

tartrazine (E102)

blu jgħajjat FCF (E133)

Il-kwantitajiet tal-ingredjenti m'humiex indikati fuq il-pakkett tal-prodott.

Il-pakkett jagħti l-parir li l-prodott għandu jintuża biex itaffi temporanjament uġigħ minuri u uġigħ tal-muskoli u l-ġogi assoċjati mal-uġigħ tal-artrite, uġigħ fid-dahar, jew meta wieħed jiġbed muskolu jew ifekkek xi parti ta' ġismu.

3824 90 97

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 97 .

Il-prodott la għandu użu terapewtiku, u lanqas ma jservi biex jikkura jew ifejjaq xi marda, u lanqas għandu użu profilattiku, minħabba li ma jħarisx jew jipproteġi mill-mard. Barra minn hekk, il-prodott ma jissodisax il-kundizzjonijiet tan-Nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 30. Il-klassifikazzjoni bħala duwa taħt l-intestatura 3004 hija għalhekk eskluża.

Il-prodott m'għandux jitqies bħala preparazzjoni tas-sbuħija jew tal-irtokk minħabba li mhux użat għall-kura tal-ġilda. Għalkemm il-prodott għandu l-effett li jkessaħ il-ġilda fejn jiġi applikat, proprjament ma jipprovdi ebda kura lill-ġilda. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3304 hija għalhekk eskluża.

Il-prodott għandu għalhekk jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 3824 90 97 bħala prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi oħrajn tal-industriji kimiċi jew dawk assoċjati, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1304/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2011

dwar l-irtirar ta’ sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2012 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), minn naħa, u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti tan-negozju għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2004 (5), jipprevedi dazju ta’ rata żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta’ ilma li fihom iz-zokkor miżjud jew ħlewwa oħra jew togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10.

(3)

Id-dazju ta’ rata żero fuq it-tipi ta’ ilma u xarbiet oħra kkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim f'Forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE. Skont il-punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta’ prodotti tal-kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota ta’ eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonijiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Skont il-Punt IV, it-tielet inċiż, l-aħħar sentenza tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, il-prodotti fil-kwistjoni għandhom jingħataw aċċess mingħajr limitu bla dazju għall-Unjoni jekk il-kwota tat-tariffa ma tkunx ġiet użata sal-31 ta’ Ottubru tas-sena preċedenti. Skont id-dejta pprovduta mill-Kummissjoni, il-kwota annwali għas-sena 2011 għall-prodotti kkonċernati li nfetħet bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2010 (7) ma ġietx eżawrita fil-31 ta’ Ottubru 2011. Għalhekk, il-prodotti fil-kwistjoni għandhom jingħataw aċċess mingħajr limitu bla dazju għall-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(5)

Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi rtirata s-sospensjoni temporanja tar-reġim bla dazju li ġiet applikata taħt il-Protokoll Nru 2.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012, is-sospensjoni temporanja tar-reġim bla dazju li ġiet applikata skont il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles għal oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 (ilma, inkluż ilma minerali u ilma bil-gass, li jkun fih iz-zokkor miżjud jew ħlewwa oħra jew togħma) u ex 2202 90 10 (xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)) għandha tiġi rtirata.

2.   Ir-regoli tal-oriġini applikabbli reċiprokament għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

(4)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 37.

(5)  ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(7)  ĠU L 341, 23.12.2010, p. 1.


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1305/2011

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

58,0

MA

72,2

TN

80,5

TR

94,4

ZZ

76,3

0707 00 05

EG

170,1

TR

111,9

ZZ

141,0

0709 90 70

MA

41,1

TR

146,0

ZZ

93,6

0805 10 20

AR

40,2

BR

41,5

CL

30,5

MA

56,3

TR

58,8

ZA

54,0

ZZ

46,9

0805 20 10

MA

65,1

ZZ

65,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

84,5

TR

80,1

ZZ

82,3

0805 50 10

TR

55,7

ZZ

55,7

0808 10 80

CA

109,9

CL

90,0

US

118,0

ZA

80,2

ZZ

99,5

0808 20 50

CN

60,4

ZZ

60,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2011

dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra mill-Kunsill ta’ erba’ membri tal-bord Ewropew għall-azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

(2011/831/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1194/2011/UE jipprevedi li għandu jiġi stabbilit bord Ewropew ta’ esperti indipendenti (“bord Ewropew”) u li dan il-bord għandu jinkludi tlettax-il membru maħtur mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, li minnhom erbgħa għandhom jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ tliet snin.

(2)

Kull istituzzjoni u korp għandhom ifittxu li jiżguraw li l-kompetenzi tal-membri tal-bord Ewropew li huma jaħtru jkunu kemm jista’ jkun komplementari.

(3)

Meta jippreżentaw kandidati sabiex isiru membri tal-bord Ewropew, l-Istati Membri li diġà jkollhom espert jew aktar, f’dak il-bord, li kienu nħatru minn istituzzjoni jew korp ieħor għajr il-Kunsill, huma mħeġġa jieħdu kont tat-tisħiħ tal-ekwilibriju ġeografiku u bejn is-sessi fil-bord Ewropew meta jieħdu deċiżjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess.

(4)

Huwa xieraq li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra tal-erba’ membri tiegħu fil-bord Ewropew.

(5)

Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu ġusti, faċli biex jiġu implimentati, non-diskriminatorji, trasparenti, u għandhom ifittxu li jiżguraw li l-membri maħtura fil-bord Ewropew jissodisfaw debitament l-obbligi tagħhom.

(6)

Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu adattati, jekk ikun meħtieġ, fil-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-azzjoni għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew previsti fl-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni 1194/2011/UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-ħatra ta’ erba’ membri tal-bord Ewropew skont l-arranġamenti prattiċi u proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw kandidati sabiex isiru membri tal-bord Ewropew. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proċess għandha tkun volontarja. Kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt jippreżenta kandidat wieħed biss. Sabiex tkun żgurata rappreżentanza ġeografika bbilanċjata, l-Istati Membri li għandhom esperti maħtura mill-Kunsill għall-mandat preċedenti għandhom ikunu esklużi milli jipparteċipaw.

2.   Il-kandidaturi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u juru b’mod ċar li kandidat speċifiku huwa espert indipendenti b’esperjenza u kompetenza sostanzjali fl-oqsma li huma rilevanti għall-għanijiet tal-azzjoni u li jimpenja ruħu jaħdem fuq il-bord Ewropew, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness. Dawk il-kandidaturi għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni debitament iffirmata kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness.

3.   Il-kandidaturi għandhom jispeċifikaw, għal kull kandidat, kategorija prinċipali ta’ kompetenza minn fost dawn li ġejjin:

storja u kulturi Ewropej,

edukazzjoni u żgħażagħ,

ġestjoni kulturali, inkluża d-dimensjoni patrimonjali,

komunikazzjoni u turiżmu.

4.   Għandu jiġi organizzat tlugħ bix-xorti fost il-kandidaturi rikonoxxuti mill-korp preparatorju rilevanti tal-Kunsill bil-ħsieb li jintgħażel kandidat wieħed għal kull waħda mill-erba’ kategoriji msemmija fil-paragrafu 3. L-ewwel isem li jittella’ għal kull kategorija għandu jitqies bħala magħżul. Din l-għażla għandha sussegwentement tiġi approvata mill-Kunsill.

5.   Jekk ma jkun hemm ebda kandidat f’kategorija waħda jew aktar, għandu jittella’ kandidat addizzjonali wieħed jew aktar mill-kategoriji li fihom ikun hemm l-akbar numru ta’ kandidati. Jekk ikun hemm kandidat wieħed biss f’kategorija speċifika, dak il-kandidat jitqies li ntgħażel mingħajr ma jittella’ bix-xorti.

6.   Jekk membru tal-bord Ewropew ma jkunx jista’ jwettaq il-mandat tiegħu, l-Istat Membru li jkun ħatar dak il-membru għandu jaħtar sostitut malajr kemm jista’ jkun. Din il-ħatra għandha tissodisfa r-rekwiżiti kif stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness u tapplika għall-bqija tal-kariga ta’ dak il-membru.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

W. KOSINIAK-KAMYSZ


(1)  ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1.


ANNESS

LISTA TA’ REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-KANDIDATI

PARTI 1

KULL PREŻENTAZZJONI BIL-MIKTUB GĦANDHA TINKLUDI:

deskrizzjoni tal-edukazzjoni tal-kandidat, l-esperjenza tax-xogħol tiegħu u l-kisbiet eċċellenti tiegħu li jkunu rilevanti għall-għanijiet tal-azzjoni u l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti mis-siti,

għażla ta’ kategorija speċifika ta’ kompetenza flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ dik l-għażla.

PARTI 2

KULL PREŻENTAZZJONI GĦANDHA TINKLUDI D-DIKJARAZZJONI BIL-MIKTUB LI ĠEJJA:

“Jiena konxju:

tad-dmirijiet li l-pożizzjoni tinvolvi u ninsab kapaċi niddedika numru adatt ta’ ġranet tax-xogħol kull sena biex naħdem għall-bord Ewropew,

li l-pożizzjoni ta’ membru tal-bord Ewropew mhijiex waħda onorarja u li ser nitħallas mill-Kummissjoni għal dan ix-xogħol kif ukoll għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni,

li d-dmirijiet jirrikjedu indipendenza u li ser ikun meħtieġ li niffirma dikjarazzjoni kull sena li tikkonferma li ma għandi ebda konflitt ta’ interess la reali u lanqas potenzjali, f’konformità mal-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni 1194/2011/UE.”


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Diċembru 2011

dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali [ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi] (EMAS)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8896)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/832/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali [mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi] (EMAS) (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 46(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi l-possibbiltà għal organizzazzjonijiet b’bosta siti li jkunu jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiżi terzi biex jirreġistraw fl-EMAS.

(2)

Kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra b’siti li jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi terzi għandhom jirċievu informazzjoni u gwida addizzjonali dwar il-possibbiltajiet li jirreġistraw lilhom infushom fl-EMAS.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini tal-Artikolu 46.4 u għall-fini li tkun ipprovduta informazzjoni addizzjonali ta’ kjarifika dwar l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, il-Kummissjoni qiegħda tadotta din il-gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali fl-EMAS.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.


ANNESS

Gwida għal reġistrazzjoni korporattiva tal-UE, reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali fl-EMAS (Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009)

1.   DAĦLA

L-għan ta’ dan id-dokument huwa li tingħata gwida dwar kif l-Iskema Ewropea ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) taħdem għal organizzazzjonijiet li joperaw ma’ sussidjarji u f’siti li jkunu jinsabu f’diversi Stati Membri tal-UE u/jew f’pajjiżi terzi, u li tkun ipprovduta gwida speċifika lill-Istati Membri, verifikaturi u organizzazzjonijiet li jkunu jistgħu jużawha għal finijiet ta’ reġistrazzjoni. Din il-gwida hija l-konsegwenza tal-Artikolu 46(4) tar-Regolament EMAS (1) li jgħid li “B’kooperazzjoni mal-Forum tal-Korpi Kostitwiti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida dwar ir-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet barra [mil]l-Komunità” u tal-Artikolu 16(3), li jgħid li “Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jiżviluppa gwida sabiex jiżgura l-konsistenza tal-proċeduri relatati mar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inklużi t-tiġdid tar-reġistrazzjoni u s-sospensjoni u t-tħassir tal-organizzazzjonijiet mir-reġistru kemm fil-Komunità kif ukoll barra minnha”.

Meta l-EMAS kienet introdotta fl-1993 kienet maħsuba li tkopri kull sit individwali ta’ organizzazzjonijiet mis-setturi tal-industrija u l-manifattura. Wara l-ewwel reviżjoni fl-2001, infetħet l-EMAS II għall-organizzazzjonijiet kollha b’bosta siti (li jkunu jinsabu fi Stat Membru tal-UE u taż-ŻEE bħal qabel). L-EMAS III nfetħet aktar, u llum hija applikabbli għal organizzazzjonijiet fl-UE u organizzazjonijiet li mhumiex fl-UE.

Il-ftuħ tal-EMAS għal pajjiżi terzi jipprovdi lill-organizzazzjonijiet mis-setturi kollha b’mezz għall-ksib ta’ livelli għolja ta’ prestazzjoni ambjentali li jistgħu jkunu rikonoxxuti pubblikament minn partijiet interessati tal-Komunità Ewropea.

L-Istati Membri jkunu ħielsa jieħdu deċiżjoni dwar jekk il-Korp/Korpi Kompetenti nazzjonali tagħhom għandux/homx jipprovdi/u għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament EMAS.

Reġistrazzjoni

Minħabba l-interrelazzjoni bejn ir-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’bosta siti fl-UE u r-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li mhumiex fl-UE, hemm diversi sitwazzjonijiet differenti li jistgħu jseħħu fir-realtà. Dan id-dokument jipprovdi gwida ġenerali għal każijiet li Korpi Kompetenti, verifikaturi ambjentali u organizzazzjonijiet li japplikaw għall-EMAS ikollhom jaffrontaw. Qed jiġu analizzati t-tliet tipi ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

Sitwazzjoni 1: Reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’siti li jkunu jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed tal-UE (Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE);

Sitwazzjoni 2: Reġistrazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet uniċi jew korporattivi b’siti li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi (Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi) u

Sitwazzjoni 3: Reġistrazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet b’siti li jkunu jinsabu kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi (Reġistrazzjoni Globali).

Fit-tliet proċeduri kollha, l-organizzazzjoni tista’ tapplika għal reġistrazzjoni korporattiva waħda għal dawk is-siti kollha jew għal xi wħud minnhom. L-għażla tas-siti li jkunu se jiġu inklużi fir-reġistrazzjoni tkun f’idejn l-organizzazzjoni li tapplika.

Nota:

Il-każ sempliċi ta’ reġistrazzjoni korporattiva nazzjonali tal-UE mhux ittrattat f’din il-gwida.

Din il-gwida tittratta kwistjonijiet bħal:

l-identifikazzjoni tal-Korp Kompetenti;

l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja ta’ verifikaturi ambjentali li joperaw barra mill-UE;

il-koordinazzjoni fost l-Istati Membri għal dawn il-proċeduri;

il-konformità legali f’pajjiżi terzi;

it-tiġdid, it-tħassir u s-sospensjoni ta’ reġistrazzjonijiet korporattivi.

Ir-rekwiżiti għat-tliet sitwazzjonijiet sikwit ikunu simili ħafna; madankollu l-użu ta’ kontroreferenzi minn kapitolu għall-ieħor huwa ristrett għal minimu assolut sabiex it-test ikun jista’ jinqara aħjar. Għalhekk jista’ jkun hemm ripetizzjonijiet.

Għall-kredibbiltà tal-EMAS huwa importanti li r-Regolament ikun applikat b’mod simili fl-UE u lil hinn minnha. Għal dan l-għan, għandhom jitqiesu d-differenzi u d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta’ xi elementi speċifiċi tal-EMAS, bħall-konformità legali. Korpi Kompetenti fl-Istati Membri li jippermettu li jsiru reġistrazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi għandhom jadottaw proċeduri speċifiċi biex jiżguraw li l-EMAS fl-UE u lil hinn mill-UE tirriżulta f’sistemi ekwivalenti. Ir-relazzjonijiet storiċi, ekonomiċi u kulturali fost l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi jistgħu jmexxu l-implimentazzjoni tal-EMAS ta’ Pajjiżi Terzi u Globali u jistgħu jintużaw b’mod li titħaffef l-estensjoni tal-EMAS mad-dinja kollha.

2.   TERMINOLOĠIJA

Għall-fini ta’ dan id-dokument ta’ gwida, għandha tintuża t-terminoloġija li ġejja:

 

Kwartieri ġenerali tfisser entità ta’ mmaniġġjar fl-ogħla post ta’ organizzazzjoni b’bosta siti li tikkontrolla u tikkoordina funzjonijiet ewlenin tal-organizzazzjoni bħall-ippjanar strateġiku, komunikazzjonijiet, taxxa, aspetti legali, tqegħid fis-suq, finanzi, u oħrajn.

 

Ċentru ta’ Mmaniġġjar tfisser sit, minbarra l-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni b’bosta siti, speċifikament maħsub għall-fini ta’ reġistrazzjoni skont ir-Regolament EMAS, fejn il-kontroll u l-koordinazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali jkunu żgurati.

 

Korp Kompetenti Ewlieni tfisser Korp Kompetenti responsabbli għall-proċedura ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, ta’ Pajjiżi Terzi u Globali.

Nota:

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament EMAS huwa dwar kif ikun stabbilit il-Korp Kompetenti (Ewlieni).

Il-mod li bih jiġi stabbilit il-Korp Kompetenti Ewlieni jista’ jvarja skont “is-Sitwazzjonijiet” deskritti hawn fuq, kif ġej:

F’każ tas-sitwazzjoni 1 (Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE) il-Korp Kompetenti Ewlieni jkun il-Korp Kompetenti mill-Istat Membru li fih jkunu jinsabu l-kwartieri ġenerali jew iċ-ċentru ta’ mmaniġġjar tal-organizzazzjoni li tkun qed tapplika.

F’każ ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali, huwa l-Korp Kompetenti mill-Istat Membru li jipprovdi għal reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn barra l-Komunità u fejn il-verifikatur ikun akkreditat. Fi kliem ieħor, l-ewwel nett l-Istat Membru għandu jipprovdi għal reġistrazzjoni ta’ pajjiżi terzi u, it-tieni għall-ħtieġa li jkunu disponibbli verifikaturi li jkunu akkreditati jew liċenzjati għal verifiki f’dawk il-pajjiżi terzi fejn jkunu jinsabu s-siti inklużi fil-proċessi tar-reġistrazzjoni.

3.   REĠISTRAZZJONI KORPORATTIVA TAL-UE – REĠISTRAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET B’BOSTA SITI F’DIVERSI STATI MEMBRI

3.1.   Leġiżlazzjoni Applikabbli u Konformità legali fl-Istati Membri tal-UE

3.1.1.

L-organizzazzjonijiet għandhom dejjem ikunu f’konformità mar-rekwiżiti legali tal-UE u dawk nazzjonali applikabbli għas-siti inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS.

3.1.2.

Skont l-Anness IV.B.(g) tar-Regolament EMAS, id-Dikjarazzjoni Ambjentali ta’ organizzazzjonijiet għandha tinkludi referenza għar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent.

3.1.3.

Biex tipprovdi “l-evidenza materjali jew dokumentarja ta’ konformità legali” kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament EMAS, l-organizzazzjoni tista’ tipprovdi dikjarazzjonijiet mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar biex ikun żgurat li ma jkunx hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità u/jew li l-kumpanija ma tkunx involuta fi proċeduri rilevanti ta’ infurzar, f’kawżi ġudizzjarji jew fi proċeduri ta’ lmenti. Il-verifikaturi għandhom – bħala parti mill-proċedura ta’ verifika – jiċċekkjaw il-permessi jew il-liċenzji ambjentali kollha applikabbli għall-organizzazzjoni jew kull xorta oħra ta’ evidenza skont is-sistema legali li topera fl-Istat Membru fejn ikun jinsab is-sit.

3.2.   Inkarigi tal-Korpi Kompetenti

3.2.1.

F’każ ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, il-post fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali jew iċ-ċentru ta’ mmaniġġjar (f’dik l-ordni) tal-organizzazzjoni huwa deċiżiv biex ikun iddeterminat liema se jkun il-Korp Kompetenti Ewlieni.

3.2.2.

F’każ ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, il-Korp Kompetenti Ewlieni jikkoopera biss mal-Korpi Kompetenti kollha li jkunu jinsabu fl-Istati Membri fejn ikunu jinsabu s-siti li jkunu inklużi fil-proċess ta’ reġistrazzjoni korporattiva.

3.2.3.

Il-Korp Kompetenti Ewlieni huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni u se jikkoordina l-proċedura ma’ Korpi Kompetenti rilevanti oħra.

Il-Korp Kompetenti Ewlieni ma għandux jirreġistra, jissospendi, iħassar jew iġedded reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni jekk il-Korp Kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, fejn ikunu jinsabu s-siti tal-organizzazzjoni inklużi fir-reġistrazzjoni, ma jaqbilx mar-reġistrazzjoni, is-sospensjoni, it-tħassir jew it-tiġdid (ara 3.4 u 3.6 ta’ din il-gwida). Kif intqal fit-taqsima 3.4.6, il-Korp Kompetenti Ewlieni jista’ wkoll jiddeċiedi li jipproċedi bi proċedura ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva b’kamp ta’ applikazzjoni iżgħar (eż. mingħajr is-sit ikkontestat).

3.2.4.

Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom mal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji fl-Istati Membri tagħhom, biex ikun żgurat li kemm il-Korp Kompetenti kif ukoll il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew tal-Liċenzji jkunu jistgħu jwettqu l-inkarigi rispettivi tagħhom b’mod koordinat.

3.2.5.

Il-prinċipji ġenerali u l-proċeduri speċifiċi ta’ koordinazzjoni bejn il-Korpi Kompetenti għandhom, fi żmien sitt xhur minn meta jkun adottat dan id-dokument ta’ gwida, jiġu stabbiliti u approvati mill-Forum tal-Korpi Kompetenti. Huma mbagħad għandhom jitressqu għall-adozzjoni skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikoli 48(2) u 49(3) tar-Regolament EMAS.

3.2.6.

Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jiżviluppa formoli standardizzati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea biex jiġu implimentati “l-proċeduri ta’ koordinazzjoni” msemmijin hawn fuq. Biex ikun jista’ jkun hemm komunikazzjoni effiċjenti filwaqt li jitnaqqas dak li jista’ jinftiehem ħażin minħabba diffikultajiet ta’ lingwa, il-formoli standardizzati se jkunu magħmulin l-aktar minn kaxex fejn wieħed jagħmel marka u biss għadd limitat ħafna ta’ partijiet għall-“kummenti” fejn wieħed jista’ jikteb li jrid. Evidenza bil-miktub ta’ din il-komunikazzjoni, permezz tal-posta regolari, posta elettronika jew faxes, għandha tinżamm fil-każ li jinqala’ tilwim fost il-Korpi Kompetenti.

Il-formoli msemmijin hawn fuq għandhom jinkludu, bħala anness li jkun jista’ jiġi aġġornat, lista tat-tariffi applikabbli għall-Istati Membri kollha.

3.3.   Inkarigi tal-Verifikaturi Akkreditati jew Liċenzjati

3.3.1.

Regoli ġenerali applikabbli għal verifikaturi ambjentali tal-EMAS, għall-akkreditazzjoni jew il-liċenzja tagħhom u għall-proċess ta’ verifika huma stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tar-Regolament EMAS

3.3.2.

Il-verifika tas-sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali u l-validazzjoni tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS għandhom isiru minn verifikatur ambjentali tal-EMAS li jkun akkreditat jew liċenzjat għall-ambitu rilevanti skont il-kodiċijiet tan-NACE (2).

3.3.3.

F’każ ta’ reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni b’bosta siti u attivitajiet, l-akkreditazzjoni tal-verifikatur għandha tkopri l-Kodiċijiet tan-NACE kollha tas-siti u tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni. Jekk verifikatur ma jkunx akkreditat jew liċenzjat għall-kodiċijiet tan-NACE rilevanti kollha, għandhom ikunu involuti verifikaturi ambjentali akkreditati oħra kif ikun xieraq permezz ta’ kooperazzjoni fil-każijiet. Hija l-organizzazzjoni li tkun qed titlob għar-reġistrazzjoni li tiddeċiedi jekk tridx tinvolvi diversi verifikaturi akkreditati filwaqt li tqis l-Artikolu 4 tar-Regolament EMAS. Minbarra raġunijiet bħal nuqqas ta’ verifikaturi akkreditati għall-kodiċijiet tan-NACE rilevanti, l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom raġunijiet oħra (eż. esperjenza lokali, għarfien tal-lingwi jew ix-xewqa li l-verifika tal-EMAS tiġi kkombinata maċ-ċertifikazzjoni bl-applikazzjoni ta’ standards oħra) biex jagħmlu użu minn diversi verifikaturi. Il-verifikaturi kollha li jkunu qed jikkooperaw għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) tar-Regolament EMAS u d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS. Kull verifikatur involut huwa responsabbli għal dak li jseħħ, b’rabta ma’ dik il-parti/dawk il-partijiet tal-verifika li tirriżulta/jirriżultaw mill-qasam ta’ għarfien espert tiegħu stess (relatati l-aktar ma’ kodiċijiet tan-NACE speċifiċi). Il-prattika li l-verifikaturi kollha għandhom jiffirmaw l-istess dikjarazzjoni tgħin lill-Korp Kompetenti Ewlieni biex jidentifika l-verifikaturi kollha involuti. Konsegwentement il-Korp Kompetenti Ewlieni jista’ jivverifika, permezz tal-Korpi Kompetenti li jkunu qed jikkooperaw (li mbagħad għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom mal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji), jekk il-verifikaturi kollha involuti ħarsux l-obbligu tagħhom ta’ notifika minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament EMAS. Dan jippermetti wkoll li l-Korp Kompetenti Ewlieni jivverifika jekk il-Kodiċijiet tan-NACE tal-verifikaturi involuti jkoprux dawk tal-organizzazzjoni inkwistjoni.

3.3.4.

Verifikaturi akkreditati jew liċenzjati fi Stat Membru wieħed jitħallew joperaw fi Stati Membri oħra. Il-verifikaturi għandhom jibagħtu avviż lill-Korp/Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew tal-Liċenzji li jkun jinsab/ikunu jinsabu fl-Istat Membru/fl-Istati Membri fejn ikun biħsiebhom joperaw mill-anqas erba’ ġimgħat qabel ma jibdew l-attivitajiet tagħhom.

3.3.5.

Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew tal-Liċenzji li jagħmel superviżjoni tal-verifikatur(i) li jkun qed jopera/ikunu qed joperaw fl-Istat Membru tiegħu għandu jibgħat rapport ta’ superviżjoni f’każ ta’ problemi/riżultati negattivi lill-Korp Kompetenti f’dak l-Istat Membru. Dan il-Korp Kompetenti għandu mbagħad jittrasferixxi r-rapport ta’ superviżjoni lill-Korp Kompetenti Ewlieni responsabbli għar-Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE.

3.3.6.

Jekk verifikatur jindividwa sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità meta ssir il-verifika għall-ewwel reġistrazzjoni, huwa ma għandux jiffirma d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) tar-Regolament EMAS u d-Dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS.

3.3.7.

Jekk verifikatur jindividwa każ ta’ nuqqas ta’ konformità fil-perjodu ta’ validità tar-reġistrazzjoni jew fiż-żmien ta’ tiġdid, huwa jista’ jirrapporta lill-Korp Kompetenti (Ewlieni) li l-organizzazzjoni inkwistjoni ma tkunx iżjed f’konformità mar-rekwiżiti tal-EMAS. Fiż-żmien ta’ tiġdid tar-reġistrazzjoni fl-EMAS huwa jista’ jiffirma biss id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25 (9) u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tal-EMAS jekk l-organizzazzjoni turi li ħadet miżuri (i.e. b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ infurzar) biex tiżgura li jerġa’ jkun hemm konformità legali. Jekk l-organizzazzjoni ma tipprovdix miżuri suffiċjenti biex issolvi l-problema ta’ konformità, il-verifikatur ma għandux jivvalida d-dikjarazzjoni aġġornata u ma għandux jiffirma d-dikjarazzjoni u d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS. Fi kliem ieħor il-verifikatur ambjentali tal-EMAS għandu jiffirma d-dikjarazzjoni u għandu jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS biss f’każ ta’ konformità sħiħa.

3.4.   Proċess tar-Reġistrazzjoni

3.4.1.

Regoli ġenerali li japplikaw għar-Reġistrazzjoni huma stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV tar-Regolament EMAS.

3.4.2.

L-organizzazzjoni għandha tikkomunika fi stadju bikri mal-verifikatur(i) u mal-Korp Kompetenti Ewlieni biex ikunu ċċarati kwistjonijiet ta’ lingwa fir-rigward tad-dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3) u tal-Anness IV (D) tar-Regolament EMAS.

3.4.3.

Il-Korp Kompetenti Ewlieni għandu jiċċekkja l-informazzjoni li jkun hemm fl-applikazzjoni u għandu jikkomunika dwar dan mal-Korpi Kompetenti l-oħra involuti. Dan ifisser li l-Korp Kompetenti Ewlieni jkun mgħarraf mill-Korpi Kompetenti involuti dwar il-validità tal-informazzjoni tas-siti nazzjonali involuti.

3.4.4.

Il-Korpi Kompetenti involuti għandhom jiċċekkjaw, permezz tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji tagħhom, għall-Istati Membri tagħhom stess, jekk il-verifikatur(i) involut(i) fil-proċedura tar-reġistrazzjoni jkunx/ikunux akkreditat(i) jew liċenzjat(i) għall-kodiċijiet kollha tan-NACE konċernati fil-proċess tar-reġistrazzjoni. Dan jimplika li l-Korp Kompetenti jiċċekkja jekk il-verifikatur ikunx bagħat (mill-anqas erba’ ġimgħat minn qabel kull verifika fi Stat Membru) notifika xierqa u f’waqtha, skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament EMAS. Għalhekk il-Korp Kompetenti għandu jikkomunika lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew tal-Liċenzji tal-Istat Membru tiegħu, f’kull każ messaġġ sempliċi li hemm siti li għandhom jiġu rreġistrati abbażi ta’ attivitajiet ta’ verifika/validazzjoni ta’ verifikaturi minn Stati Membri oħra. Jekk il-kompetenza tal-verifikatur ma tkunx approvata mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji, il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew ta’ Liċenzji jista’ jġiegħel lill-verifikatur ikun konformi mar-rekwiżiti rilevanti jew jgħarraf lill-Korp Kompetenti dwar il-problema. Mingħajr dan il-minimu ta’ komunikazzjoni bejn il-Korpi Kompetenti u l-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji, kif ukoll bejn il-Korpi Kompetenti u l-Korp Kompetenti Ewlieni, l-attivitajiet ta’ superviżjoni jistgħu jkunu ppreġudikati.

3.4.5.

Il-Korpi Kompetenti kollha involuti fil-proċess tar-reġistrazzjoni għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali tagħhom biex jaraw, għas-siti li jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom, jekk hemmx konformità mar-Regolament EMAS. Huma għandhom jgħarrfu lill-Korp Kompetenti Ewlieni dwar id-deċiżjoni tagħhom (tista’ ssir reġistrazzjoni/ma tistax issir reġistrazzjoni). F’każ ta’ deċiżjoni negattiva l-Korp Kompetenti għandu jgħarraf lill-Korp Kompetenti Ewlieni dwar il-motivazzjoni tagħha f’għamla ta’ dikjarazzjoni. Billi din id-dikjarazzjoni hija vinkolanti, il-Korp Kompetenti Ewlieni jista’ jew jiddeċiedi li jwaqqaf il-proċedura ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva sakemm ir-rekwiżiti tar-Regolament jiġu ssodisfati (f’liema każ ebda wieħed mis-siti ma jkun irreġistrat skont l-EMAS), jew jgħarraf lill-organizzazzjoni li tkun tista’ tipproċedi bi proċedura ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva mingħajr is-sit kontestat.

3.4.6.

Wara d-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni, il-Korp Kompetenti Ewlieni għandu jgħarraf lill-Korpi Kompetenti nazzjonali involuti kollha, li għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta’ infurzar rispettivi tagħhom.

Nota:

Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ lill-Korpi Kompetenti involuti jiskambjaw dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet ta’ infurzar rispettivi tagħhom biex jitħaffef l-iskambju ta’ informazzjoni bejn Korpi Kompetenti u awtoritajiet ta’ infurzar meta dawn tal-aħħar ma jkunux jafu b’kull sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità.

3.4.7.

Il-monitoraġġ għall-konformità legali fil-livell nazzjonali jkun żgurat mill-awtoritajiet ta’ infurzar nazzjonali u minn verifikaturi matul il-proċess ta’ verifika. Jekk dawn l-awtoritajiet isibu sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità huma għandhom jgħarrfu lill-Korp Kompetenti nazzjonali, u dan imbagħad għandu jgħarraf lill-Korp Kompetenti Ewlieni.

3.4.8.

Jekk Korp Kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun jinsab sit tal-organizzazzjoni li tkun qed tapplika għar-Reġistrazzjoni Korporattiva inkwistjoni jsib evidenza ta’ ksur ta’ rekwiżiti legali applikabbli, lmenti jew kull informazzjoni rilevanti oħra, biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni, tiġdid, sospensjoni u tħassir, huwa għandu jibgħat mingħajr dewmien lill-Korp Kompetenti Ewlieni rapport ta’ superviżjoni li jiddeskrivi fil-qosor il-problema.

3.4.9.

Xi Stati Membri huma obbligati jitolbu ħlas ta’ tariffi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Konsegwentemant, il-Korp Kompetenti Ewlieni ma jkunx f’qagħda li jiddeċiedi dwar tariffi li jkunu ffissati skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra. Ir-rwol tal-Korp Kompetenti Ewlieni fir-rigward ta’ tariffi jkun jikkonsisti biss fil-fatt li jgħarraf lill-organizzazzjoni bl-ammont totali u bit-tariffi waħda waħda li jkollhom jitħallsu lill-Korpi Kompetenti nazzjonali involuti fil-proċedura tar-reġistrazzjoni. Il-Korp Kompetenti Ewlieni għandu jgħarraf ukoll lill-organizzazzjoni li l-Korpi Kompetenti kollha involuti jitolbu ħlas tat-tariffi li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tas-siti nazzjonali involuti fi proċedura ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva direttament mingħand is-siti nazzjonali rispettivi tal-organizzazzjoni li tapplika.

Il-Korpi Kompetenti involuti kollha għandhom jgħarrfu lill-Korp Kompetenti Ewlieni li effettivament ikunu tħallsu tariffi qabel reġistrazzjoni, kif meħtieġ bl-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament EMAS.

Nota:

Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri kollha biex jistħarrġu l-possibbiltajiet li jnaqqsu tariffi applikabbli għal organizzazzjonijiet li japplikaw għal Reġistrazzjoni Korporattiva. F’każijiet ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva, il-Korp Kompetenti Ewlieni biss ikollu spejjeż amministrattivi li jistgħu jitqabblu ma’ dawk ta’ reġistrazzjoni regolari, waqt li Korpi Kompetenti involuti jkollhom anqas x’jagħmlu u, għalhekk, ikollhom anqas spejjeż. Tariffi aktar baxxi għandhom jagħmlu l-EMAS u r-Reġistrazzjoni Korporattiva aktar attraenti.

3.4.10.

Il-Korpi Kompetenti involuti kollha għandhom jitolbu ħlas tat-tariffi li jirriżultaw meta jkunu rreġistrati s-siti nazzjonali involuti fi proċedura ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva direttament mingħand is-siti nazzjonali rispettivi tal-organizzazzjoni li tapplika.

3.5.   Organizzazzjonijiet li diġà huma Rreġistrati

3.5.1.

Jekk organizzazzjoni li diġà tkun irreġistrata tiddeċiedi li jkollha Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, il-Korp Kompetenti Ewlieni jista’, fuq talba tal-organizzazzjoni, jestendi l-ambitu tar-reġistrazzjoni eżistenti, b’hekk iżomm l-istess numru fir-reġistru nazzjonali. L-entrata għandha wkoll tiġi rreġistrata bin-numru l-ġdid tar-reġistrazzjoni fir-reġistru nazzjonali. F’dawk il-każijiet, il-Korpi Kompetenti l-oħra kollha involuti mill-Istati Membri fejn l-organizzazzjoni diġà jkollha siti rreġistrati għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjonijiet eżistenti jkunu rreġistrati bin-numru l-ġdid tar-reġistrazzjoni fir-reġistri rispettivi tagħhom.

3.6.   Tħassir u Sospensjoni tar-Reġistrazzjonijiet

3.6.1.

Regoli ġenerali għal sospensjoni u tħassir stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament EMAS għandhom ikunu applikabbli għal din il-proċedura speċifika.

3.6.2.

Kull lment dwar l-organizzazzjoni rreġistrata għandu jkun innotifikat lill-Korp Kompetenti Ewlieni.

3.6.3.

Kull Korp Kompetenti jkun responsabbli għall-proċeduri relatati mas-siti tal-organizzazzjoni fl-Istat Membru rispettiv. Jekk iseħħ każ li fih organizzazzjoni jkollha tkun sospiża jew imħassra mir-Reġistru tal-EMAS, il-Korp Kompetenti li jkun qed jikkoopera jgħarraf lill-Korp Kompetenti Ewlieni permezz ta’ dikjarazzjoni dwar il-fehma tiegħu. Dan ifisser li l-Korpi Kompetenti nazzjonali biss joħorġu dikjarazzjonijiet dwar is-siti nazzjonali rispettivi tagħhom. Jekk waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet tikkonferma li sit nazzjonali ma jkunx jista’ jiġi rreġistrat, il-Korp Kompetenti Ewlieni jibda l-proċedura għal tħassir jew sospensjoni, waqt li jħares ir-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament EMAS. Qabel ma jieħu kull deċiżjoni finali dwar tħassir jew sospensjoni tal-organizzazzjoni, il-Korp Kompetenti Ewlieni għandu jgħarraf lill-Korpi Kompetenti l-oħra involuti li jkunu qed jikkooperaw, biex b’hekk dawn ikunu jafu r-raġunijiet għal sospensjoni/tħassir minn Korp Kompetenti wieħed jew aktar. Il-Korp Kompetenti Ewlieni għandu wkoll jgħarraf lill-Kwartieri Ġenerali jew liċ-Ċentru ta’ Mmaniġġjar tal-organizzazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda u r-raġunijiet għat-tħassir jew sospensjoni proposti. Wara dan, il-Korp Kompetenti Ewlieni jagħti lill-organizzazzjoni l-opportunità li tiddeċiedi jekk l-organizzazzjoni kollha jkollhiex titħassar mir-Reġistru tal-EMAS jew jekk is-siti kontestati jkollhomx jitneħħew mill-ambitu tar-Reġistrazzjoni Korporattiva.

3.6.4.

Tilwimiet bejn Korpi Kompetenti nazzjonali individwali involuti fil-proċedura ta’ Reġistrazzjoni Korporattiva għandhom ikunu riżolti fil-Forum tal-Korpi Kompetenti. Tilwimiet bejn il-Korp Kompetenti Ewlieni u l-organizzazzjoni għandhom ikunu riżolti skont id-dritt nazzjonali tal-pajjiż fejn il-Korp Kompetenti Ewlieni jkun jinsab. Tilwimiet bejn l-organizzazzjoni u Korpi Kompetenti individwali, eż. dwar is-sitwazzjoni ta’ konformità legali ta’ siti nazzjonali individwali inklużi fil-proċedura ta’ reġistrazzjoni korporattiva, għandhom ikunu riżolti skont id-dritt nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru inkwistjoni. Tilwimiet għandhom ikunu riżolti skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament EMAS.

3.6.5.

Jekk ma tkun tista’ tinkiseb ebda riżoluzzjoni bejn il-Korpi Kompetenti involuti fil-Forum ta’ Korpi Kompetenti, il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tista’ eventwalment titkompla mingħajr is-siti kontestati.

3.7.   Kwistjonijiet ta’ Lingwa

3.7.1.

Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u dokumenti rilevanti oħra għandhom ikunu sottomessi fil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-Korp Kompetenti Ewlieni jkun jinsab (Artikolu 5(3)). Jekk organizzazzjoni tippreżenta dikjarazzjoni ambjentali korporattiva b’informazzjoni dwar siti individwali, din l-informazzjoni għandha, addizjonalment, tkun fil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dawk l-Istati Membri fejn is-siti jkunu jinsabu.

4.   REĠISTRAZZJONI TA’ PAJJIŻI TERZI — REĠISTRAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET B’SIT WIEĦED JEW B’BOSTA SITI F’PAJJIŻI TERZI (SITWAZZJONI 2)

Reġistrazzjoni fl-EMAS ta’ Pajjiżi Terzi tfisser reġistrazzjoni fl-EMAS ta’ organizzazzjoni li topera f’pajjiż terz wieħed jew aktar. Skont ir-Regolament EMAS, Stati Membri huma ħielsa jieħdu deċiżjoni dwar jekk il-Korp Kompetenti nazzjonali tagħhom għandux jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament EMAS.

4.1.   Leġiżlazzjoni Applikabbli u Konformità Legali f’Pajjiżi Terzi

4.1.1.

Organizzazzjonijiet għandhom dejjem ikunu konformi mar-rekwiżiti legali nazzjonali rispettivi tal-pajjiżi terzi fejn jkunu jinsabu s-siti inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS.

4.1.2.

Biex ikun żgurat li l-iskema EMAS iżżomm il-livell għoli tagħha ta’ ambizzjoni u kredibbiltà, hija xi ħaġa ta’ min jgħir għaliha li l-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni ta’ pajjiż terz tikseb livell qrib kemm jista’ jkun tal-livell li organizzazzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jilħqu bil-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali rilevanti. Għalhekk huwa mixtieq li organizzazzjonijiet barra mill-Komunità, minbarra r-referenzi magħmulin għar-rekwiżiti ambjentali nazzjonali applikabbli, jagħmlu referenza wkoll fid-dikjarazzjoni ambjentali għar-rekwiżiti legali relatati mal-ambjent applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun biħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni (l-Artikolu 4.4 tar-Regolament EMAS). Ir-rekwiżiti ambjentali f‘dik il-lista għandhom jintużaw bħala referenza meta eventwalment ikunu stabbiliti miri addizzjonali ogħla ta’ prestazzjoni, iżda ma jkunux obbligatorji għall-valutazzjoni tal-konformità legali tal-organizzazzjoni.

4.1.3.

Skont l-Anness IV.B.(g) tar-Regolament EMAS, id-Dikjarazzjoni Ambjentali tal-organizzazzjonijiet għandha tinkludi referenza għar-rekwiżiti legali ambjentali nazzjonali applikabbli.

4.1.4.

Għal siti li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi, l-evidenza dokumentarja kif imsemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament EMAS għandha preferibbilment tkun magħmula minn:

Dikjarazzjonijiet minn awtoritajiet ta’ infurzar tal-pajjiż terz, inkluża informazzjoni dwar il-permessi ambjentali applikabbli għall-organizzazzjoni u li jgħidu li ma jkunx hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità u/jew li l-kumpanija ma tkunx involuta fi proċeduri ta’ infurzar, f’kawżi ġudizzjarji jew fi proċeduri ta’ lmenti;

Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu preferibbilment ikollha wkoll tabelli ta’ kontroreferenzi bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż terz u l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn l-organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni kif imsemmi fit-taqsima 4.1.2.

4.2.   Akkreditazzjoni u Liċenzjar EMAS f’Pajjiżi Terzi

4.2.1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni dwar jekk jipprovdux għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi jew le, skont il-mezzi u l-proċeduri operattivi tagħhom. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni jew tal-liċenzji tagħhom jipprovdu għal akkreditazzjoni jew liċenzjar ta’ verifikaturi ambjentali għal Pajjiżi Terzi EMAS. L-Istati Membri biss li jaċċettaw il-prinċipju ta’ ‘Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi’ jkunu intitolati jirreġistraw organizzazzjonijiet li joperaw f’pajjiżi terzi.

4.2.2.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jipprovdi għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament EMAS, il-possibbiltà li tinkiseb reġistrazzjoni minn dak l-Istat Membru speċifiku għandha tkun fil-prattika tiddependi minn kemm ikun hemm verifikaturi akkreditati disponibbli. Il-verifikatur potenzjali għandu jkun akkreditat f’dak l-Istat Membru speċifiku li jipprovdi għal reġistrazzjoni ta’ pajjiżi terzi, għal dak il-pajjiż speċifiku u għas-settur ekonomiku speċifiku involut (determinati abbażi ta’ kodiċijiet tan-NACE) fil-proċedura partikolari tar-reġistrazzjoni.

Kumment ta’ kjarifika:

Dan ifisser li l-verifikatur li jkollu jagħmel il-verifika f’pajjiż partikolari għandu jkun akkreditat għal dak il-pajjiż terz speċifiku mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar ta’ dak l-Istat Membru li jipprovdi għal reġistrazzjonijiet minn pajjiżi terzi u fejn l-organizzazzjoni tkun biħsiebha tirreġistra.

4.2.3.

L-akkreditazzjoni jew liċenzja li verifikaturi jistgħu jiksbu għal pajjiżi terzi għandha tgħid għal liema pajjiżi terzi tkun valida, biex il-provvediment tar-reġistrazzjoni ikun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament EMAS. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk iridux joħorġu ċertifikati separati għal kull pajjiż terz jew jekk joħorġux ċertifikat ta’ akkreditazzjoni ġenerali b’appendiċi ġeografika mehmuża, li telenka l-pajjiżi li fihom il-korpi ta’ verifika jkunu akkreditati biex joperaw fihom.

Kumment ta’ kjarifika:

Meta jitqies l-Artikolu 22, “rekwiżiti addizzjonali għal verifikaturi ambjentali attivi f’pajjiżi terzi”, huwa ċar li akkreditazzjoni/liċenzjar għal pajjiżi terzi jistgħu jkunu biss akkreditazzjoni/liċenzjar addizzjonali għal akkreditazzjoni/liċenzjar bażiċi għall-Ewropa. Dan jimplika li akkreditazzjoni/liċenzjar għal pajjiż terz jingħataw bħala rekwiżit addizzjonali għal akkreditazzjoni/liċenzjar ġenerali f’ċertu ambitu u r-rekwiżiti tiegħu. Konsegwentement akkreditazzjoni/liċenzjar għal pajjiżi terzi jkollhom jinkludu akkreditazzjoni/liċenzjar għal wieħed mill-Istati Membri u fi ħdan ċertu ambitu.

Malli verifikatur ikun akkreditat jew liċenzjat fi Stat Membru wieħed huwa jkun ħieles li jwettaq attivitajiet ta’ verifika fi Stati Membri oħra skont l-Artikolu 24 tar-Regolament.

4.3.   Inkarigi tal-Korp Kompetenti

4.3.1.

Stat Membru li jkollu aktar minn Korp Kompetenti wieħed għandu jiddetermina għand liema Korp Kompetenti jistgħu jsiru applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi, li għandu jkun l-istess bħal dak indikat skont it-taqsima 5.3.1.

4.3.2.

L-applikazzjoni għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi minn organizzazzjonijiet b’siti li jkunu jinsabu esklussivament f’pajjiżi terzi ssir lil kull Korp Kompetenti maħtur għal dan il-għan f’dawk l-Istati Membri fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru jipprovdi għal reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

(b)

verifikaturi akkreditati jew liċenzjati huma disponibbli għal verifiki fil-pajjiżi terzi fejn is-siti inklużi fir-reġistrazzjoni jkunu jinsabu, u li dawn il-verifikaturi jkopru l-kodiċijiet rilevanti tan-NACE (fi kliem ieħor, id-deċiżjoni għall-għażla ta’ verifikatur tiddetermina l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u viċeversa).

4.3.3.

Il-Korpi Kompetenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom mal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar fl-Istati Membri tagħhom biex ikun żgurat li kull meta l-Istati Membri jipprovdu għal reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi kemm il-Korp Kompetenti kif ukoll il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ikunu jistgħu jwettqu l-inkarigi rispettivi tagħhom b’mod koordinat.

4.4.   Inkarigi tal-Verifikaturi Akkreditati jew Liċenzjati

4.4.1.

Regoli ġenerali applikabbli għal verifikaturi ambjentali tal-EMAS, għall-akkreditazzjoni jew liċenzjar tagħhom u għall-proċess ta’ verifika huma stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tar-Regolament EMAS.

4.4.2.

Dawk l-Istati Membri li jippermettu r-Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi għandu jkollhom sistema speċifika implimentata biex ikunu akkreditati jew liċenzjati verifikaturi għal pajjiżi terzi. L-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar ta’ verifikaturi għandhom jingħataw pajjiż pajjiż bħala żieda għal akkreditazzjoni jew liċenzja ġenerali, skont l-ispeċifikazzjonijiet deskritti f’din it-taqsima.

4.4.3.

Il-verifikatur(i) għandu jkun/għandhom ikunu akkreditat(i) jew liċenzjat(i) għall-kodiċijiet kollha tan-NACE tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni relatati mas-siti ta’ din l-organizzazzjoni li għandhom ikunu inklużi fil-proċedura tar-reġistrazzjoni. Minħabba l-ambitu potenzjalment wiesa’ tal-attivitajiet, l-organizzazzjonijiet għandhom il-possibbiltà li jużaw diversi verifikaturi akkreditati kif jidhrilhom xieraq. Fil-fatt jista’ jkun diffiċli jekk mhux impossibbli li jinħatar verifikatur wieħed għall-attivitajiet kollha ta’ organizzazzjonijiet kbar. Jekk il-verifikatur stess ma jkunx akkreditat jew liċenzjat, għall-kodiċijiet rilevanti tan-NACE, verifikaturi ambjentali oħra għandhom ikunu involuti kif ikun xieraq permezz ta’ kooperazzjoni f’każijiet. Huwa f’idejn l-organizzazzjoni li tkun qed titlob reġistrazzjoni li tiddeċiedi jekk tkunx trid li tinvolvi diversi verifikaturi akkreditati/liċenzjati, filwaqt li jitqies l-Artikolu 4 tar-Regolament EMAS. Minbarra raġunijiet bħan-nuqqas ta’ verifikaturi akkreditati għall-kodiċijiet rilevanti tan-NACE, organizzazzjonijiet jista’ wkoll ikollhom raġunijiet oħra (eż. ikollhom esperjenza lokali, ikunu jafu l-lingwi jew ikunu jixtiequ li l-verifika tal-EMAS tiġi kkombinata ma’ ċertifikazzjoni fil-konfront ta’ standards oħra) biex jagħmlu użu minn diversi verifikaturi.

4.4.4.

Il-verifikaturi kollha li jkunu qed jikkooperaw għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) u d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS. Kull verifikatur involut huwa responsabbli għal dak li jseħħ, b’rabta ma’ dik il-parti/dawk il-partijiet tal-verifika li tirriżulta/jirriżultaw mill-qasam ta’ għarfien espert tiegħu stess (relatati l-aktar ma’ kodiċijiet tan-NACE speċifiċi). Il-prattika li l-verifikaturi kollha għandhom jiffirmaw l-istess dikjarazzjoni tgħin lill-Korp Kompetenti jkun jista’ jidentifika l-verifikaturi kollha involuti. Konsegwentement il-Korp Kompetenti jkun jista’ jivverifika, permezz tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar, jekk il-verifikaturi kollha involuti jkunux ħarsu l-obbligu tagħhom ta’ notifika minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament EMAS. Dan jgħin ukoll lill-Korp Kompetenti biex jivverifika jekk il-kodiċijiet tan-NACE tal-verifikaturi involuti jkoprux dawk tal-organizzazzjoni inkwistjoni.

4.4.5.

Verifikaturi li jkunu jridu joperaw f’pajjiżi terzi għandhom jiksbu akkreditazzjoni jew liċenzja speċifika għall-pajjiż speċifiku inkwistjoni bħala żieda għal akkreditazzjoni jew liċenzja ġenerali, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament EMAS. Dan ifisser li għandu jkollhom:

(a)

akkreditazzjoni jew liċenzja speċifika għall-kodiċijiet tan-NACE applikabbli għall-organizzazzjoni;

(b)

għarfien u fehim tar-rekwiżiti leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi relatati mal-ambjent fil-pajjiż terz li għalih tintalab akkreditazzjoni jew liċenzja;

(c)

għarfien u fehim tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li għalih tintalab akkreditazzjoni jew liċenzja.

4.4.6.

Il-verifikaturi għandhom – bħala parti mill-proċedura ta’ verifika – jiċċekkjaw il-permessi jew il-liċenzji ambjentali kollha applikabbli għall-organizzazzjoni jew kull xorta oħra ta’ evidenza skont is-sistema legali li topera fil-pajjiżi koperti bl-applikazzjoni.

4.4.7.

F’pajjiżi terzi, il-verifikatur għandu, minbarra d-dmirijiet regolari tiegħu, jiċċekkja b’reqqa partikolari l-konformità legali ta’ organizzazzjoni u tas-siti tagħha inklużi fil-proċess tar-reġistrazzjoni. B’hekk, filwaqt li jitqies speċifikatament il-kontenut tal-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament EMAS, il-verifikaturi għandhom jaraw li ma jkunx hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità relatata mal-ambjent. Verifikaturi għandhom jużaw is-sejbiet tal-awtoritajiet ta’ infurzar u għandhom, għalhekk, jagħmlu kuntatt ma’ dawk l-awtoritajiet biex jiksbu informazzjoni dettaljata dwar il-konformità legali. Il-verifikatur għandu jara jekk ikunx sodisfatt abbażi ta’ evidenza materjali li jkun irċieva, pereżempju permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti ta’ infurzar. Jekk ma tinstab ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità, dan għandu jkun iddikjarat fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-verifikatur dwar attivitajiet ta’ verifika u validazzjoni (l-Anness VII tar-Regolament EMAS). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mill-verifikatur. Il-verifikatur għandu d-dmir li jara jekk ir-rekwiżiti tar-Regolament EMAS ikunux ġew issodisfati permezz ta’ tekniki ta’ awditjar regolari li għandhom isiru skont ir-Regolament EMAS. Biex jiżgura livell ugwali ta’ kwalità tar-reġistrazzjoni tas-siti ta’ pajjiż terz imqabblin ma’ siti simili fl-UE, il-verifikatur jista’ jikkunsidra jagħmel evalwazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji.

4.4.8.

Skont l-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament EMAS, il-verifikatur għandu jara jekk ikunx hemm lmenti rilevanti minn partijiet interessati jew jekk lmenti jkunux ġew solvuti b’mod pożittiv.

4.4.9.

Dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi għandhom iqisu li jkollhom miżuri implimentati biex isaħħu l-proċess ta’ akkreditazzjoni biex ikun żgurat li verifikaturi akkreditati għal pajjiżi terzi speċifiċi jkollhom tagħrif biex jaraw jekk l-organizzazzjoni tkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-pajjiż terz.

4.4.10.

L-Istati Membri li jipprovdu għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi jistgħu jqisu li jkollhom f’posthom dispożizzjonijiet speċifiċi mhux obbligatorji biex jaraw ikunx hemm konformità legali u jkun żgurat proċess ta’ reġistrazzjoni simili għal dak fl-UE. L-Istati Membri jistgħu partikolarment iqisu l-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet (ftehim bilaterali, memorandum ta’ ftehim, eċċ.). Ftehimiet bħal dawm jistgħu jinkludu proċedura għall-komunikazzjoni tal-konformità legali bejn l-awtorità ta’ infurzar rispettiva fil-pajjiż terz u l-Istat Membru, kif ukoll dwar kif ikun ikkomunikat ksur ta’ rekwiżiti legali applikabbli għall-Korp Kompetenti tal-Istat Membru fiż-żmien bejn ir-reġistrazzjoni inizjali jew it-tiġdid u t-tiġdid li jkun imiss.

4.4.11.

Mill-anqas sitt ġimgħat qabel verifika jew validazzjoni f’pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji ta’ akkreditazzjoni jew liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika jew validazzjoni lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni konċernata jkun biħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn tkun irreġistrata. Il-Korp Kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun maħsub li s-siti jkunu rreġistrati jista’ wkoll ikun notifikat.

4.4.12.

Jekk verifikatur isib sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità fiż-żmien tar-reġistrazzjoni, huwa ma għandux jiffirma d-Dikjarazzjoni Ambjentali tal-EMAS u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) tar-Regolament.

4.4.13.

Jekk verifikatur jindividwa każ ta’ nuqqas ta’ konformità fil-perjodu ta’ validità tar-reġistrazzjonijiet jew fiż-żmien tat-tiġdid, huwa jista’ jirrapporta lill-Korp Kompetenti li l-organizzazzjoni inkwistjoni ma tkunx iżjed f’konformità mar-rekwiżiti tal-EMAS. Fiż-żmien tat-tiġdid huwa jista’ jiffirma biss id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tal-EMAS, jekk l-organizzazzjoni turi li tkun ħadet miżuri adegwati (i.e. b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ infurzar) biex tiżgura li jerġa’ jkun hemm konformità legali. Jekk l-organizzazzjoni ma tkunx tista’ turi lill-verifikatur li tkun ħadet miżuri suffiċjenti biex iġġib lura l-konformità legali, huwa ma għandux jivvalida d-dikjarazzjoni aġġornata u ma għandux jiffirma d-dikjarazzjoni u d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS.

4.5.   Proċess tar-Reġistrazzjoni

4.5.1.

L-organizzazzjoni għandha tikkomunika fi stadju bikri mal-verifikatur(i) u mal-Korp Kompetenti Ewlieni biex ikunu ċċarati kwistjonijiet ta’ lingwa dwar id-dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni, mingħajr ma wieħed jinsa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3) u l-Anness IV(D) tar-Regolament EMAS.

4.5.2.

Qabel ma l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tintbagħat lill-Korp Kompetenti, l-organizzazzjoni għandha tipprovdi materjal jew evidenza dokumentarja lill-verifikatur li ma jkunx hemm prova ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent kif deskritt fit-taqsima 4.1.4 ta’ din il-gwida.

4.5.3.

Wara li tkun issodisfat ir-rekwiżiti tal-EMAS, speċifikament dawk applikabbli għall-proċess tar-reġistrazzjoni elenkati fl-Anness II tar-Regolament, u wara li jkollha d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS ivvalidata minn verifikatur akkreditat jew liċenzjat, l-organizzazzjoni għandha tibgħat il-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti relatati, inklużi l-Annessi VI u VII, għar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti.

4.5.4.

Il-Korp Kompetenti għandu jiċċekkja l-informazzjoni li jkun hemm fl-applikazzjoni, u, għal dak il-fini, il-Korp Kompetenti għandu jikkomunika mal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar nazzjonali.

4.5.5.

Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jivvaluta l-kompetenza tal-verifikatur ambjentali fid-dawl tal-elementi msemmijin fl-Artikoli 20, 21 u 22 tar-Regolament EMAS. Jekk il-kompetenza tal-verifikatur ma tkunx approvata, il-Korp ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar jista’ jġiegħel lill-verifikatur jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti u jgħarraf lill-Korp Kompetenti dwar il-problema. Min-naħa l-oħra, il-Korp Kompetenti għandu jikkomunika lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar, f’kull każ, messaġġ sempliċi li huwa jkun irċieva applikazzjoni għal reġistrazzjoni u li jkun hemm siti ta’ pajjiżi terzi li għandhom ikunu rreġistrati. Wara li jirċievi messaġġ bħal dan il-Korp ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar għandu jikkomunika dak li jkun sab fir-rigward tal-verifikatur involut lill-Korp Kompetenti. Dan jiffaċilita l-iċċekkjar finali mill-Korp Kompetenti dwar jekk il-verifikatur involut fil-proċedura tar-reġistrazzjoni huwiex akkreditat jew liċenzjat għall-kodiċijiet kollha tan-NACE li jkollhom x’jaqsmu mal-proċess tar-reġistrazzjoni. Mingħajr dan il-minimu ta’ komunikazzjoni bejn il-Korp Kompetenti u l-Korp ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar l-attivitajiet ta’ superviżjoni jistgħu jkunu ppreġudikati.

4.5.6.

Il-Korp Kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni se jikkoordina l-verifika tal-konformità legali abbażi tal-informazzjoni li l-organizzazzjoni tkun ipprovdiet lill-verifikatur. Il-konformità legali mal-awtoritajiet ta’ infurzar f’pajjiżi terzi tista’ tiġi vverifikata direttament fil-każ biss li Stat Membru jkun implimenta ftehimiet speċjali ma’ pajjiżi terzi, li jkunu jinkludu dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istat Membru li jagħmel kuntatt mal-awtoritajiet ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Korp Kompetenti jkollu joqgħod fuq il-verifikatur u/jew l-organizzazzjoni biex jikseb materjal jew evidenza dokumentarja li juru l-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli.

4.6.   Tħassir u Sospensjoni tar-Reġistrazzjonijiet

4.6.1.

Il-Korp Kompetenti għandu jsegwi r-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolament EMAS dwar tħassir u sospensjoni.

4.6.2.

Kull lment dwar l-organizzazzjoni reġistrata għandu jkun innotifikat lill-Korp Kompetenti.

4.6.3.

Organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jaspiraw għal Reġistrazzjoni fl-EMAS u jkunu jridu jibdew proċedura ta’ reġistrazzjoni għandhom jaċċettaw li l-verifikatur jista’ jintalab mill-Korp Kompetenti jivverifika kawżi potenzjali ta’ tħassir jew sospensjoni li jistgħu jseħħu fil-pajjiż terz fejn is-siti jkunu jinsabu qabel ma jieħu kull deċiżjoni. L-organizzazzjoni għandha tikkoopera u twieġeb il-mistoqsijiet kollha dwar raġunijiet possibbli għal sospensjoni u tħassir lill-verifikatur jew lill-Korp Kompetenti. L-organizzazzjoni għandha wkoll tkun lesta tħallas l-ispejjeż tax-xogħol tal-verifikatur biex jiċċara s-sitwazzjoni.

4.6.4.

Ftehimiet, kull meta jiġu ffirmati bejn l-Istat Membru responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-pajjiż terz, jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi biex ikunu żgurati monitoraġġ legali u komunikazzjoni attiva ta’ ksur mill-awtoritajiet ta’ infurzar fil-pajjiż terz lill-Korp Kompetenti.

4.6.5.

Fis-sitwazzjonijiet kollha, anke meta jkunu jeżistu ftehimiet bħal dawn, il-verifikatur għandu jkun responsabbli biex jiċċekkja l-konformità legali. Lmenti potenzjali u nuqqas ta’ konformità li jistgħu jirriżultaw fit-tħassir jew is-sospensjoni tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu inklużi fil-verifiki tal-konformità.

4.6.6.

NGOs li joperaw fil-pajjiż terz jistgħu jkunu kkonsultati u jintużaw bħala sors ta’ informazzjoni. F’kull każ, il-verifikatur għandu jirrapporta lill-Korp Kompetenti kull informazzjoni rilevanti li tinġabar matul il-proċess ta’ verifika.

4.7.   Kwistjonijiet ta’ Lingwa

4.7.1.

Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u dokumenti oħra rilevanti għandhom ikunu sottomessi għall-fini ta’ reġistrazzjoni fil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-Korp Kompetenti jkun jinsab (Artikolu 5(3)). Jekk organizzazzjoni tippreżenta dikjarazzjoni ambjentali korporattiva b’informazzjoni dwar siti individwali, li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi differenti, din l-informazzjoni għandha, barra minn dan, tkun fil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dawk il-pajjiżi terzi fejn is-siti jkunu jinsabu.

5.   REĠISTRAZZJONI GLOBALI – ORGANIZZAZZJONI B’BOSTA SITI FL-ISTATI MEMBRI U F’PAJJIŻI TERZI (SITWAZZJONI 3)

Reġistrazzjoni Globali fl-EMAS tfisser ir-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni b’bosta siti fl-UE u barra mill-UE li tapplika għal reġistrazzjoni waħda għas-siti kollha jew għal parti minnhom fi Stat Membru li jipprovdi għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi.

Reġistrazzjoni b’bosta siti fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi hija proċedura kumplessa li tirrappreżenta taħlita taż-żewġ proċeduri deskritti diġà: Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE u Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi. Din it-taqsima titfa’ dawl fuq aspetti li huma differenti minn dak li huwa deskritt fit-taqsimiet 3 u 4 ta’ din il-gwida.

5.1.   Leġiżlazzjoni Applikabbli u Konformità Legali fl-Istati Membri u f’Pajjiżi Terzi

5.1.1.

L-organizzazzjonijiet għandhom dejjem ikunu f’konformità mar-rekwiżiti legali tal-UE u dawk nazzjonali applikabbli għas-siti inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS.

5.1.2.

Biex ikun żgurat li l-iskema EMAS iżżomm il-livell għoli tagħha ta’ ambizzjoni u kredibbiltà, hija xi ħaġa ta’ min jgħir għaliha li l-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni ta’ pajjiż terz tikseb livell qrib kemm jista’ jkun tal-livell li organizzazzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jilħqu bil-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali rilevanti. Għalhekk huwa mixtieq li organizzazzjonijiet b’siti barra mill-Komunità, minbarra r-referenzi magħmulin għar-rekwiżiti ambjentali nazzjonali applikabbli, jagħmlu referenza wkoll fid-dikjarazzjoni ambjentali għar-rekwiżiti legali relatati mal-ambjent applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun biħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni (l-Artikolu 4.4 tar-Regolament EMAS). Ir-rekwiżiti ambjentali f'dik il-lista għandhom jintużaw bħala referenza meta jkunu stabbiliti miri addizzjonali ta’ prestazzjoni ogħla, iżda ma jkunux rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità legali tal-organizzazzjoni.

5.1.3.

Għal siti li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi, l-evidenza dokumentarja kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament għandha tkun magħmula minn:

Dikjarazzjonijiet minn awtoritajiet ta’ infurzar tal-pajjiż terz, inkluża informazzjoni dwar il-permessi ambjentali applikabbli għall-organizzazzjoni u li jgħidu li ma jkunx hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità u/jew li l-kumpanija ma tkunx involuta fi proċeduri ta’ infurzar, f’kawżi ġudizzjarji jew fi proċeduri ta’ lmenti;

Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu preferibbilment ikollha wkoll tabelli ta’ kontroreferenzi bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż terz u l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn l-organizzazzjoni tapplika għal reġistrazzjoni kif imsemmi fit-taqsima 5.1.2.

5.2.   Akkreditazzjoni u Liċenzjar

5.2.1.

Japplikaw id-dispożizzjonijiet deskritti fit-taqsima 4.2 dwar akkreditazzjoni u liċenzjar ta’ Pajjiż Terz tal-EMAS.

5.3.   Inkarigi tal-Korpi Kompetenti

5.3.1.

Stat Membru li jkollu aktar minn Korp Kompetenti wieħed għandu jiddetermina għand liema Korp Kompetenti jistgħu jsiru applikazzjonijiet għal Reġistrazzjoni Globali, u dan għandu jkun l-istess Korp Kompetenti bħal dak indikat fit-taqsima 4.3.1.

5.3.2.

L-applikazzjoni għal Reġistrazzjoni Globali, i.e. minn organizzazzjonijiet b’siti li jkunu jinsabu fl-Istati Membri tal-UE u f’pajjiżi terzi, issir lil kwalunkwe Korp Kompetenti maħtur għal dan il-għan f’wieħed mill-Istati Membri fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru jipprovdi għal reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

(b)

verifikaturi akkreditati jew liċenzjati jkunu disponibbli għal verifiki fil-pajjiżi terzi fejn is-siti inklużi fir-reġistrazzjoni jkunu jinsabu, u li l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar ta’ dawn il-verifikaturi jkopru l-kodiċijiet rilevanti tan-NACE.

5.3.3.

Id-determinazzjoni tal-Istat Membru fejn il-Korp Kompetenti responsabbli għal din il-proċedura jkun jinsab tkun stabbilita abbażi ta’ kondizzjonijiet skont dan l-ordni ta’ preferenza:

(1)

Meta l-organizzazzjoni jkollha kwartieri ġenerali fi Stat Membru wieħed li jipprovdi għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi, l-applikazzjoni għandha tkun sottomessa lill-Korp Kompetenti f’dak l-Istat Membru;

(2)

Jekk il-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni ma jkunx jinsab fi Stat Membru li jipprovdi għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi, iżda l-organizzazzjoni jkollha Ċentru ta’ Mmaniġġjar hemmhekk, l-applikazzjoni għandha tkun sottomessa lill-Korp Kompetenti f’dak l-Istat Membru;

(3)

Jekk l-organizzazzjoni li tapplika għal Reġistrazzjoni Globali ma jkollha la kwartieri ġenerali u lanqas Ċentru ta’ Mmaniġġjar fi kwalunkwe Stat Membru li jipprovdi għal Reġistrazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi, f’dak il-każ l-organizzazzjoni jkollha twaqqaf Ċentru ta’ Mmaniġġjar “ad hoc” fi Stat Membru li jipprovdi għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi, u l-applikazzjoni għandha tkun sottomessa lill-Korp Kompetenti f’dak l-Istat Membru.

5.3.4.

Jekk aktar minn Stat Membru wieħed ikunu koperti bl-applikazzjoni, għandha tkun segwita l-proċedura ta’ koordinazzjoni bejn il-Korpi Kompetenti involuti, kif stabbilit fit-taqsima 3.2. F’dak il-każ dak il-Korp Kompetenti għandu jaġixxi bħala Korp Kompetenti Ewlieni skont l-aspetti Korporattivi tal-UE tal-proċedura.

5.4.   Inkarigi tal-Verifikaturi Akkreditati jew Liċenzjati

5.4.1.

Regoli ġenerali applikabbli għal verifikaturi ambjentali tal-EMAS, għall-akkreditazzjoni jew il-liċenzja tagħhom u għall-proċess ta’ verifika huma stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tar-Regolament EMAS.

5.4.2.

Dawk l-Istati Membri li jippermettu r-Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi għandu jkollhom sistema speċifika implimentata biex ikunu akkreditati jew liċenzjati verifikaturi għal pajjiżi terzi. L-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar ta’ verifikaturi għandhom jingħataw pajjiż pajjiż bħala żieda għal akkreditazzjoni jew liċenzja ġenerali, skont l-ispeċifikazzjonijiet deskritti f’din it-taqsima.

5.4.3.

F’każ ta’ Reġistrazzjoni Globali ta’ organizzazzjoni b’bosta siti u attivitajiet, l-akkreditazzjoni tal-verifikatur għandha tkopri l-kodiċijiet kollha tan-NACE tas-siti u l-attivitajiet tal-organizzazzjoni. Għal siti ta’ pajjiżi terzi, il-verifikatur għandu jkun akkreditat jew liċenzjat għall-pajjiżi terzi kollha u għall-kodiċijiet kollha tan-NACE tas-siti kollha involuti fir-Reġistrazzjoni Globali fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkun biħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni. Minħabba l-ambitu potenzjalment wiesa’ tal-attivitajiet, l-organizzazzjonijiet għandhom il-possibbiltà li jużaw diversi verifikaturi akkreditati kif jidhrilhom xieraq. Fil-fatt jista’ jkun diffiċli jekk mhux impossibbli li jinħatar verifikatur wieħed għall-attivitajiet kollha ta’ organizzazzjonijiet kbar. Jekk il-verifikatur stess ma jkunx akkreditat jew liċenzjat, għall-kodiċijiet rilevanti tan-NACE jew għall-pajjiżi rilevanti, verifikaturi ambjentali oħra għandhom ikunu involuti kif ikun xieraq permezz ta’ kooperazzjoni f’każijiet. Huwa f’idejn l-organizzazzjoni li tkun qed titlob reġistrazzjoni li tiddeċiedi jekk tkunx trid li tinvolvi diversi verifikaturi akkreditati/liċenzjati, filwaqt li jitqies l-Artikolu 4 tar-Regolament EMAS. Minbarra raġunijiet bħan-nuqqas ta’ verifikaturi akkreditati għall-kodiċijiet rilevanti tan-NACE, organizzazzjonijiet jista’ wkoll ikollhom raġunijiet oħra (eż. ikollhom esperjenza lokali, ikunu jafu l-lingwi jew ikunu jixtiequ li l-verifika tal-EMAS tiġi kkombinata ma’ ċertifikazzjoni fil-konfront ta’ standards oħra) biex jagħmlu użu minn diversi verifikaturi.

5.4.4.

Il-verifikaturi kollha li jkunu qed jikkooperaw għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) tar-Regolament EMAS u d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS. Kull verifikatur involut huwa responsabbli għal dak li jseħħ, b’rabta ma’ dik il-parti/dawk il-partijiet tal-verifika li tirriżulta/jirriżultaw mill-qasam ta’ għarfien espert tiegħu stess (relatati l-aktar ma’ kodiċijiet tan-NACE speċifiċi). Il-prattika li l-verifikaturi kollha għandhom jiffirmaw l-istess dikjarazzjoni tgħin lill-Korp Kompetenti Ewlieni biex ikun jista’ jidentifika l-verifikaturi kollha involuti. Konsegwentement il-Korp Kompetenti Ewlieni jista’ jivverifika, permezz tal-Korpi Kompetenti li jkunu qed jikkooperaw (li mbagħad għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom mal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji), jekk il-verifikaturi kollha involuti ħarsux l-obbligu tagħhom ta’ notifika minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament EMAS. Dan jippermetti wkoll li l-Korp Kompetenti Ewlieni jivverifika jekk il-Kodiċijiet tan-NACE tal-verifikaturi involuti jkoprux dawk tal-organizzazzjoni inkwistjoni.

5.4.5.

Verifikaturi li jkunu jridu joperaw f’pajjiżi terzi għandhom jiksbu akkreditazzjoni jew liċenzja speċifika għall-pajjiż speċifiku inkwistjoni bħala żieda għal akkreditazzjoni jew liċenzja ġenerali, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament EMAS. Dan ifisser li huma gaħndu jkollhom:

(a)

akkreditazzjoni jew liċenzja speċifika għall-kodiċijiet tan-NACE applikabbli għall-organizzazzjoni inkwistjoni;

(b)

għarfien u fehim tar-rekwiżiti leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi relatati mal-ambjent fil-pajjiż terz li għalih tintalab akkreditazzjoni jew liċenzja;

(c)

għarfien u fehim tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li għalih tintalab akkreditazzjoni jew liċenzja.

5.4.6.

Il-verifikaturi għandhom – bħala parti mill-proċedura ta’ verifika – jiċċekkjaw il-permessi jew il-liċenzji ambjentali kollha applikabbli għall-organizzazzjoni jew kull xorta oħra ta’ evidenza skont is-sistema legali li topera fil-pajjiżi koperti bl-applikazzjoni.

5.4.7.

F’pajjiżi terzi, il-verifikatur għandu, minbarra d-dmirijiet regolari tiegħu, jiċċekkja b’reqqa partikolari l-konformità legali ta’ organizzazzjoni u tas-siti tagħha inklużi fil-proċess tar-reġistrazzjoni. B’hekk, filwaqt li jitqies speċifikament il-kontenut tal-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament EMAS, il-verifikaturi għandhom jaraw li ma jkunx hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità relatata mal-ambjent. Il-verifikaturi għandhom jużaw is-sejbiet tal-awtoritajiet ta’ infurzar u għandhom, għalhekk, jagħmlu kuntatt ma’ dawk l-awtoritajiet biex jiksbu informazzjoni dettaljata dwar il-konformità legali. Il-verifikatur għandu jara jekk ikunx sodisfatt abbażi ta’ evidenza materjali li jkun irċieva, pereżempju permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità kompetenti ta’ infurzar. Jekk ma tinstab ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità, dan għandu jkun iddikjarat fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-verifikatur dwar attivitajiet ta’ verifika u validazzjoni (l-Anness VII tar-Regolament EMAS). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mill-verifikatur. Il-verifikatur għandu d-dmir li jara jekk ir-rekwiżiti tar-Regolament EMAS ikunux ġewx issodisfati permezz ta’ tekniki ta’ awditjar regolari. Biex jiżgura livell ugwali ta’ kwalità tas-siti ta’ pajjiż terz u tas-siti tal-UE involuti fir-reġistrazzjoni, il-verifikatur jista’ jikkunsidra jagħmel evalwazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji.

5.4.8.

Skont l-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament EMAS, il-verifikatur għandu jara jekk ikunx hemm ilmenti rilevanti minn partijiet interessati jew jekk ilmenti jkunux ġew solvuti b’mod pożittiv.

5.4.9.

Dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi għandhom iqisu li jkollhom miżuri implimentati biex isaħħu l-proċess ta’ akkreditazzjoni biex ikun żgurat li verifikaturi akkreditati għal pajjiżi terzi speċifiċi jkollhom tagħrif biex jaraw jekk l-organizzazzjoni tkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-pajjiż terz.

5.4.10.

L-Istati Membri li jipprovdu għal Reġistrazzjoni Globali jistgħu jqisu li jkollhom dispożizzjonijiet speċifiċi implimentati biex isaħħu l-verifika tal-konformità legali u jkun żgurat proċess ta’ reġistrazzjoni simili għal dak fl-UE. L-Istati Membri jistgħu partikolarment iqisu l-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet (ftehim bilaterali, memorandum ta’ ftehim, eċċ.). Ftehimiet bħal dawm jistgħu jinkludu proċedura għall-komunikazzjoni tal-konformità legali bejn l-awtorità ta’ infurzar rispettiva fil-pajjiż terz u l-Istat Membru, kif ukoll dwar kif ikun ikkomunikat ksur ta’ rekwiżiti legali applikabbli għall-Korp Kompetenti tal-Istat Membru fiż-żmien bejn ir-reġistrazzjoni inizjali jew it-tiġdid u t-tiġdid li jkun imiss.

5.4.11.

Mill-anqas sitt ġimgħat qabel verifika jew validazzjoni f’pajjiż terz, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji ta’ akkreditazzjoni jew liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika jew validazzjoni lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni konċernata jkun biħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn tkun irreġistrata. Barra minn hekk il-verifikatur għandu jinnotifika d-dettalji tal-akkreditazzjoni jew liċenzja tiegħu lill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzja kollha ta’ dawk l-Istati Membri fejn ikunu jinsabu siti involuti.

5.4.12.

Jekk verifikatur isib sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità fiż-żmien ta’ reġistrazzjoni, huwa ma għandux jiffirma d-Dikjarazzjoni Ambjentali tal-EMAS u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) tar-Regolament.

5.4.13.

Jekk verifikatur jindividwa każ ta’ nuqqas ta’ konformità fil-perjodu ta’ validità tar-reġistrazzjonijiet jew fiż-żmien tat-tiġdid, huwa jista’ jirrapporta lill-Korp Kompetenti li l-organizzazzjoni inkwistjoni ma tkunx iżjed f’konformità mar-rekwiżiti tal-EMAS. Fiż-żmien tat-tiġdid huwa jista’ jiffirma biss id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) u d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tal-EMAS, jekk l-organizzazzjoni turi li tkun ħadet miżuri adegwati (i.e. b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ infurzar) biex tiżgura li jerġa’ jkun hemm konformità legali. Jekk l-organizzazzjoni ma tkunx tista’ turi lill-verifikatur li tkun ħadet miżuri suffiċjenti biex iġġib lura l-konformità legali, huwa ma għandux jivvalida d-dikjarazzjoni aġġornata u ma għandux jiffirma d-dikjarazzjoni u d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS.

5.5.   Proċess tar-Reġistrazzjoni

5.5.1.

L-organizzazzjoni għandha tikkomunika fi stadju bikri mal-verifikatur(i) u mal-Korp Kompetenti Ewlieni biex ikunu ċċarati kwistjonijiet ta’ lingwa dwar id-dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni, mingħajr ma wieħed jinsa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3) u l-Anness IV (D) tar-Regolament EMAS.

5.5.2.

L-organizzazzjoni għandha tipprovdi evidenza materjali tal-konformità legali tagħha kif deskritt fit-taqsima 5.1.3.

5.5.3.

Wara li tkun issodisfat ir-rekwiżiti tal-EMAS, speċifikament dawk applikabbli għall-proċess tar-reġistrazzjoni elenkati fl-Anness II tar-Regolament, u wara li jkollha d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS ivvalidata minn verifikatur akkreditat jew liċenzjat, l-organizzazzjoni għandha tibgħat il-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti relatati, inklużi l-Annessi VI u VII, għar-reġistrazzjoni lill-Korp Kompetenti (Ewlieni).

5.5.4.

Il-Korp Kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni għandu jiċċekkja l-informazzjoni li jkun hemm fl-applikazzjoni, u, għal dak il-fini, għandu jikkomunika mal-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew tal-Liċenzji nazzjonali u, jekk applikabbli, mal-Korpi Kompetenti l-oħra involuti. Jekk ikun meħtieġ il-verifikatur responsabbli għall-verifika jista’ wkoll ikun involut f’din il-komunikazzjoni. Posta regolari, posta elettronika jew faxes huma għażliet possibbli, iżda għandha tinżamm evidenza bil-miktub dwar din il-komunikazzjoni.

5.5.5.

Il-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji fl-Istati Membri kollha konċernati għandhom jivvalutaw il-kompetenza tal-verifikatur ambjentali fid-dawl tal-elementi msemmijin fl-Artikoli 20, 21 u 22 tar-Regolament EMAS. Jekk il-kompetenza tal-verifikatur ma tkunx approvata, il-Korp ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji jista’ jġiegħel lill-verifikatur jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti u jgħarraf lill-Korp Kompetenti nazzjonali dwar il-problema. Min-naħa l-oħra, il-Korp Kompetenti għandu jikkomunika lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew tal-Liċenzji, f’kull każ, messaġġ sempliċi li huwa jkun irċieva applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u li hemm siti ta’ pajjiżi terzi li għandhom jiġu rreġistrati. Wara li jirċievi messaġġ bħal dan il-Korp ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji għandhom jikkomunikaw is-sejbiet tagħhom fir-rigward tal-verifikatur(i) involut(i) lill-Korp Kompetenti nazzjonali. Il-Korpi Kompetenti nazzjonali involuti kollha mbagħad jikkomunikaw dan lill-Korp Kompetenti Ewlieni. Dan jiffaċilita l-iċċekkjar finali mill-Korpi Kompetenti involuti u l-Korp Kompetenti ewlieni dwar jekk il-verifikatur(i) involut(i) fil-proċedura ta’ reġistrazzjoni huwiex (humiex) akkreditat(i) jew liċenzjat(i) għall-kodiċijiet kollha tan-NACE li jkollhom x’jaqsmu mal-proċess tar-reġistrazzjoni kemm jekk le. Mingħajr dan il-minimu ta’ komunikazzjoni bejn il-Korpi Kompetenti u l-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u tal-Liċenzji l-attivitajiet ta’ superviżjoni jistgħu jkunu ppreġudikati.

5.5.6.

Il-Korp Kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni se jikkoordina l-verifika tal-konformità legali abbażi tal-informazzjoni li l-organizzazzjoni tkun ipprovdiet lill-verifikatur. Il-konformità legali mal-awtoritajiet ta’ infurzar f’pajjiżi terzi tista’ tiġi vverifikata direttament fil-każ biss li Stat Membru jkun implimenta ftehimiet speċjali ma’ pajjiżi terzi, li jkunu jinkludu dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istat Membru li jagħmel kuntatt ma’ awtoritajiet ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Korp Kompetenti jkollu joqgħod fuq il-verifikatur u/jew l-organizzazzjoni biex jikseb materjal jew evidenza dokumentarja li turi l-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli.

5.5.7.

Jekk ikun applikabbli, wara d-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni, il-Korp Kompetenti Ewlieni għandu jgħarraf lill-Korpi Kompetenti nazzjonali kollha involuti, li għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta’ infurzar rispettivi tagħhom.

5.5.8.

F’każ li diversi Korpi Kompetenti jkunu involuti fi proċedura ta’ reġistrazzjoni, japplikaw il-kondizzjonijiet fir-rigward ta’ tariffi kif deskritt fit-taqsima 3.4.

5.6.   Tħassir u Sospensjoni tar-Reġistrazzjonijiet

5.6.1.

Il-Korp Kompetenti għandu jsegwi r-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolament EMAS dwar tħassir u sospensjoni.

5.6.2.

Kull lment dwar l-organizzazzjoni reġistrata għandu jkun innotifikat lill-Korp Kompetenti.

5.6.3.

Organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jaspiraw għal Reġistrazzjoni fl-EMAS u jkunu jridu jibdew proċedura ta’ reġistrazzjoni għandhom jaċċettaw li l-verifikatur jista’ jintalab mill-Korpi Kompetenti biex jivverifika kawżi potenzjali ta’ tħassir jew sospensjoni li jistgħu jseħħu fil-pajjiż terz fejn is-siti jkunu jinsabu qabel ma jieħdu xi deċiżjoni. L-organizzazzjoni għandha tikkoopera u twieġeb il-mistoqsijiet kollha dwar raġunijiet possibbli għal sospensjoni u tħassir lill-verifikatur jew lill-Korp Kompetenti. L-organizzazzjoni għandha wkoll tkun lesta tħallas l-ispejjeż tax-xogħol tal-verifikaturi biex jiċċaraw is-sitwazzjoni.

5.6.4.

Fis-sitwazzjonijiet kollha, anke meta jkunu jeżistu ftehimiet bħal dawn, il-verifikatur għandu jkun responsabbli biex jiċċekkja l-konformità legali. Lmenti potenzjali u nuqqas ta’ konformità li jistgħu jirriżultaw fit-tħassir jew is-sospensjoni tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu inklużi fil-verifiki tal-konformità.

5.6.5.

NGOs li joperaw f’dak il-pajjiż terz jistgħu jiġu kkonsultati u jintużaw bħala sors ta’ informazzjoni. F’kull każ, il-verifikatur għandu jirrapporta lill-Korp Kompetenti kull informazzjoni rilevanti li tinġabar matul il-proċess ta’ verifika.

5.7.   Kwistjonijiet ta’ Lingwa

5.7.1.

Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u dokumenti rilevanti oħra għandhom ikunu sottomessi fil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-Korp Kompetenti Ewlieni jkun jinsab (Artikolu 5(3)). Barra minn dan, jekk organizzazzjoni tippreżenta dikjarazzjoni ambjentali korporattiva b’informazzjoni dwar siti individwali, l-informazzjoni dwar siti tal-UE għandha tkun fil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dawk l-Istati Membri fejn is-siti jkunu jinsabu, u l-informazzjoni dwar siti li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi għandha tkun preferibbilment fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi terzi rispettivi.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(2)  Kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2011

dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni

(2011/833/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Billi:

(1)

L-istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi viżjoni tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa għas-Seklu 21. Waħda mit-temi prijoritarji f’dan il-kuntest hija “Tkabbir intelliġenti: l-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni”.

(2)

It-teknoloġiji ġodda tal-informatika u l-komunikazzjoni ħolqu possibbiltajiet bla preċedenti li jinġabar u jintuża flimkien kontenut minn sorsi differenti.

(3)

L-informazzjoni tas-settur pubbliku hija sors importanti ta’ tkabbir potenzjali tas-servizzi onlajn innovattivi permezz ta’ prodotti u servizzi ta’ valur miżjud. Il-gvernijiet jistgħu jistimulaw is-swieq tal-kontenut billi jagħmlu l-informazzjoni tas-settur pubbliku disponibbli f’termini ta’ trasparenza, effikaċja u mingħajr diskriminazzjoni. Għal din ir-raġuni, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (1) għażlet l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku bħala wieħed mill-oqsma ewlenin li fih għandha tittieħed azzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra stess iżommu bosta dokumenti ta’ kull tip li jistgħu jerġgħu jintużaw fi prodotti u servizzi ta’ informazzjoni li jkollhom valur miżjud u li jistgħu jipprovdu riżorsa ta’ kontenut utli kemm għall-kumpaniji u kemm għaċ-ċittadini.

(5)

Id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni huwa rregolat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2).

(6)

Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi regoli minimi dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni Ewropea. Fil-premessi tagħha din id-Direttiva tħeġġeġ lill-Istati Membri biex imorru lil hinn minn dawn ir-regoli minimi u jadottaw politika miftuħa dwar id-dejta biex b’hekk isir użu wiesa’ tad-dokumenti miżmuma minn entitajiet fis-settur pubbliku.

(7)

Il-Kummissjoni tat l-eżempju lill-amministrazzjonijiet pubbliċi billi għamlet statistika, pubblikazzjonijiet u l-korp kollu tal-liġi tal-Unjoni disponibbli onlajn u bla ħlas għall-pubbliku. Din hija bażi tajba biex jiġu żgurati dejjem aktar id-disponibbiltà u l-possibbiltà tal-użu mill-ġdid ta’ dejta fil-pussess tal-istituzzjoni.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/291/KE, Euratom tas-7 ta’ April 2006 dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tal-Kummissjoni (4) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni.

(9)

Sabiex is-sistema tal-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni ssir aktar effikaċi, ir-regoli dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni għandhom jiġu adattati bil-ħsieb li l-użu mill-ġdid ta’ dawn id-dokumenti jsir aktar mifrux.

(10)

Għandu jinħoloq portal tad-dejta bħala punt uniku ta’ aċċess għal dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Barra minn hekk, ikun xieraq li fid-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid tiddaħħal l-informazzjoni dwar ir-riċerka li ssir miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC – Joint Research Council). Għandha tiġi adottata dispożizzjoni biex titqies il-bidla għal formati leġibbli mekkanikament. Żvilupp pożittiv importanti fir-rigward tad-Deċiżjoni 2006/291/KE, Euratom huwa dak li d-dokumenti tal-Kummissjoni jsiru disponibbli b’mod ġenerali għall-użu mill-ġdid mingħajr il-ħtieġa li jsiru talbiet individwali, anzi permezz ta’ liċenzji miftuħa ta’ użu mill-ġdid u jew ta’ sempliċi klawżoli ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà.

(11)

Id-Deċiżjoni 2006/291/KE, Euratom għandha għaldaqstant tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(12)

Politika miftuħa dwar l-użu mill-ġdid fil-Kummissjoni tkun ta’ appoġġ għal attività ekonomika ġdida, twassal għal użu usa’ u aktar mifrux tal-informazzjoni tal-Unjoni, issaħħaħ l-immaġni ta’ ftuħ u trasparenza tal-Istituzzjonijiet, u tevita piż amministrattiv bla bżonn kemm għall-utenti u kemm għas-servizzi tal-Kummissjoni. Fl-2012, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tivverifika, flimkien ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u ma’ Aġenziji importanti, il-limitu safejn jistgħu jadottaw ir-regoli tagħhom stess dwar l-użu mill-ġdid.

(13)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata u applikata b’konformità sħiħa mal-prinċipji relatati mal-protezzjoni ta’ dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta] (5).

(14)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal dokumenti li l-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom, eż. minħabba d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi jew fejn id-dokumenti ġew minn Istituzzjonijiet oħra,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti fil-pussess tal-Kummissjoni jew miżmuma f’isimha mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) bil-għan li jkun aktar faċli li l-informazzjoni tintuża mill-ġdid b’mod usa’, tissaħħaħ l-immaġni ta’ ftuħ tal-Kummissjoni, u jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn kemm għall-utenti u kemm għas-servizzi tal-Kummissjoni.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tapplika għal dokumenti pubbliċi li jsiru mill-Kummissjoni jew minn entitajiet pubbliċi u privati f’isimha:

(a)

li ġew ippubblikati mill-Kummissjoni jew mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet f’isimha permezz ta’ pubblikazzjonijiet, siti fuq l-Internet jew għodod ta’ komunikazzjoni oħrajn, jew

(b)

li ma ġewx ippubblikati għal raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet prattiċi oħra, bħal studji, rapporti u dejta oħra.

2.   Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika:

(a)

għal softwer jew dokumenti koperti bi drittijiet ta’ proprjetà industrijali bħal privattivi, trademarks, disinni, logos u ismijiet irreġistrati;

(b)

għal dokumenti li l-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom minħabba d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi;

(c)

għal dokumenti li skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 mhumiex aċċessibbli jew isiru aċċessibbli biss lil parti skont regoli speċifiċi li jirregolaw l-aċċess privileġġat għad-dokumenti.

(d)

għal dejta kunfidenzjali, kif definita fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(e)

għal dokumenti li joħorġu minn proġetti ta’ riċerka li jkunu qed isiru mill-istaff tal-Kummissjoni u li ma jkunux ġew ippubblikati jew li mhumiex disponibbli f’database aċċessibbli għall-pubbliku, u li l-użu mill-ġdid tagħhom jista’ jtellef il-konvalidazzjoni ta’ riżultati provviżorji ta’ riċerka jew meta l-użu mill-ġdid jikkostitwixxi raġuni biex tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà industrijali favur il-Kummissjoni.

3.   Din id-Deċiżjoni hija meħuda mingħajr preġudizzju, u bl-ebda mod ma taffettwa, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

4.   F’din id-Deċiżjoni ma tissemma’ ebda dispożizzjoni li tawtorizza l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti bil-għan ta’ ingann jew ta’ frodi. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tipproteġi l-interessi u l-immaġni pubblika tal-UE skont ir-regoli applikabbli.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“dokument” tfisser:

(a)

kwalunkwe kontenut ikun x’ikun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew maħżun f’forma elettronika jew rekordjar bħala ħoss, viżiv jew awdjoviżiv);

(b)

kull parti ta’ dak il-kontenut;

2.

“użu mill-ġdid” tfisser l-użu ta’ dokumenti minn persuni jew entitajiet legali għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali li ma jkunux l-iskopijiet inizjali li għalihom ikunu saru d-dokumenti. L-iskambju ta’ dokumenti bejn il-Kummissjoni u entitajiet oħra fis-settur pubbliku li jużaw dawn id-dokumenti purament fit-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom ma jikkostitwixxix użu mill-ġdid;

3.

“dejta personali” tfisser dejta kif definita fl-Artikolu 2 (a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

4.

“liċenzja” tfisser l-għoti ta’ permess għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti b’kundizzjonijiet speċifiċi. “Liċenzja miftuħa” tfisser liċenzja li tippermetti l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti għall-użijiet kollha speċifikati mid-detentur tad-drittijiet f’dikjarazzjoni unilaterali;

5.

“leġibbli mekkanikament” tfisser li d-dokumenti diġitali jkunu strutturati biżżejjed tant li d-dikjarazzjonijiet fattwali individwali u l-istruttura interna tagħhom jistgħu jiġu identifikati b’mod affidabbli permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ softwer;

6.

“dejta strutturata” tfisser dejta organizzata b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni affidabbli ta’ dikjarazzjonijiet fattwali individwali u tal-komponenti kollha tagħhom, kif jiġri fil-każ ta’ databases u spreadsheets.

7.

“portal” tfisser punt uniku ta’ aċċess għal dejta minn sorsi varji tal-Internet. Is-sorsi jiġġeneraw kemm id-dejta kif ukoll il-metadejta relatata. Il-metadejta neċessarja għall-indiċjar tinġabar mill-portal awtomatikament u tiġi integrata kemm ikun meħtieġ biex issostni l-funzjonalitajiet komuni, bħal ma huma l-funzjonalità ta’ tiftix u dik ta’ ħoloq. Il-portal jista jaħżen (cache) ukoll dejta mis-sorsi oriġinali fil-memorja sabiex itejjeb il-prestazzjoni jew sabiex jipprovdi funzjonalitajiet addizzjonali.

Artikolu 4

Il-prinċipju ġenerali

Id-dokumenti kollha għandom ikunu disponibbli għall-użu mill-ġdid:

(a)

għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6;

(b)

bla ħlas, soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9;

(c)

u mingħajr il-ħtieġa li jsiru talbiet individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 7.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata b’konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali, u b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Portal tad-dejta

Il-Kummissjoni għandha toħloq portal tad-dejta bħala punt uniku ta’ aċċess għad-dejta strutturata tagħha, sabiex tiffaċilita l-ħoloq u l-użu mill-ġdid għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jidentifikaw u jagħmlu disponibbli gradatament id-dejta xierqa li hija fil-pussess tagħhom. Il-portal tad-dejta jista’ jipprovdi aċċess għal dejta ta’ istituzzjonijiet, entitajiet, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni fuq talba tagħhom.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jitqiegħdu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr il-ħtieġa li jintalbu sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, u mingħajr restrizzjonijiet jew, fejn ikun xieraq, permezz ta’ liċenzja miftuħa jew klawżola ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li fiha jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li jispjegaw id-drittijiet tal-utenti mill-ġdid.

2.   Dawk il-kundizzjonijiet, li m’għandhomx jillimitaw bla bżonn il-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, jistgħu jinkludu:

(a)

l-obbligu tal-utent mill-ġdid li jirrikonoxxi s-sors tad-dokumenti;

(b)

l-obbligu li ma jbiddlux it-tifsira jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti;

(c)

l-assenza ta’ responsabbiltà tal-Kummissjoni għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta minħabba l-użu mill-ġdid.

Fejn ikun meħtieġ li jiġu applikati kundizzjonijiet oħra għal xi tip speċifiku ta’ dokumenti, jiġi kkonsultat il-grupp ta’ interservizzi msemmi fl-Artikolu 12.

Artikolu 7

Talbiet individwali għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti

1.   Meta tkun meħtieġa talba individwali għall-użu mill-ġdid, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jindikaw dan b’mod ċar fid-dokument rilevanti jew fin-notifika relatata miegħu u jipprovdu l-indirizz fejn it-talba għandha tiġi ppreżentata.

2.   It-talbiet individwali għall-użu mill-ġdid għandhom jiġu trattati mill-ewwel mis-servizz rilevanti tal-Kummissjoni. Għandha tintbagħat ittra ta’ rikonoxximent lill-applikant li t-talba tiegħu ġiet riċevuta. Fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mir-reġistrazzjoni tat-talba, is-servizz tal-Kummissjoni jew l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jew jippermetti l-użu mill-ġdid tad-dokument mitlub u, fejn ikun rilevanti, jipprovdi kopja tad-dokument, jew jindika, permezz ta’ risposta bil-miktub, li t-talba ġiet parzjalment jew totalment miċħuda u jagħti r-raġunijiet.

3.   Meta talba għall-użu mill-ġdid ta’ dokument tkun għal dokument twil ħafna, għadd kbir ta’ dokumenti, jew fejn it-talba jkollha tiġi tradotta, it-terminu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2 jista’ jiġi estiż bi 15-il jum ta’ xogħol, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati għall-estensjoni.

4.   Meta talba għall-użu mill-ġdid ta’ dokument tiġi miċħuda, is-servizz tal-Kummissjoni jew l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu jgħarraf lill-applikant bid-dritt li jieħu azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew li jippreżenta lment mal-Ombudsman Ewropew, skont il-kundizzjonijiet stipulati, rispettivament fl-Artikoli 263 u 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

5.   Meta talba tiġi miċħuda abbażi tal-punt (b) tal-Artikolu 2 (2) ta’ din id-Deċiżjoni, ir-risposta lill-applikant għandha tinkludi referenza għall-persuna naturali jew ġuridika li tkun id-detentur tad-dritt, jekk tkun magħrufa, jew alternattivament għal-liċenzjatur li mingħandu l-Kummissjoni tkun kisbet il-materjal rilevanti, jekk ikun magħruf.

Artikolu 8

Formati tad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid

1.   Id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe format jew verżjoni lingwistika eżistenti, u fejn possibbli u xieraq, f’format li jkun leġibbli mekkanikament.

2.   Dan ma għandux jimplika xi obbligu li jinħolqu, jiġu adattati jew aġġornati dokumenti biex jikkonformaw mat-talba, u lanqas ma għandu jimplika xi obbligu li jiġu pprovduti estratti minn dokumenti fejn dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi.

3.   Din id-Deċiżjoni ma toħloq ebda obbligu fuq il-Kummissjoni li tittraduċi d-dokumenti mitluba f’xi verżjoni lingwistika uffiċjali oħra għajr dawk disponibbli diġà fil-mument tat-talba.

4.   Il-Kummissjoni jew l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jistgħux jintalbu jissuktaw bil-produzzjoni ta’ ċertu tipi ta’ dokumenti jew li jżommuhom f’format partikolari bil-għan li jintużaw mill-ġdid minn persuna naturali jew ġuridika.

Artikolu 9

Regoli dwar il-ħlas

1.   Fil-prinċipju l-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun bla ħlas.

2.   F’każijiet eċċezzjonali, jistgħu jiġu rkuprati l-ispejjeż marġinali li jintefqu biex id-dokumenti jiġu riprodotti u mibgħuta.

3.   Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tadatta dokument biex tissodisfa talba speċifika, l-ispejjeż involuti biex jiġi adattat id-dokument jistgħu jiġu rkuprati mingħand l-applikant. Il-valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu rkuprati dawn l-ispejjeż għandha tqis l-isforz meħtieġ biex jiġi adattat id-dokument kif ukoll il-vantaġġi potenzjali li l-użu mill-ġdid tiegħu jista’ jġib lill-Unjoni, pereżempju f’termini ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament tal-Unjoni jew f’termini ta’ titjib tal-immaġni tal-Istituzzjoni.

Artikolu 10

Trasparenza

1.   Il-kundizzjonijiet u l-ħlasijiet standard applikabbli għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu stabbiliti minn qabel u ppublikati, permezz ta’ mezzi elettroniċi fejn ikun possibbli u xieraq.

2.   It-tfittxija għad-dokumenti għandha titħaffef permezz ta’ arranġamenti prattiċi, bħal listi tal-assi ta’ dokumenti ewlenin disponibbli għall-użu mill-ġdid.

Artikolu 11

Drittijiet esklussivi u mhux diskriminatorji

1.   Kwalunkwe kundizzjoni applikabbli għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti għandha tkun mhux diskriminatorja għall-kategoriji paragunabbli ta’ użu mill-ġdid.

2.   L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun miftuħ għal kwalunkwe attur potenzjali fis-suq. M’għandhomx jingħataw drittijiet esklussivi.

3.   Madankollu, fejn dritt esklussiv ikun meħtieġ għall-provvista ta’ servizz fl-interess pubbliku, il-validità tar-raġuni għall-għoti ta’ dak id-dritt esklussiv għandha tkun suġġetta għal reviżjoni fuq bażi regolari, u għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi riveduta wara tliet snin. Kwalunkwe arranġament esklussiv għandu jkun trasparenti u pubbliku.

4.   Drittijiet esklussivi jistgħu jingħataw, għal perjodu limitat, lil pubblikaturi ta’ ġurnali xjentifiċi u akkademiċi għal artikli li jkunu bbażati fuq il-ħidma ta’ uffiċjali tal-Kummissjoni.

Artikolu 12

Grupp ta’ interservizzi

1.   Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ interservizzi, presedut mid-Direttur-Ġenerali responsabbli għal din id-Deċiżjoni, jew mir-rappreżentant tiegħu. Dan il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tad-Direttorati-Ġenerali u tas-Servizzi. Għandu jiddiskuti kwistjonijiet ta’ interess komuni u, kull 12-il xahar, ifassal rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni.

2.   Kumitat ta’ tmexxija ppresedut mill-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet u li jkun magħmul mis-Segretarjat Ġenerali, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, id-Direttorat Ġenerali għas-Soċjetà Informatika u l-Mezzi ta’ Komunikazzjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika u minn diversi Direttorati Ġenerali li jirrappreżentaw lill-fornituri tad-dejta għandhom jissorveljaw il-proġett li jwassal għall-implimentazzjoni tal-portal tad-dejta. Fi stadju aktar tard, istituzzjonijiet oħra jistgħu jiġu mistiedna jingħaqdu mal-kumitat.

3.   It-termini tal-liċenzja miftuħa msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jiġu stabbiliti bi qbil bejn id-Diretturi Ġenerali responsabbli għal din id-Deċiżjoni u għall-implimentazzjoni amministrattiva ta’ deċiżjonijiet relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali fil-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-grupp ta’ interservizzi msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 13

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta tliet snin wara li tidħol fis-seħħ.

Artikolu 14

Revoka

Id-Deċiżjoni 2006/291/KE, Euratom hija mħassra.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  COM(2010) 245.

(2)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(3)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.

(4)  ĠU L 107, 20.4.2006, p. 38.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li ttemm il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilene tereftalat li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija

(2011/834/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fit-3 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) rċeviet ilment dwar is-sussidjar allegat ta’ ċertu polietilene tereftalat (“PET”) li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija (il-“pajjiżi kkonċernati”), li kkawża ħsara lill-Industrija tal-Unjoni.

(2)

L-ilment tressaq mill-Kumitat tal-Manifatturi tal-Polietilene Tereftalat (PET) fl-Ewropa (CPME) (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu PET skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

(3)

L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ sussidji u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnhom, li tqieset biżżejjed biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta’ proċediment kontra s-sussidji.

(4)

Qabel it-tnedija tal-proċediment u skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-gvernijiet tal-Oman u tal-Arabja Sawdija li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importazzjonijiet ta’ PET sussidjati li joriġinaw mill-Oman u mill-Arabja Sawdija kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-Industrija tal-Unjoni. Il-gvernijiet tal-Oman u tal-Arabja Sawdija ġew mistiedna separatament għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni rigward il-kontenut tal-ilment u li wieħed jasal għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Matul il-konsultazzjonijiet ma setgħet tintlaħaq l-ebda soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.

(5)

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) bdiet proċediment kontra s-sussidju fis-16 ta’ Frar 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu PET li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija.

(6)

Fl-istess jum, il-Kummissjoni tat bidu għal proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċertu PET li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati (3).

(7)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi, lill kull assoċjazzjoni magħrufa li hija kkonċernata u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jistqarru fehmiethom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-inizjazzjoni.

(8)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ.

B.   IRTIRAR TAL-ILMENT U TMIEM IL-PROĊEDIMENT

(9)

B’ittra tat-12 ta’ Ottubru 2011 lill-Kummissjoni, is-CPME formalment irtira l-ilment.

(10)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(11)

F’dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni ma identifikatx xi raġuni biex tindika li t-tmiem mhux se jkun fl-interess tal-Unjoni, lanqas ma tqajmet xi raġuni mill-partijiet interessati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proċediment preżenti għandu jintemm. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(12)

Xi wħud mill-partijiet interessati esprimew appoġġ għal tmiem il-proċediment. Partijiet interessati oħran, għalkemm appoġġjaw it-tmiem tal-proċediment, talbu żvelar tas-sejbiet tal-investigazzjoni.

(13)

Għandha tinġibed l-attenzjoni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma waslitx għal konklużjoni dwar is-sejbiet tagħha u li għalhekk mhijiex f’pożizzjoni li tiżvela dejta miġbura qabel l-irtirar tal-ilment.

(14)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, qed jiġi konkluż li ma hemm l-ebda raġuni soda kontra t-tmiem ta’ dan il-proċediment.

(15)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment kontra s-sussidju dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti polietilene tereftalat (PET) li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija għandu jintemm.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-polietilene tereftalat li għandu numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew aktar, skont l-Istandard ISO 1628-5, li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija, li attwalment jaqa’ fil-kodiċi tan-NM 3907 60 20, qiegħed b’dan jintemm.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU C 49, 16.2.2011, p. 21.

(3)  ĠU C 49, 16.2.2011, p. 16.


14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2011

li ttemm il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilene tereftalat li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija

(2011/835/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fit-3 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) rċeviet ilment dwar id-dumping allegat ta’ ċertu polietilene tereftalat (“PET”) li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija (il-“pajjiżi kkonċernati”), li kkawża ħsara lill-Industrija tal-Unjoni.

(2)

L-ilment tressaq mill-Kumitat tal-Manifatturi tal-Polietilene Tereftalat (PET) fl-Ewropa (CPME) (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta’ aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu PET skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

(3)

L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment tal-anti-dumping.

(4)

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) bdiet proċediment tal-anti-dumping fis-16 ta’ Frar 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu PET li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija.

(5)

Fl-istess jum, il-Kummissjoni tat bidu għal proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu PET li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati (3).

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi, lill kull assoċjazzjoni magħrufa li hija kkonċernata u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(7)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ.

B.   IRTIRAR TAL-ILMENT U TMIEM IL-PROĊEDIMENT

(8)

B'ittra tat-12 ta’ Ottubru 2011 lill-Kummissjoni, is-CPME formalment irtira l-ilment.

(9)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista' jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(10)

F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni ma identifikatx xi raġuni biex tindika li t-tmiem mhux se jkun fl-interess tal-Unjoni, lanqas ma tqajmet xi raġuni mill-partijiet interessati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proċediment preżenti għandu jintemm. Il-partijiet interessati ġew infurmati b'dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(11)

Xi wħud mill-partijiet interessati esprimew appoġġ għal tmiem il-proċediment. Partijiet interessati oħran, għalkemm appoġġjaw it-tmiem tal-proċediment, talbu żvelar tas-sejbiet tal-investigazzjoni.

(12)

Għandha tinġibed l-attenzjoni f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma waslitx għal konklużjoni dwar is-sejbiet tagħha u li għalhekk mhijiex f'pożizzjoni li tiżvela dejta miġbura qabel l-irtirar tal-ilment.

(13)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, qed jiġi konkluż li ma hemm l-ebda raġuni soda kontra t-tmiem ta’ dan il-proċediment.

(14)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti polietilene tereftalat (PET) li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija għandu jintemm.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-polietilene tereftalat li għandu numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew aktar, skont l-Istandard ISO 1628-5, li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija, li attwalment jaqa' fil-kodiċi tan-NM 3907 60 20, qiegħed b'dan jintemm.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 49, 16.2.2011, p. 16.

(3)  ĠU C 49, 16.2.2011, p. 21.


  翻译: