ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
15 ta' Novembru 2014


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/793/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa

10

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, għall-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa

12

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013

16

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 tat-8 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti ( 1 )

27

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1223/2014 tal-14 ta' Novembru 2014 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 rigward l-iskarikar simplifikat tal-proċedura ta' proċessar attiv ( 1 )

37

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2014 tal-14 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/794/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali stabbilit bil-Protokoll dwar il-kooperazzjoni kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' 15-il arbitru

40

 

 

2014/795/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2014 li temenda l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/335/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

44

 

 

2014/796/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2014 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

46

 

 

2014/797/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2014 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Estonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

48

 

 

2014/798/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/432/KEE rigward il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta'annimali bovini u suwini ġewwa l-Unjoni u r-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa relatati mat-Trichinella għall-kummerċ tas-suwini dometiċi ġewwa l-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2014) 8336)  ( 1 )

50

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/799/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 4/2014 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-23 ta' Ottubru 2014 rigward il-mandat li għandu jingħata lill-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

61

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/1


DIRETTIVA 2014/95/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Ottubru 2014

li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titolu “l-Att dwar is-Suq Uniku Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja, ‘Flimkien għal tkabbir ġdid’”, adottata fit-13 ta' April 2011, il-Kummissjoni identifikat il-bżonn li żżid sal-istess livell għoli tul l-Istati Membri kollha t-trasparenza tal-informazzjoni soċjali u ambjentali pprovduta minn impriżi fis-setturi kollha. Dan huwa konsistenti għall-aħħar mal-possibilità li l-Istati Membri jirrikjedu, jekk ikun xieraq, titjib ulterjuri tat-trasparenza ta' informazzjoni mhux finanzjarja tal-impriżi, li, min-natura stess tagħha, hija sforz kontinwu.

(2)

Il-bżonn li titjieb id-divulgazzjoni tal-informazzjoni ambjentali u soċjali min-naħa tal-impriżi, billi tiġi ppreżenta proposta leġiżlattiva f'dan il-qasam, kienet imtennija fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija rinnovata tal-UE għall-2011–14 għar-Responsabilità Soċjali Korporattiva” adottata fil-25 ta' Ottubru 2011.

(3)

Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar, rispettivament, “ir-Responsabilità soċjali korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli” u “Ir-Responsabilità soċjali korporattiva: il-promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u rotta lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv” il-Parlament Ewropew għaraf l-importanza li n-negozji jiddivulgaw informazzjoni dwar is-sostenibblità bħal fatturi soċjali u ambjentali, bil-għan li jiġu identifikati r-riskji għas-sostenibbiltà u tiżdied il-fiduċja bejn l-investitur u l-konsumatur. Tabilħaqq, id-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja hija essenzjali għall-ġestjoni tat-tibdil lejn ekonomija globali sostenibbli, billi tikkombina l-profitabilità fuq terminu twil mal-ġustizzja soċjali u l-ħarsien tal-ambjent. F'dan il-kuntest, id-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja tgħin biex il-prestazzjoni tal-impriżi u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà jitkejlu, jiġu mmoniterjati u mmaniġġjati. Għaldaqstant, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar id-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja mill-impriżi li tippermetti flessibilità kbira ta' azzjoni, sabiex titqies in-natura multidimensjonali tar-responsabilità soċjali korporattiva (CSR) u d-diversità tal-politiki dwar is-CSR implimentati min-negozji, akkumpanjata minn livell suffiċjenti ta' kumparabilità biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-investituri u ta' partijiet interessati oħra kif ukoll il-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw aċċess faċli għall-informazzjoni dwar l-impatt tan-negozji fuq is-soċjetà.

(4)

Il-koordinazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja fir-rigward ta' ċerti impriżi kbar hija ta' importanza għall-interessi tal-impriżi, l-azzjonisti u partijiet interessati oħra lkoll. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa f'dawk l-oqsma peress li l-biċċa l-kbira ta' dawk l-impriżi joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed.

(5)

Huwa wkoll meħtieġ li jiġi stabbilit ċertu rekwiżit ġuridiku minimu fir-rigward tal-ammont ta' informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u għall-awtoritajiet mill-impriżi madwar l-Unjoni. L-impriżi suġġetti għal din id-Direttiva għandhom jagħtu stampa ġusta u komprensiva tal-politiki, l-eżiti, u r-riskji tagħhom.

(6)

Sabiex jissaħħu l-konsistenza u l-komparabbiltà ta' informazzjoni mhux finanzjarja divulgata madwar l-Unjoni, ċerti impriżi kbar għandhom iħejju dikjarazzjoni mhux finanzjarja li jkun fiha informazzjoni relatata tal-anqas ma' kwistjonijiet ambjentali, kwistjonijiet soċjali u relatati mal-ħaddiema, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u kwistjonijiet kontra l-korruzzjoni u t-tixħim. Din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-politiki, l-eżiti, u r-riskji relatati ma' dawk il-kwistjonijiet u għandha tkun inkluża fir-rapport tal-ġestjoni tal-impriża kkonċernata. Id-dikjarazzjoni mhux finanzjarja għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-proċessi tad-diliġenza dovuta implimentati mill-impriża, anki, meta jkun rilevanti u proporzjonat, fir-rigward tal-ktajjen ta' forniment u ta' subkuntrattar tagħha, sabiex l-impatti negattivi eżistenti u potenzjali jiġu identifikati, ipprevenuti u mrażżna. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-impriżi li huma soġġetti għal din id-Direttiva mill-obbligu li jħejju dikjarazzjoni mhux finanzjarja meta jingħata rapport separat li jikkorrispondi għall-istess sena finanzjarja u li jkopri l-istess kontenut.

(7)

Meta l-intraprizi jkunu meħtieġa jħejju dikjarazzjoni mhux finanzjarja, dik id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha, fir-rigward ta' kwistjonijiet ambjentali, dettalji dwar l-impatti attwali u prevedibbli tal-operazzjonijiet tal-impriża fuq l-ambjent, u, jekk ikun il-każ, dwar is-saħħa u s-sikurezza, l-użu tal-enerġija rinnovabbli u/jew mhux rinnovabbli, l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, l-użu tal-ilma u t-tniġġis tal-arja. Fir-rigward ta' kwistjonijiet soċjali u dawk relatati mal-ħaddiema, l-informazzjoni provduta fid-dikjarazzjoni tista' tirrigwarda l-azzjonijiet meħuda biex jiggarantixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-djalogu soċjali, ir-rispett tad-dritt tal-ħaddiema li jkunu mgħarrfa u kkonsultati, ir-rispett għad-drittijiet tat-trejdjunjins, is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol u d-djalogu mal-komunitajiet lokali, u/jew l-azzjonijiet meħuda biex jiżguraw il-ħarsien u l-iżvilupp ta' dawk il-komunitajiet. Fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tixħim, id-dikjarazzjoni mhux finanzjarja tista' tinkludi informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u/jew dwar l-instrumenti fis-seħħ biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u t-tixħim.

(8)

L-impriżi li huma soġġetti għal din id-Direttiva għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata fir-rigward ta' kwistjonijiet li juru ċar li huma l-aktar li jistgħu jwasslu għall-materjalizzazzjoni tar-riskji prinċipali ta' impatti severi, flimkien ma' dawk li diġà mmaterjalizzaw. Is-severità ta' tali impatti għandha titkejjel skont l-iskala u l-gravità tagħhom. Ir-riskji ta' impatt negattiv jistgħu jirriżultaw mill-attività tal-impriża nnifisha jew inkella jistgħu jkunu marbuta mal-operazzjonijiet tagħha, u fejn ikun rilevanti u proporzjonat, mal-prodotti, is-servizzi jew ir-rabtiet ta' negozju tagħha, inkluż ma' ktajjen ta' forniment jew ta' sottokuntratturi. Dan m'għandux iwassal għal piżijiet amministrattivi addizzjonali għal impriżi żgħar u ta' daqs medju.

(9)

Biex jipprovdu din l-informazzjoni, l-impriżi li huma soġġetti għal din id-Direttiva jistgħu jiddependu fuq oqfsa nazzjonali, oqfsa bbażati fl-Unjoni bħall-Iskema ta' Ġestjoni u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS), jew oqfsa internazzjonali bħall-Impatt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem li jimplimentaw il-Qafas tan-NU “Ipproteġi, Irrispetta u Rrimedja”, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), il-Linji Gwida għal Impriżi Multinazzjonali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni ISO 26000, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-prinċipji li jikkonċernaw l-impriżi multinazzjonali u l-politika soċjali, l-Inizjattiva Globali ta' Rappurtar, jew oqfsa internazzjonali rikonoxxuti oħrajn.

(10)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi adegwati u effettivi sabiex tiġi żgurata d-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja mill-impriżi b'konformità ma' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri nazzjonali effettivi biex tiġi infurzata l-konformità mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva, u li dawn il-proċeduri jkunu disponibbli għall-persuni u l-entitajiet ġuridiċi kollha li jkollhom interess leġittimu, b'konformità mal-liġi nazzjonali, biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu rrispettati.

(11)

Il-Paragrafu 47 tad-dokument tal-eżitu tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti Rio +20, intitolat “Il-Futur li Rridu”, jirrikonoxxi l-importanza ta' rappurtar korporattiv dwar is-sostenibbiltà u jinkorġġixxi lill-impriżi, fejn xieraq, biex jikkunsidraw l-integrazzjoni ta' informazzjoni sostenibbli fiċ-ċiklu ta' rappurtar tagħhom. Huwa jinkoraġġixxi wkoll lill-industrija, lill-gvernijiet interessati u lill-partijiet interessati rilevanti, bl-appoġġ tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, kif xieraq, biex jiżviluppaw mudelli tal-aħjar prattika u jiffaċilitaw l-azzjoni għall-integrazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja billi jitqiesu l-esperjenzi minn oqfsa diġà eżistenti.

(12)

L-aċċess tal-investituri għall-informazzjoni mhux finanzjarja huwa pass fid-direzzjoni tad-dħul fis-seħħ sal-2020 ta' inċentivi tas-suq u tal-politika li jippremjaw l-investimenti tan-negozji fl-effiċjenza, skont il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi.

(13)

Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu, tal-24 u l-25 ta' Marzu 2011 talab li jitnaqqas il-piż regolatorju kumplessiv, partikolarment għall-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), fuq livell Ewropew u nazzjonali u ssuġġerixxa miżuri biex tiżdied il-produttività, filwaqt li l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għandha l-għan li ttejjeb l-ambjent tan-negozju għall-SMEs u li tippromwovi l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom. Għalhekk, skont il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, ir-rekwiżiti l-ġodda ta' divulgazzjoni għandhom japplikaw biss għal ċerti impriżi kbar u gruppi.

(14)

L-ambitu ta' dawk ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni mhux finanzjarji għandu jkun definit b'referenza għall-medja tal-għadd ta' impjegati, it-total tal-karta tal-bilanċ u l-fatturat nett. L-SMEs għandhom ikunu eżentati minn rekwiżiti addizzjonali, u l-obbligu li jiddivulgaw dikjarazzjoni mhux finanzjarja għandu japplika biss għal dawk l-impriżi l-kbar li jkunu entitajiet ta' interess pubbliku u għal dawk l-entitajiet ta' interess pubbliku li huma l-impriżi prinċipali ta' grupp kbir, li f'kull każ ikollhom għadd medju ta' impjegati li jaqbeż il-500, fil-każ ta' grupp fuq bażi konsolidata. Dan m'għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jirrikjedu d-divulgazzjoni tal-informazzjoni mhux finanzjarja mill-impriżi u gruppi li mhumiex impriżi li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva.

(15)

Bosta impriżi li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huma membri ta' gruppi ta' impriżi. Għandhom jitħejjew rapporti ta' ġestjoni kkonsolidati sabiex l-informazzjoni dwar dawn il-gruppi ta' impriżi tkun tista' tingħata lil membri u lil partijiet terzi. Id-dritt nazzjonali li jirregola r-rapporti ta' ġestjoni kkonsolidati għandu għalhekk jiġi kkoordinat sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' komparabbiltà u konsistenza tal-informazzjoni li l-impriżi għandhom jippubblikaw fl-Unjoni.

(16)

L-awdituri statutorji u d-ditti tal-awdituri għandhom jivverifikaw biss li tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni mhux finanzjarja jew ir-rapport separat Barra minn hekk, għandu jkun possibbli wkoll li l-Istati Membri jirrikjedu li l-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni mhux finanzjarja jew fir-rapport separat tkun verifikata minn fornitur indipendenti ta' servizzi ta' assigurazzjoni.

(17)

Bil-għan li tiġi ffaċilitata d-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja minn impriżi, il-Kummissjoni għandha tħejji linji gwida mhux vinkolanti, inklużi indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni mhux finanzjarji ġenerali u settorjali. Il-Kummissjoni għandha tqis l-aħjar prattiki attwali, l-iżviluppi internazzjonali u r-riżultati ta' inizjattivi relatati tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa inkluż mal-partijiet interessati rilevanti. Fir-rigward tal-aspetti ambjentali, il-Kummissjoni għandha tal-anqas tkopri l-użu tal-art, l-użu tal-ilma, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u l-użu ta' materjali.

(18)

Id-diversità tal-kompetenzi u l-fehmiet tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji ta' impriżi tiffaċilita fehim tajjeb tal-organizzazzjoni u l-kwistjonijiet tan-negozju tal-impriża kkonċernata. Hija tippermetti lill-membri ta' dawk il-korpi biex jisfidaw b'mod kostruttiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment u biex ikunu aktar miftuħa għal ideat innovattivi, li jindirizzaw is-similarità tal-fehmiet tal-membri, magħrufa wkoll bħala l-fenomenu “raġunar fi grupp”. Hija tikkontribwixxi għalhekk għas-sorveljanza effettiva tal-immaniġġjar u l-governanza b'suċċess tal-impriża. Għalhekk, huwa importanti li tittejjeb it-trasparenza rigward il-politika tad-diversità applikata. Din għandha tinforma lis-suq dwar prattiki ta' governanza korporattiva u għalhekk tpoġġi pressjoni indiretta fuq l-impriżi biex ikollhom bordijiet aktar diversifikati.

(19)

L-obbligu ta' divulgazzjoni tal-politiki fir-rigward tad-diversità għal korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji fir-rigward ta' aspetti bħalma huma, pereżempju, l-età, is-sess, jew l-isfond edukattiv u professjonali għandhom japplikaw biss għal ċerti impriżi kbar. Id-divulgazzjoni tal-politika dwar id-diversità għandha tkun parti mid-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva, kif stipulat fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE. Jekk ma tkun applikata l-ebda politika tad-diversità, m'għandu jkun hemm l-ebda obbligu li tiddaħħal waħda fis-seħħ, iżda d-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva għandha tinkludi spjega ċara għalfejn dan hu l-każ.

(20)

Ittieħdet nota tal-inizjattivi fil-livell tal-Unjoni, inkluż ir-rappurtar pajjiż b'pajjiż għal diversi setturi, kif ukoll ir-riferenzi magħmula mill-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta' Mejju 2013 u tad-19 u l-20 ta' Diċembru 2013, għar-rappurtar pajjiż b'pajjiż minn kumpaniji u gruppi kbar, dispożizzjonijiet simili fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u l-isforzi internazzjonali biex tittejjeb it-trasparenza fir-rappurtar finanzjarju. Fil-kuntest tal-G8 u tal-G20, l-OECD intalbet tfassal mudell standardizzat ta' rappurtar biex l-impriżi multinazzjonali jirrapportaw lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar fejn jagħmlu l-profitti tagħhom u fejn iħallsu t-taxxa madwar id-dinja. Dawn l-iżviluppi jikkumplimentaw il-proposti f'din id-Direttiva, u huma miżuri adegwati għall-finijiet rispettivi tagħhom.

(21)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li żżid ir-rilevanza, il-konsistenza u l-komparabbiltà ta' informazzjoni divulgata minn ċerti impriżi u gruppi kbar fl-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-impatt tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(22)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-libertà li wieħed ikollu negozju, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji.

(23)

Id-Direttiva 2013/34/UE għandha għalhekk tiġi emendata konsegwentement,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2013/34/UE

Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 19a

Dikjarazzjoni mhux finanzjarja

1.   L-impriżi kbar li huma entitajiet ta' interess pubbliku li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom jaqbżu l-kriterju tal-għadd medju ta' 500 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jinkludu fir-rapport ta' ġestjoni dikjarazzjoni mhux finanzjarja li jkun fiha informazzjoni sa fejn ikun meħtieġ għall-fehim tal-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża u tal-impatt tal-attività tagħha, relatata tal-anqas ma' kwistjonijiet ambjentali, soċjali u tal-impjegati, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet kontra l-korruzzjoni u t-tixħim, inklużi:

(a)

deskrizzjoni qasira tal-mudell tan-negozju tal-impriża;

(b)

deskrizzjoni tal-politiki segwiti mill-impriża fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet, inklużi l-proċessi ta' diliġenza dovuta implimentati;

(c)

l-eżitu ta' dawk il-politiki;

(d)

ir-riskji prinċipali relatati ma' dawk il-kwistjonijiet marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża inklużi, fejn ikun rilevanti u proporzjonat, ir-relazzjonijiet kummerċjali, il-prodotti jew is-servizzi tagħha li x'aktarx jikkawżaw impatti negattivi fuq dawk l-oqsma, u kif l-impriża timmaniġġja dawk ir-riskji;

(e)

indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni ta' natura mhux finanzjarja rilevanti għan-negozju partikolari.

Meta l-impriża ma ssegwix politiki fir-rigward ta' waħda jew aktar minn dawk il-kwistjonijiet, id-dikjarazzjoni mhux finanzjarja għandha tipprovdi spjegazzjoni ċara u motivata għaliex ma tagħmilx dan.

Id-dikjarazzjoni mhux finanzjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, fejn xieraq, tinkludi referenzi għall-ammonti rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, u spjegazzjonijiet addizzjonali dwarhom.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li titħalla barra informazzjoni relatata ma' żviluppi imminenti jew kwistjonijiet li jkunu qed jiġu nnegozjati f'każijiet straordinarji meta, fil-fehma debitament ġustifikata tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, li jaġixxu fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali u li jkollhom responsabilità kollettiva għal dik l-opinjoni, id-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-impriża, sakemm tali ommissjoni ma tipprevenix fehim ġust u bbilanċjat tal-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża u tal-impatt tal-attività tagħha.

Meta jeħtieġu l-iżvelar tal-informazzjonimsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-impriżi jistgħu jimxu fuq oqfsa nazzjonali, ibbażati fl-Unjoni jew internazzjonali u, jekk jagħmlu hekk, l-impriżi għandhom jispeċifikaw fuq liema oqfsa mxew.

2.   Impriżi li jissodisfaw l-obbligi stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ssodisfaw l-obbligu relatat mal-analiżi tal-informazzjoni mhux finanzjarja stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(1).

3.   Impriża, li tkun impriża sussidjarja, għandha tiġi eżentata mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, jekk dik l-impriża u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jew ir-rapport separat ta' impriża oħra, imfassal skont l-Artikolu 29 u dan l-Artikolu.

4.   Meta impriża tħejji rapport separat li jikkorrispondi għall-istess sena finanzjarja irrispettivament minn jekk tibbażax ruħha jew le fuq oqfsa nazzjonali, ibbażati fl-Unjoni jew internazzjonali u li jkopri l-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjoni mhux finanzjarja prevista fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil dik l-impriża mill-obbligu li tħejji d-dikjarazzjoni mhux finanzjarja stabbilita fil-paragrafu 1, sakemm tali rapport separat:

(a)

jiġi ppubblikat flimkien mar-rapport ta' ġestjoni b'konformità mal-Artikolu 30; jew

(b)

ikun pubblikament disponibbli f'perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx sitt xhur wara d-data tal-karta tal-bilanċ, fuq il-websajt tal-impriża, u jkun hemm referenza għaliha fir-rapport ta' ġestjoni.

Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għal impriżi li qed iħejju rapport separat kif imsemmi fil-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jivverifikaw jekk ikunx ġew ipprovduti d-dikjarazzjoni mhux finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rapport separat imsemmi fil-paragrafu 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni mhux finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 jew fir-rapport separat imsemmi fil-paragrafu 4 jiġu vverifikati minn fornitur indipendenti ta' servizzi ta' assigurazzjoni.”

.

(2)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

deskrizzjoni tal-politika dwar id-diversità applikata fir-rigward tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża fir-rigward ta' aspetti bħalma huma, pereżempju, l-età, is-sess, jew l-isfond edukattiv u professjonali, l-għanijiet ta' dik il-politika dwar id-diversità, kif ġiet implimentata u r-riżultati fil-perjodu tar-rappurtar. Jekk ma tiġi applikata l-ebda tali politika, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni dwar għalfejn dan hu l-każ.”

:

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika għandhom jesprimu opinjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) rigward l-informazzjoni ppreparata skont il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jivverifikaw li tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”

;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ħarġu biss titoli li mhumiex ishma ammessi għan-negozjar f'suq regolat fis-sens tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn l-impriżi ma jkunux ħarġu ishma li jkunu nnegozjati f'faċilità multilaterali tan-negozjar fis-sens tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.”

;

(d)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Minkejja l-Artikolu 40, il-punt (g) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika għal impriżi żgħar u ta' daqs medju.”

.

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 29a

Dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata

1.   L-entitajiet ta' interess pubbliku li huma kumpaniji prinċipali ta' grupp kbir li fid-dati tal-karta tal-bilanċ, fuq bażi kkonsolidata, jaqbeż il-kriterju tal-għadd medju ta' 500 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jinkludu fir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata li jkun fiha informazzjoni sa fejn ikun meħtieġ għall-fehim tal-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-grupp u tal-impatt tal-attività tiegħu, relatata tal-anqas ma' kwistjonijiet ambjentali, soċjali u tal-impjegati, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet kontra l-korruzzjoni u t-tixħim, inklużi:

(a)

deskrizzjoni qasira tal-mudell tan-negozju tal-grupp;

(b)

deskrizzjoni tal-politiki segwiti mill-grupp fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet, inklużi l-proċessi ta' dileġenza dovuta implimentati;

(c)

l-eżitu ta' dawk il-politiki;

(d)

ir-riskji prinċipali relatati ma' dawk il-kwistjonijiet marbuta mal-operazzjonijiet tal-grupp inklużi, fejn ikun rilevanti u proporzjonat, ir-relazzjonijiet kummerċjali, il-prodotti jew is-servizzi tiegħu li x'aktarx jikkawżaw impatti negattivi fuq dawk l-oqsma, u kif il-grupp jimmaniġġja dawk ir-riskji;

(e)

l-indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni mhux finanzjarji relevanti għan-negozju partikolari.

Meta l-grupp ma jsegwix politiki fir-rigward ta' waħda jew aktar minn dawk il-kwistjonijiet, id-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata għandha tipprovdi spjegazzjoni ċara u motivata għaliex ma jagħmilx dan.

Id-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, fejn xieraq, tinkludi referenzi għall-ammonti rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, u spjegazzjonijiet addizzjonali dwarhom.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li titħalla barra informazzjoni relatata ma' żviluppi imminenti jew kwistjonijiet li jkunu qed jiġu nnegozjati f'każijiet straordinarji meta, fil-fehma debitament ġustifikata tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, li jaġixxu fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali u li jkollhom responsabilità kollettiva għal dik l-opinjoni, id-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-grupp, sakemm tali ommissjoni ma tipprevenix fehim ġust u bbilanċjat tal-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-grupp u tal-impatt tal-attività tiegħu.

Meta jeħtieġu l-iżvelar tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-impriża prinċipali tista' timxi fuq oqfsa nazzjonali, ibbażati fl-Unjoni jew internazzjonali u, jekk tagħmel hekk, l-impriża prinċipali għandha tispeċifika fuq liema oqfsa mxiet.

2.   Impriża prinċipali li tissodisfa l-obbligi stipulati fil-paragrafu 1 għandha titqies li tissodisfa l-obbligu relatat mal-analiżi tal-informazzjoni mhux finanzjarja stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(1) u fl-Artikolu 29.

3.   Impriża prinċipali li hija wkoll impriża sussidjarja għandha tkun eżentata mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, jekk dik l-impriża prinċipali eżentata u s-sussidjarji tagħha huma inklużi fir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jew fir-rapport separat ta' impriża oħra mfassal skont l-Artikolu 29 u dan l-Artikolu.

4.   Meta impriża prinċipali tħejji rapport separat li jikkorrispondi għall-istess sena finanzjarja, li jirreferi għall-grupp kollu, irrispettivament jekk tużax oqfsa nazzjonali, ibbażati fl-Unjoni jew internazzjonali u li jkopri l-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata kif previst fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil dik l-impriża prinċipali mill-obbligu li tħejji d-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata stabbilita fil-paragrafu 1, sakemm tali rapport separat:

(a)

jiġi ppubblikat flimkien mar-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat b'konformità mal-Artikolu 30; jew

(b)

ikun pubblikament disponibbli f'perjodu ta' żmien raġonevoli, li m'għandux jaqbeż is-sitt xhur wara d-data tal-karta tal-bilanċ, fuq il-websajt tal-impriża prinċipali, u jkun hemm referenza għaliha fir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat.

Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għal impriżi li qed iħejju rapport separat kif imsemmi fil-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jivverifikaw jekk ikunx ġew ipprovduti d-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rapport separat imsemmi fil-paragrafu 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata msemmija fil-paragrafu 1 jew fir-rapport separat imsemmi fil-paragrafu 4 jiġu vverifikati minn fornitur indipendenti ta' servizzi ta' assigurazzjoni.”

.

(4)

Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza ta' impriża, waqt li jaġixxu fil-limiti tal-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom ir-responsabbiltà kollettiva li jiżguraw li:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, ir-rapport ta' ġestjoni, id-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva, meta dawn jiġu pprovduti separatament, u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 19a(4); u

(b)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, id-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva kkonsolidata, meta dawn jiġu pprovduti separatament, u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 29a(4),

jitħejjew u jiġu ppubblikati b'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.”

.

(5)

Fl-Artikolu 34, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Dan l-Artikolu m'għandux japplika għad-dikjarazzjoni mhux finanzjarja msemmija fl-Artikolu 19a(1) u d-dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata msemmija fl-Artikolu 29a(1) jew ir-rapporti separati msemmija fl-Artikoli 19a(4) u 29a(4).”

.

(6)

Fl-Artikolu 48, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal qabel l-aħħar paragrafu:

“Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-OECD u r-riżultati ta' inizjattivi Ewropej relatati, il-possibilità li jiġi introdott obbligu li jirrikjedi li l-impriżi kbar jipproduċu fuq bażi annwali, rapport pajjiż b'pajjiż għal kull Stat Membru u pajjiż terz li joperaw fih, li, bħala minimu, ikun fih informazzjoni dwar il-profitti magħmula, it-taxxi mħallsa fuq il-profitti u s-sussidji pubbliċi riċevuti.”

.

Artikolu 2

Gwida dwar ir-rapportar

Il-Kummissjoni għandha tħejji linji gwida mhux vinkolanti dwar il-metodoloġija għar-rapportar tal-informazzjoni mhux finanzjarja, inklużi indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni ta' natura mhux finanzjarja, li jkunu ġenerali u settorjali, bl-għan li tiffaċilita d-divulgazzjoni relevanti, utli u komparabbli ta' informazzjoni mhux finanzjarja minn impriżi. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati relevanti.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-linji gwida sa sas-6 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 3

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi, fost aspetti oħra, il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta' impriżi kbar mhux kwotati fil-Borża, l-effettività tagħha u l-livell ta' gwida u metodi pprovduti. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat sa sas-6 ta' Diċembru 2018, u għandu jkun akkumpanjat, jekk dan ikun xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa sas-6 ta' Diċembru 2016. Huma għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni minnufih.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu japplikaw għall-impriżi kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1 għas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' Jannar 2017, jew matul is-sena finanzjarja 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta' Ottubru 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

B. DELLA VEDOVA


(1)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 47.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2014.

(3)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa

(2014/793/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(b) u (8) it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni Nru 2013/671/UE tal-Kunsill (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-17 ta' Frar 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data ulterjuri.

(2)

Il-Ftehim għandu l-iskop li jiggarantixxi li l-mekkaniżmi tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3), li huma maħsuba b'mod partikolari biex jikkumbattu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa transfruntiera, jibqgħu japplikaw għall-kollettività ta' Saint-Barthélemy, minkejja l-bidla fl-istatus tagħha.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika stipulata fl-Artikolu 7 tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/671/UE tal-15 ta' Novembru 2013 dwar l-iffirmar tal-Ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 09, Volum 001, p. 369).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/12


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, għall-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa

L-UNJONI EWROPEA

u

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, f'isem il-kollettività ta' Saint-Barthélemy,

flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

Billi:

(1)

Il-kollettività ta' Saint-Barthélemy hija parti integrali mir-Repubblika Franċiża iżda, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE (1), ma għadhiex tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2012

(2)

Sabiex jibqgħu jiġu mħarsal-interessi tal-Unjoni u b'mod partikolari biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa transfruntiera, jeħtieġ li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li qegħdin fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa, kif ukoll dawk dwar it-taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil f'forma ta' pagamenti tal-imgħax, ikomplu jiġu applikati f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy. Jaqbel li jiġi żgurat ukoll li t-testi li jemendaw dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tad-Direttivi Nru 2011/16/UE u Nru 2003/48/KE u tal-atti relatati

1.   Ir-Repubblika Franċiża u l-Istati Membri l-oħra japplikaw id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2011/16/UE (2) għall-kollettività ta' Saint-Barthélemy, kif ukoll il-miżuri li adottaw biex jimplimentaw dik id-Direttiva.

2.   Ir-Repubblika Franċiża u l-Istati Membri l-oħra japplikaw id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/48/KE (3), għall-kollettività ta' Saint-Barthélemy, kif ukoll il-miżuri li adottaw biex jimplimentaw dik id-Direttiva.

3.   Ir-Repubblika Franċiża u l-Istati Membri l-oħra japplikaw għall-kollettività ta' Saint-Barthélemy, l-atti legali applikabbli tal-Unjoni adottati abbażi tad-Direttivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-Partijiet jiddikjaraw li l-Kummissjoni Ewropea, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, għandha l-istess kompiti bħal dawk previsti mid-Direttivi Nru 2011/16/UE u Nru 2003/48/KE, kif ukoll mill-atti legali l-oħra relatati adottati mill-Kunsill, bl-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-verżjonijiet applikabbli tal-atti legali tal-Unjoni msemmija f'dan il-Ftehim

Kull referenza f'dan il-Ftehim għad-Direttivi 2011/16/UE u 2003/48/KE kif ukoll għal atti legali oħra tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4)ta' dan il-Ftehim, tinftiehem bħala referenza għall-verżjoni ta' dawk id-Direttivi u l-atti u strumenti relatati i jkunu fis-seħħ fil-mument partikolari, emendati fejn adatt minn kwalunkwe att emendatorju sussegwenti.

Artikolu 3

L-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament, is-servizzi ta' kollegament, u l-uffiċjali kompetenti

Il-Partijiet jiddikjaraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva Nru 2003/48/KE u l-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament, is-servizzi ta' kollegament u l-uffiċjali kompetenti maħtura skont id-Direttiva Nru 2011/16/UE mill-Istati Membri huma inkarigati bl-istess funzjonijiet u kompetenzi għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, f'konformità mal-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Il-monitoraġġ

Ir-Repubblika Franċiża tippreżenta lill-Kummissjoni Ewropea l-istatistika u l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għall-kollettività ta' Saint-Barthélemy, bl-istess mod, bl-istess forma u bl-istess skadenzi ta' dawk li jridu jiġu ppreżentati fir-rigward tal-funzjonament tad-Direttivi Nru 2011/16/UE u Nru 2003/48/KE f'dak li jirrigwarda t-territorji Franċiżi li għalihom huma applikabbli dawk id-Direttivi.

Artikolu 5

Il-proċedura ta' ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   Meta l-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim twassal għal diffikultajiet jew tikkawża xi dubji bejn l-awtorità kompetenti fir-rigward tal-kollettività ta' Saint-Barthélemy u awtorità kompetenti jew diversi awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dawn l-awtoritajiet jagħmlu minn kollox biex isolvu l-kwistjoni bi ftehim reċiproku. Huma jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni, u wara l-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

2.   F'dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet ta' interpretazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet, fuq it-talba ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Is-soluzzjoni tat-tilwim bejn il-partijiet ta' dan il-Ftehim

1.   F'każ li jkun hemm tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-partijiet għandhom jiltaqgħu qabel kwalunkwe applikazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-paragrafu 2.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva biex issolvi t-tilwim ta' bejn il-Partijiet fir-rigward tal-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-Ftehim. L-applikazzjoni tista' ssir minn waħda mill-Partijiet.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar l-ikkompletar tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim jkollu effett mill- jum ta' wara dak li fih tasal it-tieni notifika.

Artikolu 8

It-tul ta' żmien u t-terminazzjoni

Dan il-Ftehim ġie konkluż għal tul ta' żmien indefinit, bil-kundizzjoni li jiġi mitmum minn waħda mill-Partijiet wara li tkun indirizzat notifika bil-miktub lill-parti kontraenti l-oħra b'mezzi diplomatiċi. Dan il-Ftehim jiġi fi tmiemu tnax-il xahar wara li tkun waslet tali notifika.

Artikolu 9

Il-lingwi

Dan il-Ftehim huwa magħmul doppju fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на седемнадесети февруари две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el diecisiete de febrero de dos mil catorce.

V Bruselu dne sedmnáctého února dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syttende februar to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am siebzehnten Februar zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta veebruarikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εφτά Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the seventeenth day of February in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le dix-sept février deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu sedamnaestog veljače dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì diciassette febbraio duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada septiņpadsmitajā februārī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų vasario septynioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év február havának tizenhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sbatax-il jum ta' Frar tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de zeventiende februari tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia siedemnastego lutego roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em dezassete de fevereiro de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la șaptesprezece februarie două mii paisprezece.

V Bruseli sedemnásteho februára dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne sedemnajstega februarja leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den sjuttonde februari tjugohundrafjorton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Френската република

Por la República Francesa

Za Francouzskou republiku

For Den Franske Republik

Für die Französische Republik

Prantsuse Vabariigi nimel

Για τη Γαλλική Δημοκρατία

For the French Republic

Pour la République française

Za Francusku Republiku

Per la Repubblica francese

Francijas Republikas vārdā –

Prancūzijos Respublikos vardu

A Francia Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Franċiża

Voor de Franse Republiek

W imieniu Republiki Francuskiej

Pela República Francesa

Pentru Republica Franceză

Za Francúzsku republiku

Za Francosko republiko

Ranskan tasavallan puolesta

För Republiken Frankrike

Image


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta' Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal- 15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).


REGOLAMENTI

15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/16


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1221/2014

tal-10 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeħtieġ li jkunu adottati miżuri ta' konservazzjoni b'kunsiderazzjoni tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inklużi, fejn rilevanti, ir-rapporti imfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u korpi konsultattivi oħrajn, kif ukoll fid-dawl ta' kull parir li jasal mingħand il-Kunsilli Konsultattivi.

(3)

Il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd, inklużi, kif xieraq, ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew żona tas-sajd u b'kont meħud, kif dovut, tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom għalhekk jiġu stabbiliti f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'kont meħud tal-prinċipji msemmija fil-premessa 2.

(5)

Għas-sajd pelaġiku żgħir (l-aringa u l-laċċa kaħla), is-sajd tal-bakkaljaw u tas-salamun fil-Baħar Baltiku, l-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta' Jannar 2015. L-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament jipprovdi li, meta jiġi introdott l-obbligu ta' ħatt l-art fir-rigward ta' stokk tas-sajd, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti billi tiġi kkunsidrata l-bidla minn opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-ħatt l-art għal opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-qabdiet.

(6)

Għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati f'dawk il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qabdiet għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (2) (il-“Pjan għall-Merluzz (Bakkaljaw) fil-Baħar Baltiku”).

(7)

Il-parir xjentifiku pprovdut fir-rigward tal-isforz tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li fejn japplika obbligu ta' ħatt l-art għal stokk speċifiku, l-istabbiliment ta' limitazzjonijiet aktar baxxi tal-isforz ma jikkontribwixxix għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS riformata. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti tal-isforz għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 22-24 fil-livell tal-2014. L-istabbiliment tal-limiti tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-2014 ser jiffaċilita l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u ser jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(8)

Fid-dawl tal-parir xjentifiku pprovdut, il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokk tal-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 22-24 tal-Baħar Baltiku tista' tiġi introdotta mingħajr riskju għall-għanijiet tal-Pjan għall-Merluzz (Bakkaljaw) tal-Baħar Baltiku u mingħajr ma tikkawża żieda fil-mortalità mis-sajd. Tali flessibbiltà tkun tippermetti ġestjoni effiċjenti tal-isforz tas-sajd fejn il-kwoti mhumiex allokati ugwalment fost il-flotta ta' Stat Membru u tiffaċilità reazzjonijiet rapidi għal skambji ta' kwoti. Għalhekk għandu jkun permissibbli għal Stat Membru li jalloka, lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta' jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti tas-sajd oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu.

(9)

Il-parir xejntifiku riċenti juri li l-ICES ma setax jistabbilixxi punti ta' referenza bijoloġiċi għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 25-32 u minflok ta parir li t-TAC għal dak l-istokk tal-bakkaljaw tkun ibbażata fuq l-approċċ ta' data limitata. In-nuqqas ta' punti ta' referenza bijoloġiċi jagħmilha impossibbli li jiġu segwiti r-regoli għall-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 25-32. Billi n-nuqqas ta' stabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd jista' jikkostitwixxi theddida serja għas-sostenibbiltà ta' dak l-istokk, huwa xieraq li tiġi stabbilita t-TAC għal dawk l-istokkijiet tal-bakkaljaw f'livell li jikkorrispondi għall-approċċ żviluppat u rakkomandat mill-ICES u li jiġu stabbiliti l-limiti tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-2014. L-istabbiliment tal-limiti tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-2014 ser jiffaċilita l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art, ser jipprovdi għal sajd aktar selettiv u ser jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(10)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta' dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd rispettivament. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta tintbagħat data lill-Kummissjoni.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs, li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà taħt l-Artikoli 3 u 4 għal TACs prekawzjonali u analitiċi rispettivament. Taħt l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma japplikawx l-Artikoli 3 jew 4, b ' mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċentement, ġie introdott, mill-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, tfixkel il-ksib tal-għanijiet tal-PKS u tiddeterjora l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, għandu jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandhom japplikaw biss għat-TACs analitiċi fejn ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(12)

Il-parir xjentifiku dwar il-laċċa kaħla fil-Baħar tat-Tramuntana jkopri l-perijodu minn Lulju sa Ġunju tas-sena ta' wara, minkejja li t-TAC hija stabbilita għall-perijodu minn Jannar sa Diċembru. Il-parir xjentifiku l-aktar reċenti għall-perijodu minn Lulju 2014 sa Ġunju 2015 jindika li t-TAC tista' tiżdied b'mod sinifikanti. Għaldaqstant hemm aktar laċċa kaħla disponibbli fit-tieni nofs tal-2014 milli kien previst. Peress li dak l-istokk huwa soġġett għal valutazzjoni analitika u jinsab f'limiti bijoloġiċi sikuri, il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 li jippermettu l-flessibbiltà tal-kwoti interannwali huma sodisfatti, u din għandha tiġi permessa sabiex il-qasam tas-sajd ikun jista' juża d-disponibbiltà akbar tal-laċċa kaħla bil-mod l-aktar effiċjenti. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (5) għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ.

(13)

Ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 bħalissa jippermetti li Stat Membru juża kwalunkwe kwantità mhux użata fl-2015, sa mhux aktar minn 10 % tal-kwota disponibbli għalih fl-2014, fir-rigward ta' ċerti stokkijiet. Fis-6 ta' Awwissu 2014, il-Federazzjoni Russa imponiet embargo fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd mill-Unjoni Ewropea. B'konsegwenza ta' dan, xi wħud mill-esportazzjonijiet li l-produtturi kienu pprevedew li jagħmlu lejn ir-Russja fil-ħarifa tal-2014 saru impossibbli u f'ċertu każijiet ma jistgħux jinstabu swieq alternattivi fi żmien qasir. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u l-urġenza tal-kwistjoni, huwa meħtieġ li jiġu permessi ċerti aġġustamenti għall-istaġun tas-sajd tal-2014. Fid-dawl ta' parir xjentifiku pożittiv kif ukoll approċċ pożittiv tal-Istati kostali rilevanti, huwa xieraq li tiġi permessa, b'mod eċċezzjonali u biss fir-rigward tal-istokkijiet li jintlaqtu bl-aktar mod drastiku jew dirett mill-embargo Russu, żieda fil-perċentwal tal-kwantitajiet mhux użati fl-2014 li jista' jiġi ttrasferit għall-2015. Dik il-miżura eċċezzjonali hija limitata għall-istaġun tas-sajd tal-2014. Huwa mistenni li din il-miżura tippermetti li jinstabu swieq ġodda jew li jiġu adattati l-qabdiet jekk l-embargo jkompli japplika fl-2015. Għall-istess raġunijiet, għandha tiġi introdotta possibbiltà korrispondenti għat-trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 (6). Ir-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(14)

Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Għar-raġunijiet imsemmijin fil-premessa 13, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-possibbiltà ta' trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ICES” tfisser Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar;

(2)

“Baħar Baltiku” tfisser iż-żoni ICES IIIb, IIIc u IIId;

(3)

“subdiviżjoni” tfisser subdiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (7);

(4)

“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(5)

“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(6)

“sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta' bastiment tas-sajd; għal grupp ta' bastimenti tas-sajd ikun it-total tal-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp;

(7)

“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari;

(8)

“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista':

(i)

tinqabad matul perijodu ta' sena, fis-sajd soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; jew

(ii)

tinħatt l-art matul perijodu ta' sena, fis-sajd li mhuwiex soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(9)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(10)

“jiem nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih bastiment tas-sajd ma jkunx preżenti f'port.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

It-TACs u l-allokazzjonijiet ta' opportunitajiet tas-sajd

It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri kif stipulat f 'dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d)

kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali mhux soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

Il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali tal-barbun tat-tbajja' għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk il-qabdiet isiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li għandu kwota u li dik il-kwota ma tkunx eżawrita.

Artikolu 7

Limiti tal-isforz tas-sajd

Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness II.

KAPITOLU III

FLESSIBBILTÀ FL-ISTABBILIMENT TAL-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD TA' ĊERTI STOKKIJIET

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 43/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 18a huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:

“(m)

aringi fiż-żoni VIIa, VIIg, VIIh, VIIj u VIIk;

(n)

sawrell tat-tip horse mackerel fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IVa, VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; fl- ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV.”

;

(b)

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7.   B'deroga mill-paragrafu 4, il-perċentwal ta' 10 % għandu jiżdied bi 15 % addizzjonali fir-rigward tal-istokkijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(c), (d), (f), (g), (j), (k), (m) u (n).”

;

(2)

Fl-Anness IA, l-entrata għal-laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

1 546  (9)

 

 

Id-Danimarka

122 383  (9)

 

 

Il-Ġermanja

1 546  (9)

 

 

Franza

1 546  (9)

 

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

1 546  (9)

 

 

L-Isvezja

1 330  (8)  (9)

 

 

Ir-Renju Unit

5 103  (9)

 

 

L-Unjoni

135 000

 

 

In-Norveġja

9 000

 

 

TAC

144 000

 

TAC Analitika

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1180/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1180/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Flessibbiltà fl-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd ta' ċerti stokkijiet

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:

(a)

l-aringa fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 30-31;

(b)

l-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet tal-ICES 25-27, 28.2, 29 u 32;

(c)

l-aringa fis-subdiviżjoni tal-ICES 28.1;

(d)

il-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet tal-ICES 22-32.

2.   Kwalunkwe kwantità sa mhux aktar minn 25 % tal-kwota ta' Stat Membru tal-istokkijiet identifikati fil-paragrafu 1 li ma ntużatx fl-2014 għandha tiġi miżjuda sabiex tiġi kkalkulata l-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2015. Għandhom jitqiesu kwalunkwe kwantitjiet trasferiti lejn Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) kif ukoll kwalunkwe kwantitajiet imnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sabiex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet użati u l-kwantitajiet mhux użati taħt dan il-paragrafu.

3.   L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika għal stokkijiet indikati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-Istati Membri kkonċernati.

(*)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

;

(2)

Fl-Anness I, in-nota li ġejja ta' qiegħ il-paġna għandha tiġi inkluża fir-rigward ta' entrati dwar l-istokkijiet li ġejjin: l-aringa fis-subdiviżjonijiet 30-31; l-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32; l-aringa fis-subdiviżjoni 28.1, il-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-32:

“Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.”

.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

It-trażmissjoni tad-data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta' stokkijiet li nqabdu jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Flessibbiltà

1.   Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet li huma soġġetti għal TAC prekawzjonali u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika.

2.   L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw jekk Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Madankollu, l-Artikoli 8 u 9 għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz (bakkaljaw) fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(5)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli f l-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 4).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).

(8)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(9)  Mill-inqas 98 % tal-ħatt l-art li jingħadd fil-kuntest ta' din il-kwota għandu jkun ta' laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta' barbun komuni u merlangu għandhom jitqiesu fil-kuntest tat-2 % li jibqa' tal-kwota (OTH/*2AC4C).”


ANNESS I

TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI F'ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom b'mod funzjonali.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Ir-referenza għall-istokkijiet tal-ħut issir skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qed tingħata it-tabella komparattiva li ġejja ta' korrispondenzi tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringa

Gadus morhua

COD

Bakkaljaw

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja'

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa Kaħla


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Subdiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Il-Finlandja

129 923

 

 

L-Isvezja

28 547

 

 

L-Unjoni

158 470

 

 

TAC

158 470

 

TAC Analitika


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Subdiviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Id-Danimarka

3 115

 

 

Il-Ġermanja

12 259

 

 

Il-Finlandja

2

 

 

Il-Polonja

2 891

 

 

L-Isvezja

3 953

 

 

L-Unjoni

22 220

 

 

TAC

22 220

 

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.2; HER/3D29.; HER/3D32.

Id-Danimarka

3 596

 

 

Il-Ġermanja

953

 

 

L-Estonja

18 363

 

 

Il-Finlandja

35 845

 

 

Il-Latvja

4 532

 

 

Il-Litwanja

4 772

 

 

Il-Polonja

40 723

 

 

L-Isvezja

54 667

 

 

L-Unjoni

163 451

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC Analitika


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Subdiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

L-Estonja

17 908

 

 

Il-Latvja

20 872

 

 

L-Unjoni

38 780

 

 

TAC

38 780

 

TAC Analitika


Speċi

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Id-Danimarka

11 814

 

 

Il-Ġermanja

4 700

 

 

L-Estonja

1 151

 

 

Il-Finlandja

904

 

 

Il-Latvja

4 393

 

 

Il-Litwanja

2 894

 

 

Il-Polonja

13 603

 

 

L-Isvezja

11 969

 

 

L-Unjoni

51 429

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC Prekawzjonali

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

Subdiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Id-Danimarka

6 941

 

 

Il-Ġermanja

3 393

 

 

L-Estonja

154

 

 

Il-Finlandja

136

 

 

Il-Latvja

574

 

 

Il-Litwanja

372

 

 

Il-Polonja

1 857

 

 

L-Isvezja

2 473

 

 

L-Unjoni

15 900

 

 

TAC

15 900

 

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi:

Barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Id-Danimarka

2 443

 

 

Il-Ġermanja

271

 

 

Il-Polonja

511

 

 

L-Isvezja

184

 

 

L-Unjoni

3 409

 

 

TAC

3 409

 

TAC Prekawzjonali


Speċi:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Id-Danimarka

19 879  (1)

 

 

Il-Ġermanja

2 212  (1)

 

 

L-Estonja

2 020  (1)

 

 

Il-Finlandja

24 787  (1)

 

 

Il-Latvja

12 644  (1)

 

 

Il-Litwanja

1 486  (1)

 

 

Il-Polonja

6 030  (1)

 

 

L-Isvezja

26 870  (1)

 

 

L-Unjoni

95 928  (1)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC Analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.


Speċi:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjoni 32

SAL/3D32.

L-Estonja

1 344  (2)

 

 

Il-Finlandja

11 762  (2)

 

 

L-Unjoni

13 106  (2)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC Prekawzjonali


Speċi:

Laċċa Kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Id-Danimarka

21 068

 

 

Il-Ġermanja

13 347

 

 

L-Estonja

24 465

 

 

Il-Finlandja

11 029

 

 

Il-Latvja

29 548

 

 

Il-Litwanja

10 689

 

 

Il-Polonja

62 706

 

 

L-Isvezja

40 729

 

 

L-Unjoni

213 581

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC Analitika

(1)  Espress fl-għadd ta' ħut individwali.

(2)  Espress fl-għadd ta' ħut individwali.


ANNESS II

LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

1.

L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b'malji ta' 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta' 90 mm jew akbar, b'konzijiet tal-qiegħ, b'konzijiet ħlief il-konzijiet mitluqa, ix-xolfa tal-idejn u l-irkaptu tat-trejjix, li jkunu sa:

(a)

147 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 22-24, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta' April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007; u

(b)

146 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 25-28, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.

In-numru massimu ta' jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment tas-sajd jista' jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikat fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla min-numru massimu ta' jiem nieqes mill-port allokat għal waħda minn dawn iż-żewġ żoni.

3.

B'deroga mill-punti 1 u 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd teħtieġ hekk, Stat Membru jista' jalloka d-dritt lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu għal jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta' jiem neqsin mill-port jiġi rtirat minn bastimenti oħrajn tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f'termini ta' kW, ta' kull bastiment tas-sajd donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti tas-sajd riċevituri. L-għadd ta' bastimenti riċevituri ma jistax jaqbeż il-15 % tal-għadd totali ta' bastimenti tas-sajd tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1.


15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/27


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1222/2014

tat-8 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 131(18) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/36/UE tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti jew nominati tal-Istati Membri li jimponu rekwiżiti tal-fondi proprji ogħla għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) sabiex jikkumpensaw għar-riskju ogħla li l-G-SIIs jirrappreżentaw għas-sistema finanzjarja u l-impatt potenzjali tal-falliment tagħhom fuq il-kontribwenti. Din id-Direttiva tiddeskrivi ċerti prinċipji bażiċi ta' metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-G-SIIs u għall-allokazzjoni tal-G-SIIs f'subkategoriji skont r-rilevanza sistemika tagħhom. Skont din l-allokazzjoni huma jiġu assenjati rekwiżit kapitali tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni addizzjonali, il-bafer tal-G-SII. Din il-metodoloġija ta' identifikazzjoni u ta' allokazzjoni tal-G-SIIs hija bbażata fuq ħames kategoriji ta' kejl tal-importanza sistemika ta' bank għas-suq finanzjarju globali, u hija speċifikata iktar f'dan ir-Regolament.

(2)

Sabiex isegwi l-approċċ tad-Direttiva 2013/36/UE, dan ir-Regolament għandu jqis standards għall-metodoloġija tal-valutazzjoni ta' banek globali sistemikament importanti u għar-rekwiżit ta' assorbiment tat-telf ogħla mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, li huma bbażati fuq il-qafas għal istituzzjonijiet finanzjarji globali sistemikament importanti stabbiliti mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja wara r-rapport 'Reducing the moral hazard posed by systemically important financial institutions — FSB Recommendations and Time Lines'.

(3)

Id-Direttiva 2013/36/UE tagħmilha ċara li l-metodoloġija ta' identifikazzjoni u ta' allokazzjoni hija armonizzata fl-Istati Membri kollha bl-użu ta' parametri uniformi u trasparenti għad-determinazzjoni ta' punteġġ kumplessiv ta' entità biex titkejjel l-importanza sistemika tagħha. Sabiex jiġi żgurat li l-kampjun tal-banek u l-gruppi bankarji kemm tal-Unjoni kif ukoll dawk awtorizzati f'pajjiżi terzi jservi bħala referenza biex tiġi riflessa s-sistema finanzjarja globali huwa uniformi madwar l-Unjoni, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tiddetermina dan il-kampjun. Esklużjonijiet u żidiet għal dan il-kampjun ibbażati fuq ġudizzju superviżorju għandhom jintgħażlu strettament biex jiżguraw il-funzjoni tiegħu bħala terminu ta' referenza u ma għandhomx ikunu bbażati fuq raġunijiet oħra.

(4)

Il-proċess ta' identifikazzjoni tal-G-SII għandu jkun ibbażat fuq dejta komparabbli u għandu jqis li l-istituzzjonijiet jeħtieġu ċarezza dwar jekk u f'liema ammont japplika għalihom rekwiżit ta' bafer, għalhekk, l-iskadenzi u l-proċeduri għal dan il-proċess għandhom jiġu inklużi fil-metodoloġija. Madankollu, peress li l-identifikazzjoni tal-G-SIIs għandha tkun ibbażata fuq dejta aġġornata fir-rigward tal-kampjun ta' gruppi bankarji globali kbar li xi wħud minnhom huma awtorizzati f'pajjiżi terzi, id-dejta meħtieġa mhux se tkun disponibbli qabel it-tieni nofs ta' kull sena. Sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-istatus tagħhom bħala G-SII, ir-rekwiżit ta' bafer għandu jidħol fis-seħħ minn madwar sena wara l-identifikazzjoni tagħhom bħala G-SII.

(5)

Id-Direttiva 2013/36/UE tistipula ħames kategoriji li jkejlu l-importanza sistemika, li jikkonsistu minn indikaturi kwantifikabbli. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet, dawn il-kategoriji huma identiċi għal dawk applikati mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. Biex ikompli jiddefinixxi l-indikaturi kwantifikabbli, dan ir-Regolament għandu jsegwi l-istess approċċ. L-indikaturi għandhom jintgħażlu biex jirriflettu l-aspetti differenti ta' esternalitajiet negattivi potenzjali ta' falliment ta' entità u l-funzjonijiet kritiċi tagħha għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Is-sistema ta' referenza għall-valutazzjoni ta' importanza sistemika għandha tkun is-swieq finanzjarji globali u l-ekonomija globali.

(6)

Sabiex tiġi stabbilita metodoloġija preċiża għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-G-SIIs skont ir-regoli bażiċi stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, huwa importanti li l-kunċetti ta' “entità rilevanti”, “valur tal-indikatur”, “denominatur” u “punteġġi limitu” jiġu ċirkoskritti b'mod ċar billi jiġu definiti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(7)

L-importanza sistemika ta' kull grupp bankarju mkejla permezz tal-indikaturi fuq bażi konsolidata għandha tkun espressa bħala punteġġ kumplessiv individwali għal sena partikolari li jkejjel il-pożizzjoni tiegħu relattiv għal entitajiet oħra fil-kampjun. Il-banek għandhom jiġu identifikati bħala G-SIIs u allokati lis-subkategoriji li għalihom japplikaw rekwiżiti ta' bafer kapitali differenti, abbażi ta' dan il-punteġġ kumplessiv. Meta jiġi kalkolat il-punteġġ bħala medja tal-punteġġi tal-kategorija, kull wieħed mill-ħames kategoriji għandu jirċievi piż ta' 20 %. Għandu jiġi applikat limitu massimu għall-kategorija ta' sostitwibbiltà għall-finijiet tal-kalkolu tal-punteġġ kumplessiv peress li, abbażi ta' analiżi tad-dejta sas-sena 2013 inkluża l-istess sena, din il-kategorija wriet li għandha impatt għoli b'mod sproporzjonat fuq il-punteġġ għall-banek li huma dominanti fil-provvista ta' ħlas, sottoskrizzjoni u servizzi ta' kustodja tal-assi.

(8)

L-awtoritajiet rilevanti għandu jkollhom l-għażla li jużaw valutazzjoni superviżorja tajba biex jallokaw mill-ġdid G-SII minn subkategorija aktar baxxa għal waħda ogħla jew biex jinnominaw entità bħala G-SII li jkollha punteġġ kumplessiv aktar baxx mill-punteġġ limitu tal-iktar subkategorija baxxa. Peress li din l-identifikazzjoni permezz ta' ġudizzju superviżorju tikkondividi l-istess objettiv bħala l-proċess ta' punteġġ regolari, il-kriterju li fuqu dan il-ġudizzju għandu jiġi bbażat għandu jkun ukoll l-importanza sistemika tal-bank għas-suq finanzjarju globali u għall-ekonomija globali, konsistenti mal-metodoloġija użata mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. Ir-riskju ta' falliment tal-bank ma għandux ikun kriterju, peress li huwa diġà rrappurtat f'rekwiżiti prudenzjali oħra, inter alia fl-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u, fejn applikabbli, b'aktar rekwiżiti tal-fondi proprji bħar-riżerva għar-riskju sistemiku.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni.

(10)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(11)

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015, peress li r-rekwiżit biex jinżamm bafer tal-G-SII stipulat fl-Artikolu 131(4) tad-Direttiva 2013/36/UE ser japplika u ser jiġi introdott gradwalment mill-1 ta' Jannar 2016. Għalhekk, biex l-istituzzjonijiet jiġu informati f'ħin xieraq bil-bafer tal-G-SII applikabbli lilhom u biex jingħatalhom biżżejjed żmien biex jiksbu l-kapital meħtieġ, il-G-SIIs għandhom jiġu identifikati sa mhux iktar tard minn kmieni fl-2015.

(12)

Ir-rekwiżit tal-bafer tal-G-SII għandu jiġi introdott gradwalment matul perjodu ta' tliet snin skont l-Artikolu 162(5) tad-Direttiva 2013/36/UE: l-ewwel fażi tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 162(5)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 għal dawk il-G-SIIs li ġew identifikati minn awtoritajiet rilevanti kmieni fl-2015, abbażi tad-dejta ta' tmiem is-sena finanzjarja qabel Lulju 2014. It-tieni fażi msemmija fl-Artikolu 162(5)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE tar-rekwiżit tal-bafer tal-G-SII għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017 għal dawk il-G-SIIs li ġew identifikati minn awtoritajiet rilevanti sal-aħħar tal-2015 jew sa mhux iktar tard mill-bidu tal-2016, abbażi tad-dejta ta' tmiem is-sena finanzjarja qabel Lulju 2015,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jispeċifika l-metodoloġija skont liema l-awtorità msemmija fl-Artikolu 131(1) tad-Direttiva 2013/36/UE (minn hawn 'il quddiem imsejħa “awtorità rilevanti”) ta' Stat Membru tidentifika, fuq bażi konsolidata, entità rilevanti bħala istituzzjoni globali sistemikament importanti (G-SII), u l-metodoloġija għad-definizzjoni ta' subkategoriji tal-G-SIIs u l-allokazzjoni tal-G-SIIs għal dawk is-subkategoriji abbażi tal-importanza sistemika tagħhom u, bħala parti mill-metodoloġija, skedi ta' żmien u d-dejta li għandha tintuża għall-identifikazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Entità rilevanti” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE;

(2)

“Valur tal-indikatur” tfisser għal kull indikatur stabbilit fl-Artikolu 6 u għal kull entità rilevanti tal-kampjun il-valur individwali tal-indikatur u għal kull bank awtorizzat f'pajjiż terz, valur individwali komparabbli divulgat pubblikament skont l-istandards miftiehma internazzjonalment;

(3)

“Denominatur” tfisser għal kull indikatur, il-valur aggregat totali tal-valuri tal-indikaturi tal-entitajiet rilevanti u l-banek awtorizzati f'pajjiżi terzi tal-kampjun;

(4)

“Punteġġ limitu” tfisser valur tal-punteġġ li jiddetermina l-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn il-ħames subkategoriji kif definiti fl-Artikolu 131(9) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 3

Parametri komuni għall-metodoloġija

1.   L-ABE tidentifika kampjun ta' istituzzjonijiet jew gruppi li l-valuri tal-indikatur tagħhom għandhom jintużaw bħala valuri ta' referenza li jirrappreżentaw is-settur bankarju globali għall-fini tal-kalkolu tal-punteġġi, b'kunsiderazzjoni tal-istandards miftiehma internazzjonalment, b'mod partikolari l-kampjun użat mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja għall-identifikazzjoni ta' banek globali sistemikament importanti u tinnotifika l-awtoritajiet rilevanti tal-entitajiet rilevanti inklużi fil-kampjun sal-31 ta' Lulju ta' kull sena.

Il-kampjun jikkonsisti minn entitajiet u banek rilevanti awtorizzati f'pajjiżi terzi u jinkludi l-akbar 75 minnhom, abbażi tal-iskopertura totali kif definita fl-Artikolu 6(1), kif ukoll entitajiet rilevanti li ġew maħtura bħala G-SIIs u banek f'pajjiżi terzi li kienu nominati bħala globali sistemikament importanti fis-sena preċedenti.

L-ABE teskludi jew iżżid entitajiet jew banek rilevanti awtorizzati f'pajjiżi terzi, jekk ikun neċessarju biex tiġi żgurata sistema ta' referenza adegwata għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika tas-swieq finanzjarji globali u l-ekonomija dinjija u sa dan il-punt, b'kunsiderazzjoni għall-istandards miftiehma internazzjonalment inkluż il-kampjun użat mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja.

2.   L-awtorità rilevanti tirrapporta l-valuri tal-indikatur ta' kull entità rilevanti b'miżura ta' skopertura 'l fuq minn EUR 200 biljun li hija awtorizzata fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha lill-ABE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju ta' kull sena. L-awtorità rilevanti tiżgura li l-valuri tal-indikatur huma identiċi għal dawk sottomessi lilll-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u għal dawk divulgati minn dik l-entità rilevanti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 (3). L-awtorità rilevanti tuża l-mudelli stabbiliti fih.

3.   L-ABE tikkalkula d-denominaturi, abbażi tal-valuri tal-indikatur irrappurtati mill-awtorità rilevanti skont il-paragrafu 2, b'kunsiderazzjoni tal-istandards miftiehma internazzjonalment, b'mod partikolari d-denominaturi ppubblikati mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja għal dik is-sena, u tinnotifikahom lill-awtoritajiet rilevanti. Id-denominatur tal-indikatur ikun l-ammont aggregat tal-valuri tal-indikatur bejn l-entitajiet u l-banek rilevanti kollha awtorizzati f'pajjiżi terzi fil-kampjun, kif irrappurtat għall-entitajiet rilevanti skont il-paragrafu 2 u divulgat mill-banek awtorizzati f'pajjiżi terzi fil-31 ta' Lulju tas-sena rilevanti.

Artikolu 4

Il-proċedura tal-identifikazzjoni

1.   L-awtorità rilevanti tikkalkula l-punteġġi tal-entitajiet rilevanti li huma inklużi fil-kampjun notifikat mill-ABE, li huma awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħha, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru ta' kull sena. Fejn l-awtorità rilevanti, fl-eżerċizzju ta' valutazzjoni superviżorja korretta, tinnomina entità rilevanti bħala G-SII skont l-Artikolu 131(10)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità rilevanti tikkomunika dikjarazzjoni dettaljata bil-miktub dwar ir-raġunijiet tal-valutazzjoni tagħha lill-ABE sa mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru ta' kull sena.

2.   L-identifikazzjoni ta' entità rilevanti bħala G-SII u l-allokazzjoni għal subkategorija jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar tat-tieni sena wara s-sena kalendarja meta d-denominaturi jkunu ġew determinati skont l-Artikolu 3.

Artikolu 5

L-identifikazzjoni bħala G-SII, id-determinazzjoni tal-punteġġi u l-allokazzjoni għal subkategoriji

1.   Il-valuri tal-indikatur ikunu bbażati fuq dejta rrapportata tal-entità rilevanti ta' tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, fuq bażi kkonsolidata, u għal banek awtorizzati f'pajjiżi terzi fuq dejta divulgata f'konformità ma' standards miftiehma internazzjonalment. L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jużaw valuri tal-indikatur ta' entitajiet rilevanti li t-tmiem tas-sena finanzjarja tagħhom huwa t-30 ta' Ġunju bbażat fuq il-pożizzjoni tagħhom fil-31 ta' Diċembru.

2.   L-awtorità rilevanti tiddetermina l-punteġġ ta' kull entità rilevanti tal-kampjun bħala l-medja sempliċi tal-punteġġi tal-kategorija soġġett għal punteġġ massimu tal-kategorija ta' 500 punt bażi għall-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà. Kull punteġġ tal-kategorija jiġi kkalkulat bħala l-medja sempliċi tal-valuri li jirriżultaw mid-diviżjoni ta' kull valur tal-indikatur ta' dik il-kategorija bid-denominatur tal-indikatur notifikat mill-ABE. Il-punteġġi jiġu espressi f'punti bażi u jiġu mqarrba lejn l-eqreb punt bażi sħiħ.

3.   L-inqas punteġġ limitu jkun ta' 130 punt bażi. Is-subkategoriji jiġu allokati kif ġej:

(a)

is-subkategorija 1 tinkludi punteġġi minn 130 sa 229 punt bażi;

(b)

is-subkategorija 2 tinkludi punteġġi minn 230 sa 329 punt bażi;

(c)

is-subkategorija 3 tinkludi punteġġi minn 330 sa 429 punt bażi;

(d)

is-subkategorija 4 tinkludi punteġġi minn 430 sa 529 punt bażi;

(e)

is-subkategorija 5 tinkludi punteġġi minn 530 sa 629 punt bażi.

4.   L-awtorità rilevanti tidentifika entità rilevanti bħala G-SII meta l-punteġġ ta' dik l-entità jkun daqs jew ogħla minn l-inqas punteġġ limitu. Deċiżjoni biex tinħatar entità rilevanti bħala G-SII fl-eżerċizzju ta' ġudizzju superviżorju tajjeb skont l-Artikolu 131(10)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' jekk il-falliment tagħha jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq is-suq finanzjarju globali u l-ekonomija globali.

5.   L-awtorità rilevanti talloka G-SII għal subkategorija skont il-punteġġ tagħha. Deċiżjoni biex G-SII tiġi allokata mill-ġdid minn subkategorija baxxa għal waħda iktar għolja fl-eżerċizzju ta' ġudizzju superviżorju tajjeb skont l-Artikolu 131(10)(a), tad-Direttiva 2013/36/UE tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' jekk il-falliment tagħha jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq is-suq finanzjarju globali u l-ekonomija globali.

6.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu jiġu appoġġati minn indikaturi anċillari, li ma jkunux indikaturi tal-probabbiltà li l-entità rilevanti tfalli. Tali deċiżjonijiet jinkludu informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dokumentata sew u verifikabbli.

Artikolu 6

Indikaturi

1.   Il-kategorija li tkejjel id-daqs tal-grupp tikkonsisti minn indikatur wieħed daqs l-iskopertura totali tal-grupp kif speċifikat aktar fl-Anness.

2.   Il-kategorija li tkejjel l-interkonnettività tal-grupp mas-sistema finanzjarja tikkonsisti fl-indikaturi kollha li ġejjin, kif speċifikat aktar fl-Anness:

(a)

assi intra sistemi finanzjarji;

(b)

obbligazzjonijiet intra sistemi finanzjarji;

(c)

titoli pendenti.

3.   Il-kategorija li tkejjel is-sostitwibbiltà tas-servizzi jew tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp tikkonsisti fl-indikaturi kollha li ġejjin, kif speċifikat aktar fl-Anness:

(a)

assi taħt kustodja;

(b)

attività tal-pagamenti;

(c)

tranżazzjonijiet sottoskritti fi swieq tad-dejn u tal-ekwità.

4.   Il-kategorija li tkejjel il-kumplessità tal-grupp tikkonsisti fl-indikaturi kollha li ġejjin, kif speċifikat aktar fl-Anness:

(a)

ammont nozzjonali tad-derivattivi barra l-borża;

(b)

assi inklużi fil-livell 3 ta' valur ġust imkejjel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 (4);

(c)

negozjar u titoli disponibbli għall-bejgħ.

5.   Din il-kategorija li tkejjel l-attività transfruntiera tal-grupp tikkonsisti fl-indikaturi kollha li ġejjin, kif speċifikat aktar fl-Anness:

(a)

pretensjonijiet transġurisdizzjonali;

(b)

obbligazzjonijiet transġurisdizzjonali.

6.   Għad-dejta rappurtata f'muniti oħra minbarra l-Euro, l-awtorità rilevanti tuża r-rata tal-kambju xierqa filwaqt li tqis ir-rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew li tkun applikabbli fil-31 ta' Diċembru u l-istandards internazzjonali. Għall-indikatur tal-attività tal-ħlas kif imsemmi fil-paragrafu 3(b), l-awtorità rilevanti tuża r-rati tal-kambju medji għas-sena rilevanti.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet transizzjonali

B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-ABE tiddetermina l-kampjun biex tidentifika entità rilevanti bħala G-SII għas-sena 2014 sal-14 ta' Jannar 2015. L-awtoritajiet rilevanti jirrapportaw il-valuri tal-indikatur dwar l-entitajiet rilevanti fi ħdan dak il-kampjun abbażi tad-dejta għal tmiem is-sena finanzjarja qabel Lulju 2014 lill-ABE, sal-21 ta' Jannar 2015. Abbażi ta' dawn il-valuri tal-indikatur, l-ABE tikkalkula d-denominaturi għas-sena 2014 sat-30 ta' Jannar 2015. L-awtoritajiet rilevanti jiddeterminaw, abbażi ta' dawk id-denominaturi, il-punteġġi għall-entitajiet rilevanti għas-sena 2014. Huma jidentifikaw ukoll il-G-SIIs u jallokawhom f'subkategoriji. Fl-istess ħin, l-awtorità rilevanti tinnotifika lill-Kummissjoni, lill-BERS u lill-ABE bil-G-SIIs identifikati u tippubblika l-ismijiet tagħhom flimkien mal-punteġġi tagħhom għas-sena 2014 sat-28 ta' Frar 2015.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(2), l-identifikazzjoni ta' entità rilevanti bħala G-SII u s-subkategorija li hija allokata lilha, abbażi tal-punteġġi għas-sena 2014, tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 14).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 tal-11 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 12, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju Nru 1 u 13, u l-Interpretazzjoni Nru 20 tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni tar-Rappurtar Finanzjarju (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 78).


ANNESS

Għall-finijiet tal-Artikolu 6, l-indikaturi jkunu determinati kif ġej:

1.   Skopertura Totali

L-iskopertura totali tkun l-aggregat ta' entrati fil-karti bilanċjali totali u ta' entrati li ma jidhrux fuq il-karti bilanċjali u derivattivi u, fuq bażi kkonsolidata, inklużi entitajiet ikkonsolidati għal finijiet tal-kontabilità iżda mhux għal finijiet regolatorji bbażati fuq ir-riskju, bl-aġġustamenti regolatorji mnaqqsa.

L-iskopertura totali ssegwi l-miżura ta' kontabilità tal-iskopertura (madankollu, bl-użu tal-ambitu usa' ta' konsolidazzjoni) suġġetta għall-prinċipji li ġejjin:

Skoperturi fil-karta bilanċjali, mhux derivattivi huma inklużi fil-miżura ta' skopertura netta ta' dispożizzjonijiet speċifiċi u aġġustamenti fil-valutazzjoni (pereżempju aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-kreditu);

Mhuwiex permess isir innettjar tas-self u d-depożiti.

Kollateral fiżiku jew finanzjarju, garanziji jew mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu mixtrija ma jnaqqsux skoperturi fil-karta bilanċjali.

Entrati fil-karta bilanċjali jkunu l-aggregat ta' dan li ġej:

(a)

l-iskopertura tal-kontroparti ta' kuntratti tad-derivattivi;

(b)

il-valur gross ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs);

(c)

l-iskopertura tal-kontroparti ta' SFTs;

(d)

il-massimu ta' (i) assi oħra b'titoli riċevuti f'SFTs imnaqqsa li huma rikonoxxuti bħala assi u (ii) żero.

Entrati li mhumiex fil-karta bilanċjali jkunu l-aggregat ta' dan li ġej:

(a)

l-iskopertura futura potenzjali ta' kuntratti tad-derivattivi;

(b)

l-ammont nozzjonali ta' elementi li mhumiex fil-karta bilanċjali b'Fattur ta' Konverżjoni tal-Kreditu (CCF) ta' 0 %, b'100 % ta' impenji tal-karti tal-kreditu kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet imnaqqsa, b'100 % ta' impenji revokabbli mingħajr kundizzjonijiet oħra mnaqqsa;

(c)

10 % ta' impenji tal-karti tal-kreditu kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet;

(d)

10 % ta' impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet oħra;

(e)

ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 20 %;

(f)

ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 50 %;

(g)

ammont nozzjonali ta' entrati li mhumiex fuq il-karta bilanċjali b'CCF ta' 100 %.

Għal entitajiet ikkonsolidati għal finijiet ta' kontabilità iżda mhux għal finijiet regolatorji bbażati fuq ir-riskju l-valur tal-indikatur ikun miżjud bl-aggregat ta' dan li ġej:

(a)

l-assi li mhumiex fil-karta bilanċjali;

(b)

l-iskopertura futura potenzjali ta' kuntratti tad-derivattivi;

(c)

10 % ta' impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet;

(d)

impenji oħra li mhumiex fil-karta bilanċjali;

(e)

inqas valur tal-investiment fl-entitajiet ikkonsolidati.

2.   Interkonnettività

Għall-fini tal-indikaturi tal-interkonnettività, l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu definiti bħala li jinkludu banek u istituzzjonijiet oħra li jieħdu d-depożiti, kumpaniji azzjonarji bankarji, negozjanti tat-titoli, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi mutwi, fondi heġġ, fondi tal-pensjoni, banek ta' investiment, u kontropartijiet ċentrali (CCPs). Banek ċentrali u korpi oħra tas-settur pubbliku (pereżempju banek multilaterali tal-iżvilupp) jiġu esklużi, iżda banek kummerċjali tal-Istat jiġu inklużi.

2.1.   Assi Intra Sistema Finanzjarja

Assi Intra Sistema Finanzjarja jkunu l-aggregat tal-fondi ddepożitati ma' jew mislufa lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra u linji impenjati mhux prelevati estiżi għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra, parteċipazzjoni ta' titoli maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra, l-iskopertura attwali pożittiva netta ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u derivattivi barra l-borża (OTC) ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust pożittiv nett.

(a)   Fondi ddepożitati jew mislufa lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra u linji impenjati mhux prelevati

Fondi ddepożitati jew mislufa lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra u linji impenjati mhux prelevati jkunu l-aggregat ta' dan li ġej:

(1)

Fondi ddepożitati jew mislufa lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra inklużi ċertifikati ta' depożitu;

(2)

Linji impenjati mhux prelevati estiżi għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

(b)   Parteċipazzjoni ta' titoli maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra

Din l-entrata tirrifletti l-parteċipazzjonijiet kollha ta' titoli maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra. Il-parteċipazzjonijiet totali jingħaddu fil-valur ġust għal titoli kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju u dawk disponibbli għall-bejgħ; titoli miżmuma sal-maturità jingħaddu b'kost amortizzat.

Parteċipazzjonijiet ta' titoli maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jkunu l-aggregat ta' dan li ġej:

(1)

Titoli ta' dejn garantiti;

(2)

Titoli ta' dejn mhux garantit superjuri;

(3)

Titoli ta' dejn subordinat;

(4)

Karta kummerċjali;

(5)

il-massimu tal-istokk, inklużi l-parità u s-surplus ta' ishma komuni u ppreferuti, bit-tpaċija ta' pożizzjonijiet qosra fir-rigward tal-parteċipazzjonijiet tal-istokk speċifiċi u żero mnaqqsa.

(c)   Tranżazzjonijiet ta' Finanzjament ta' Titoli

Tranżazzjonijiet ta' Finanzjament tat-Titoli jkunu l-aggregat tal-iskopertura attwali pożittiva netta ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.

Il-valur irrappurtat ma jkunx maħsub biex jirrifletti l-ammonti rreġistrati fil-karta bilanċjali. Huwa jirrappreżenta l-ammont uniku legalment dovut għal kull sett tan-nettjar. In-nettjar jintuża biss fejn it-tranżazzjonijiet huma koperti minn ftehim ta' nettjar infurzabbli legalment. Fejn dawn il-kriterji ma jintlaħqux, jingħadd l-ammont tal-karta bilanċjali gross. Tranżazzjonijiet ta' self b'vejikolu (conduit) ma jiġux inklużi.

(d)   Derivattivi barra l-borża (OTC) ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust pożittiv nett

Derivattivi barra l-borża (OTC) ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust pożittiv nett ikunu l-aggregat ta' dan li ġej:

(1)

Valur ġust pożittiv nett, inkluż kollateral miżmum fejn huwa fi ħdan il-ftehim prinċipali ta' netting;

(2)

Skopertura futura potenzjali.

2.2.   Obbligazzjonijiet Intra Sistema Finanzjarja

Obbligazzjonijiet totali intra sistema finanzjarja jkunu l-aggregat ta' depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u derivattivi OTC ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust negattiv nett.

(a)   Depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji

Depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji jkunu l-aggregat ta' dan li ġej:

(1)

Depożiti dovuti lil istituzzjonijiet depożitarji;

(2)

Depożiti dovuti lil istituzzjonijiet finanzjarji mhux depożitarji;

(3)

Linji impenjati mhux prelevati miksuba minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

(b)   Tranżazzjonijiet ta' Finanzjament tat-Titoli

Tranżazzjonijiet ta' Finanzjament tat-Titoli jkunu l-aggregat tal-iskopertura attwali negattiva netta ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.

(c)   Derivattivi OTC ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust negattiv nett

Derivattivi OTC ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom valur ġust negattiv nett ikunu l-aggregat ta dan li ġej:

(1)

Valur ġust negattiv nett, inkluż kollateral provdut jekk huwa fi ħdan il-ftehim prinċipali ta' netting;

(2)

Skopertura futura potenzjali.

2.3.   Titoli Pendenti

L-indikatur jirrifletti l-valur kontabilistiku ta' titoli pendenti maħruġa mill-entità rilevanti. Attività intra finanzjarja u attività oħra ma jkunux distinti.

Titoli totali pendenti jkunu l-aggregat ta' dan li ġej:

(a)

Titoli ta' dejn garantiti;

(b)

Titoli ta' dejn mhux garantit superjuri;

(c)

Titoli ta' dejn subordinat;

(d)

Karta kummerċjali;

(e)

Ċertifikati ta' depożitu;

(f)

Ekwità komuni;

(g)

Ishma ppreferuti u kwalunkwe forom oħra ta' finanzjament subordinat imsemmija fil-punt (c).

3.   Sostitwibilità tas-servizzi jew tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp

3.1.   Attività tal-pagamenti

L-attività tal-pagamenti totali tkun il-pagamenti li jsiru fis-sena tar-rappurtar esklużi pagamenti intragrupp.

Il-valur tal-pagament rilevanti jkun il-valur gross totali tal-pagamenti kontanti kollha mibgħuta mill-grupp ta' rappurtar permezz ta' sistemi ta' trasferiment ta' fondi ta' valur għoli, flimkien mal-valur gross tal-pagamenti kontanti kollha mibgħuta permezz ta' bank aġent (pereżempju bl-użu ta' korrispondent jew kont nostro). Pagament kontanti f'isem l-entità rilevanti kif ukoll dawk magħmula f'isem il-klijenti, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji u klijenti kummerċjali oħra, ikunu inklużi. Pagamenti magħmula permezz ta' sistemi tal-pagament fil-livell tal-konsumtaur ma jkunux inklużi. Pagamenti ħerġin biss jiġu inklużi. Il-valur ikun ikkalkolat f'euro.

3.2.   Assi taħt Kustodja

Il-valur tal-Assi taħt Kustodja jkun il-valur tal-assi kollha, inklużi assi transfruntiera, li l-grupp tar-rappurtar żamm bħala kustodju f'isem il-klijenti, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji minbarra l-grupp tar-rappurtar. Kwalunkwe assi mmaniġġjati jew assi taħt amministrazzjoni li mhumiex klassifikati wkoll bħala assi taħt kustodja ma jiġux inklużi.

3.3.   Tranżazzjonijiet Sottoskritti fi Swieq ta' Dejn u Ekwità

It-tranżazzjonijiet sottoskritti totali fi swieq ta' dejn u ekwità jkunu l-aggregat tal-attività ta' sottoskrizzjoni tal-ekwità u l-attività ta' sottoskrizzjoni tad-dejn.

Is-sottoskrizzjoni kollha fejn il-bank huwa obbligat li jixtri titoli mhux mibjugħa tiġi inkluża. Meta s-sottoskrizzjoni tkun fuq bażi tal-aqwa sforzi (li tfisser li l-bank ma jkunx obbligat li jixtri l-bqija tal-inventarju), dawk it-titoli li ġew effettivament mibjugħa biss jiġu inklużi.

4.   Kumplessità tal-grupp

4.1.   Ammont Nozzjonali ta' Derivattivi barra l-borża (OTC)

Dan l-indikatur ikejjel l-ambitu tal-impenn tal-grupp tar-rappurtar fi tranżazzjonijiet tad-derivattivi OTC u jinkludi t-tipi kollha ta' kategoriji u strumenti tar-riskju. Il-kollateral ma jitnaqqasx meta jiġu rrappurtati l-valuri tad-derivattiv nozzjonali.

L-ammont nozzjonali totali tad-Derivattivi OTC ikun l-aggregat ta' derivattivi OTC ikklerjati permezz ta' kontroparti ċentrali u derivattivi OTC miftiehma b'mod bilaterali.

4.2.   Assi tat-Tielet Livell

Il-valur tal-Assi tat-Tielet Livell ikun il-valur tal-assi kollha li huma pprezzati fuq bażi rikorrenti permezz ta' inputs ta' kejl tat-tielet livell.

4.3.   Negozjar u Titoli Disponibbli għall-Bejgħ

In-Negozjar u t-Titoli Disponibbli għall-Bejgħ ikunu l-ammont totali ta' titoli f'kategoriji tal-kontabilità miżmuma għan-negozju u disponibbli għall-bejgħ bis-subsett ta' titoli miżmuma f'dawk il-kategoriji li huma eliġibbli għal klassifikazzjoni bħala assi likwidi ta' kwalità għolja mnaqqas.

5.   Attività transfruntiera tal-grupp

5.1.   Pretensjonijiet transġurisdizzjonali

Il-valur tal-Pretensjonijiet Transġurisdizzjonali jkun il-valur tal-pretensjonijiet kollha fuq is-setturi kollha li, fuq bażi ta' riskju finali, huma pretensjonijiet transfruntiera, pretensjonijiet lokali ta' affiljati barranin f'munita barranija, jew pretensjonijiet lokali ta' affiljati barranin f'munita lokali, eskluża l-attività tad-derivattivi. Pretensjonijiet transfruntiera jestendu minn uffiċċju f'pajjiż wieħed għal mutwatarju f'pajjiż ieħor. Pretensjonijiet lokali ta' affiljati barranin f'muniti barranin u lokali jestendu mill-uffiċċju lokali tal-bank għal mutwatarji f'dak il-post.

5.2.   Obbligazzjonijiet transġurisdizzjonali

Obbligazzjonijiet transġurisdizzjonali totali jkunu l-aggregat ta' dan li ġej, bi kwalunkwe obbligazzjonijiet barranin ta' uffiċċji relatati msemmija f'punt (b) imnaqqsa:

(a)

Obbligazzjonijiet lokali fil-munita lokali;

(b)

Obbligazzjonijiet barranin (obbligazzjonijiet lokali fil-munita lokali esklużi).


15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1223/2014

tal-14 ta' Novembru 2014

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 rigward l-iskarikar simplifikat tal-proċedura ta' proċessar attiv

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 544 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jipprevedi simplifikazzjoni fl-iskarikar tal-proċedura ta' proċessar attiv. Skont din is-simplifikazzjoni, ċerta merkanzija importata titqies li kienet riesportata jew esportata, għalkemm fil-verità tkun tqiegħdet fis-suq tal-Unjoni mingħajr dikjarazzjoni doganali sussegwenti u mingħajr ħlas ta' dazji ta' importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 544(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jkopri t-twassil ta' ajruplani ċivili. Is-simplifikazzjoni fl-iskarikar tal-proċedura ta' proċessar attiv fir-rigward tal-ajruplani ċivili żżid il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni fil-livell internazzjonali u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' valur miżjud fl-Unjoni.

(3)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 544(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi estiż għall-ajruplani militari sabiex dawn l-ajruplani jibbenefikaw ukoll mill-iskarikar simplifikat tal-proċedura ta' proċessar attiv bħall-ajruplani ċivili.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 544 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

it-twassil ta' ajruplani; iżda, l-uffiċċju ta' sorveljanza għandu jippermetti li l-arranġamenti jiġu skarikati malli l-oġġetti ta' importazzjoni jkunu ntużaw għall-ewwel darba għall-manifattura, tiswija, modifikazzjoni jew konverżjoni ta' ajruplani jew partijiet tagħhom, bil-kundizzjoni li r-rekords tad-detentur huma tali li jagħmluha possibbli biex jiġi verifikat li l-arranġamenti huma applikati u operati b'mod korrett;”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1224/2014

tal-14 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

85,5

MA

80,0

MK

67,1

ZZ

77,5

0707 00 05

AL

62,5

JO

194,1

TR

126,4

ZZ

127,7

0709 93 10

AL

65,0

MA

51,6

TR

124,6

ZZ

80,4

0805 20 10

MA

130,6

TR

74,4

ZZ

102,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

74,2

ZZ

74,2

0805 50 10

TR

88,8

ZZ

88,8

0806 10 10

BR

287,2

LB

369,0

PE

266,8

TR

150,2

US

278,5

ZZ

270,3

0808 10 80

BR

53,4

CA

135,3

CL

85,2

NZ

148,5

US

102,4

ZA

109,9

ZZ

105,8

0808 30 90

CN

75,6

ZZ

75,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali stabbilit bil-Protokoll dwar il-kooperazzjoni kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' 15-il arbitru

(2014/794/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 167(3) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-6 ta' Ottubru 2010. Il-Ftehim jinkludi Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (“il-Protokoll”) li, skont l-Artikolu 1 tiegħu, jistabbilixxi l-qafas li fi ħdanu l-Partijiet jikkooperaw biex jiġu ffaċilitati l-iskambji li jirrigwardaw attivitajiet kulturali, prodotti u servizzi, inkluż fost oħrajn, fis-settur awdjoviżiv.

(2)

Skont l-Artikolu 15.10.5 tal-Ftehim, huwa ġie applikat proviżorjament fir-rigward ta' parti minnu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE (2) (“id-Deċiżjoni”) mill-1 ta' Lulju 2011, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali (“il-Kumitat”) dwar deċiżjonijiet li jkollhom effetti legali għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill filwaqt li jaġixxi f'konformità mat-Trattat.

(4)

L-Artikolu 3bis tal-Protokoll jipprevedi li l-Kumitat għandu, mingħajr dewmien wara l-istabbiliment tiegħu, jistabbilixxi lista ta' 15-il individwu biex iservu bħala arbitri.

(5)

L-Unjoni għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-Kumitat fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' arbitri.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali, stabbilit bil-Protokoll dwar il-kooperazzjoni kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' 15-il individwu biex iservu bħala arbitri għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali, mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI KULTURALI BEJN L-UE U L-KOREA

ta'

dwar l-istabbiliment ta' lista ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 3bis tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI KULTURALI,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-6 ta' Ottubru 2010, u b'mod partikolari l-Artikolu 3bis tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3bis tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni kulturali (“il-Protokoll”) jipprevedi soluzzjoni tat-tilwim kif jinsab fil-Kapitolu Erbatax tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, li permezz tagħha tilwim jiġi solvut permezz ta' rikors għal bord ta' arbitri.

(2)

Fl-eventwalità ta' tilwim, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw sabiex jaslu għal ftehim dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitraġġ.

(3)

Jekk il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitraġġ, il-kompożizzjoni għandha tiġi ddeterminata permezz ta' għażla bil-polza mil-lista stabbilita f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3bis tal-Protokoll.

(4)

Il-Partijiet qablu dwar lista ta' 15-il arbitru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' 15-il arbitru hija b'dan stabbilita f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3bis tal-Protokoll. Il-lista tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi … fi …

Għall-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali

L-Ewwel Viċi Ministru

Ministeru tal-Kultura u l-Isport tat-Turiżmu tar-Repubblika tal-Korea

Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u Kultura

Kummissjoni Ewropea


ANNESS

LISTA TA' ARBITRI

Arbitri proposti mill-UE

James BRIDGEMAN

Ursula KRIEBAUM

Alessandra LANCIOTTI

Hélène RUIZ FABRI

Jan WOUTERS

Arbitri proposti mill-Korea

Byung-Chol YOON

Eun Young PARK

Young Jae CHO

Seung-Soo CHOI

Chang Hwan SHIN

Presidenti

Florentino P. FELICIANO (Filippini)

Juan Antonio DORANTES (Messiku)

Christian HÄBERLI (Svizzera)

Leng Sun CHAN (Malasja)

Teresa CHENG (Ċina)


15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

li temenda l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/335/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2014/795/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1) (“id-Direttiva tal-VAT”), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fis-16 ta' Mejju 2014, il-Litwanja talbet awtorizzazzjoni għal miżura li tidderoga mill-Artikolu 287(11) tad-Direttiva tal-VAT sabiex tkompli teżenta ċerti persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta' EUR 45 000 bir-rata ta' konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni (“il-miżura”). Il-miżura teħles dawk il-persuni taxxabbli minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva tal-VAT.

(2)

Permezz ta' ittra datata s-6 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba magħmula mil-Litwanja. Permezz ta' ittra datata t-12 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Litwanja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkunsidra t-talba.

(3)

Skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar hija diġà disponibbli għall-Istati Membri taħt it-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT. Il-miżura estiża tidderoga mit-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT biss sa fejn il-limitu tal-fatturat annwali tal-persuna taxxabbli għall-iskema speċjali jkun ogħla minn dak permess fir-rigward tal-Litwanja taħt l-Artikolu 287(11) tad-Direttiva tal-VAT, li huwa EUR 29 000.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/335/UE (2), il-Litwanja kienet awtorizzata, bħala miżura derogatorja, li teżenta persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 45 000 sal-31 ta' Diċembru 2014. Peress li dan il-limitu rriżulta f'obbligi tal-VAT imnaqqsa għan-negozji ż-żgħar, il-Litwanja għandha tiġi awtorizzata li testendi l-miżura għal perjodu limitat ulterjuri. Il-persuni taxxabbli xorta jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT.

(5)

Mill-informazzjoni pprovduta mil-Litwanja, l-estensjoni tad-deroga se jkollha biss impatt negliġibbli fuq l-ammont globali ta' dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju finali tal-konsum.

(6)

Id-deroga ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/335/UE, id-data “31 ta' Diċembru 2014” hija sostitwita bi “31 ta' Diċembru 2017”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/335/UE tat-30 ta' Mejju 2011 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 150, 9.6.2011, p. 6.).


15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/46


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2014/796/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1) (“id-Direttiva tal-VAT”), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-1 ta' Lulju 2014, il-Latvja talbet awtorizzazzjoni għal miżura ta' deroga mill-Artikolu 287(10) tad-Direttiva tal-VAT sabiex teżenta ċerti persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 50 000 (“il-miżura”). Il-miżura teħles dawk il-persuni taxxabbli minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva tal-VAT. Miżura bħal din kienet diġà ngħatat lil-Latvja bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/584/UE (2) li skadiet fil-31 ta' Diċembru 2013.

(2)

Permezz ta' ittra datata s-7 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba li saret mil-Latvja. Permezz ta' ittra datata l-11 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Latvja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkunsidra it-talba.

(3)

Skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar hija diġà disponibbli għall-Istati Membri taħt it-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT. Il-miżura tidderoga mit-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT biss sa fejn il-limitu tal-fatturat annwali tal-persuna taxxabbli għall-iskema speċjali jkun ogħla minn dak permess fir-rigward tal-Latvja taħt l-Artikolu 287(10) tad-Direttiva tal-VAT, li huwa EUR 17 200.

(4)

Limitu ogħla għall-iskema speċjali hu miżura ta' simplifikazzjoni peress li dan jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT tal-iżgħar negozji, filwaqt li dik l-iskema speċjali hija fakultattiva għall-persuni taxxabbli u tippermetti lin-negozji jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT.

(5)

Mill-informazzjoni pprovduta mil-Latvja, id-deroga ser ikollha biss impatt negliġibbli fuq l-ammont globali ta' dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju finali tal-konsum.

(6)

Id-deroga ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 287(10) tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika tal-Latvja hija awtorizzat li teżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 50 000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/584/UE tas-27 ta' Settembru 2010 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 256, 30.9.2010, p. 29).


15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/48


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Estonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2014/797/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-26 ta' Mejju 2014, l-Estonja talbet awtorizzazzjoni biex tidderoga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt ta' tnaqqis tat-taxxa fir-rigward tal-vetturi tal-passiġġieri.

(2)

Permezz ta' ittra datata l-11 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tal-Estonja. Permezz ta' ittra datata t-12 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Estonja li kellha l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tikkunsidra t-talba.

(3)

L-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE jistabbilixxu d-dritt ta' persuna taxxabbli li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq provvisti ta' oġġetti u servizzi rċevuti minn dik il-persuna għall-użu fit-tranżazzjonijiet taxxabbli ta' dik il-persuna. Il-punt (a) tal-Artikolu 26(1) ta' dik id-Direttiva jobbliga lill-persuni taxxabbli biex jiddikjaraw il-VAT fil-każ ta' użu mhux kummerċjali ta' assi kummerċjali.

(4)

Ta' spiss huwa ferm diffiċli li jiġi identifikat bi preċiżjoni x'jikkostitwixxi l-użu mhux kummerċjali, u anke meta dan ikun possibbli, il-mekkaniżmu biex isir dan huwa ta' spiss oneruż. Skont l-awtorizzazzjoni mitluba, l-ammont ta' VAT fuq in-nefqa eliġibbli għat-tnaqqis fir-rigward ta' vetturi tal-passiġġieri li ma jintużawx esklużivament għal skopijiet kummerċjali għandu, b'xi eċċezzjonijiet, jkun iffissat f'rata perċentwali fissa. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment, l-awtoritajiet Estonjani jemmnu li rata ta' 50 % hija ġustifikabbli. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, ir-rekwiżit li tiġi ddikjarata l-VAT fuq l-użu mhux kummerċjali ta' vetturi tal-passiġġieri għandu jkun sospiż meta dawk il-vetturi jkunu ġew soġġetti għal limitazzjoni awtorizzati b'din id-Deċiżjoni. Dik il-miżura ta' simplifikazzjoni tneħħi l-ħtieġa li jinżammu rekords dwar l-użu mhux kummerċjali ta' vetturi kummerċjali u tipprevjeni l-evażjoni tat-taxxa permezz ta' kontabilizzar ħażin.

(5)

Il-limitazzjoni tad-dritt ta' tnaqqis skont l-awtorizzazzjoni mitluba għandha tapplika għall-VAT imħallsa fuq ix-xiri, il-kiri fit-tul, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' vetturi tal-passiġġieri speċifikati u fuq l-infiq marbut magħhom, inkluż ix-xiri ta' fjuwil.

(6)

L-awtorizzazzjoni mitluba għandha tapplika biss għall-vetturi tal-passiġġieri b'piż massimu awtorizzat ta' mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li ma għandhomx aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq. Kull użu mhux kummerċjali tal-vetturi tal-passiġġieri li jaqbżu t-3 500 kilogramma jew li għandhom aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq huwa negliġibbli minħabba l-karatteristiċi ta' dawk il-vetturi jew it-tip ta' kummerċ li għalih jintużaw. Għandha tiġi pprovduta wkoll lista ddettaljata tal-kategoriji ta' vetturi tal-passiġġieri li mhumiex awtorizzati, abbażi tal-użu partikolari tagħhom.

(7)

L-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata fiż-żmien sal-31 ta' Diċembru 2017, biex tkun tista' ssir analiżi tan-neċessità u l-effikaċja tagħha u tar-rata ta' tqassim bejn l-użu kummerċjali u dak mhux kummerċjali li hija bbażata fuqha.

(8)

Fil-każ illi l-Estonja tikkunsidra li estensjoni tal-awtorizzazzjoni lil hinn mill-2017 tkun neċessarja, hija għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017, li jinkludi analiżi tal-perċentwal applikat flimkien mat-talba għal estensjoni.

(9)

Id-deroga se jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Estonja hija awtorizzata li tillimita d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) rigward in-nefqa fuq vetturi tal-passiġġieri li ma jintużawx esklużivament għal skopijiet kummerċjali għal 50 %.

Artikolu 2

B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Estonja ma għandhiex tittratta l-użu għal skopijiet mhux kummerċjali ta' vettura tal-passiġġieri, inkluża fl-assi tan-negozju ta' persuna taxxabbli, bħala provvista ta' servizzi bi ħlas, fejn dik il-vettura kienet suġġetta għal limitazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkopri x-xiri, il-kiri fit-tul, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' vetturi tal-passiġġieri li ma jintużawx esklużivament għal skopijiet kummerċjali u n-nefqa relatata magħhom, inkluż ix-xiri ta' fjuwil.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għal vetturi tal-passiġġieri b'piż massimu awtorizzat ta' mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li għandhom mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq.

Artikolu 5

L-Artikoli 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-kategoriji ta' vetturi tal-passiġġieri li ġejjin:

(a)

vetturi mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, għall-kiri jew għall-kiri fit-tul;

(b)

vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri għal tariffa, inklużi servizzi tat-taksi;

(c)

vetturi użati biex jingħataw lezzjonijiet tas-sewqan.

Artikolu 6

1.   Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2017.

2.   Kull talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni prevista f'din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2017 u tiġi akkumpanjata minn rapport li jinkludi analiżi tal-perċentwali stabbilit fl-Artikolu 1.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/50


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Novembru 2014

li temenda l-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/432/KEE rigward il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta'annimali bovini u suwini ġewwa l-Unjoni u r-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa relatati mat-Trichinella għall-kummerċ tas-suwini dometiċi ġewwa l-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2014) 8336)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/798/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali bovini u ta' suwini fl-Unjoni. Din tipprovdi, fost l-oħrajn, li waqt it-trasport lejn id-destinazzjoni tagħhom, l-annimali bovini u suwini għandu jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-Mudell 1 jew 2 kif xieraq, kif stabbilit fl-Anness F tagħha.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (2), id-diversi ċertifikati tas-saħħa meħtieġa fil-kuntest tal-kummerċ fl-Unjoni għandhom jiġu ppreżentati abbażi tal-mudell armonizzat anness ma' dak ir-Regolament.

(3)

Filwaqt li jitqiesu l-adattamenti li għandhom isiru fil-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti bħala l-Mudell 1 u 2 fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE, jinħtieġ ukoll li jiġi adattat il-format ta' dawk il-mudelli ta' ċertifikati tas-saħħa.

(4)

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2(e) u 3 fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 64/432/KEE skadew fil-31 ta' Diċembru 2000 u għalhekk ma għandhomx jibqgħu jikkostitwixxu għażla ta' ċertifikazzjoni fil-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa stabbilit bħala l-Mudell 1 fl-Anness F ta' dik id-Direttiva.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 (3) jistabbilixxi regoli għad-determinazzjoni tal-istatus tal-impriżi fejn jinżammu s-suwini domestiċi.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 (4) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2075/2005 fih previst rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-operaturi tan-negozju tal-ikel biex jiksbu rikonoxximent uffiċjali ta' impriżi li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni u jagħti deroga mid-dispożizzjonijiet tal-ittestjar tal-qatla lil impriżi bħal dawn.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2014 (5) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2075/2005 jikkjarifika liema kundizzjonijiet japplikaw meta s-suwini domestiċi għat-tgħammir u l-produzzjoni jiġu ttrasferiti minn impriża għal oħra permezz ta' ċentri tal-ġbir.

(8)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-reġim xieraq tal-ittestjar għat-Trichinella waqt il-qatla, u l-istatus tal-impriża tad-destinazzjoni ta' suwini domestiċi għat-tgħammir u l-produzzjoni ma jkunx ipperikolat, l-informazzjoni dwar ir-rikonoxximent uffiċjali tal-impriża tal-oriġini tal-annimali li qed jiġu nnegozjati, li tapplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005, għandha tiġi inkluża fil-mudell ta' ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni ta' suwini stabbilit bħala l-Mudell 2 fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE.

(9)

Għaldaqstant, l-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2014 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 302, 22.10.2014, p. 46).


ANNESS

“ANNESS F

Mudell 1

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali tal-ispeċi bovina għat-tgħammir/il-produzzjoni/il-qatla

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell 2

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal suwini għat-tgħammir/il-produzzjoni/il-qatla

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/61


DEĊIŻJONI Nru 4/2014 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-23 ta' Ottubru 2014

rigward il-mandat li għandu jingħata lill-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

(2014/799/UE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tal-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(6)(d) tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jeħtieġ li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jissorvelja l-istrateġija ġenerali taċ-ĊŻI u jagħmel superviżjoni tal-ħidma tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI.

(2)

Il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI għandu jagħmel superviżjoni tal-ħidma taċ-ĊŻI (Artikolu 2(7)(b)), jadotta l-programm u l-baġit taċ-ĊŻI (Artikolu 2(7)(c)) u jippreżenta rapporti u evalwazzjonijiet perjodiċi lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (Artikolu 2(7)(d)).

(3)

L-Istatuti u r-Regoli ta' Proċedura taċ-ĊŻI adottati permezz tad-Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE (l-“Istatuti taċ-ĊŻI”) u r-Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 5/2004 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE (ir-“Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI”), jipprovdu s-salvagwardji f'termini ta' informazzjoni u superviżjoni mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE.

(4)

Fid-39 sessjoni tiegħu li saret fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2014 f'Najrobi, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE qabel, f'Dikjarazzjoni Konġunta, li jkompli bl-għeluq ordnat taċ-ĊŻI u bl-emendament tal-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u, għal dan il-għan, iddeċieda li jagħti delega ta' setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex imexxi din il-materja 'l quddiem bil-ħsieb li jiġu adottati d-deċiżjonijiet meħtieġa.

(5)

Id-Dikjarazzjoni Konġunta hawn fuq imsemmija tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE stabbilixxiet il-Grupp ta' Ħidma Konġunt AKP-UE (il-“GĦK”) biex jiżgura li ċ-ĊŻI jingħalaq taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE b'dan jawtorizza lill-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI biex jieħu, b'effett immedjat, il-miżuri xierqa kollha biex jipprepara għall-għeluq taċ-ĊŻI.

2.   L-għeluq taċ-ĊŻI għandu jirrispetta l-kompetenzi tal-awtoritajiet superviżorji taċ-ĊŻI stabbiliti fl-Anness III tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u l-modalitajiet stipulati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fid-Dikjarazzjoni Konġunta tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2014.

Artikolu 2

1.   Il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI għandu kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard mit-23 ta' Diċembru 2014, iqabbad Kuratur b'kuntratt biex jipprepara u jimplimenta pjan ta' għeluq, kif ukoll biex imexxi ċ-ĊŻI waqt il-proċess li jwassal għall-għeluq tiegħu.

2.   Il-pjan tal-għeluq għandu jippermetti l-għeluq taċ-ĊŻI b'mod ordnat, waqt li jirrispetta d-drittijiet tal-partijiet terzi kollha involuti, u jassigura li l-proġetti ta' appoġġ lis-settur privat li għaddejjin bħalissa jitlestew miċ-ĊŻI stess jew minn entità li lilha tista' tiġi assenjata t-tmexxija tagħhom.

3.   Il-pjan tal-għeluq għandu jipprevedi l-finalizzazzjoni tal-għeluq gradwali taċ-ĊŻI sal-31 ta' Diċembru 2016. Il-pjan tal-għeluq għandu jinkludi ż-żmien meħtieġ biex isiru l-pagamenti finali, ir-rapporti finali u l-awditi finanzjarji u statutorji bil-ħsieb tal-għeluq taċ-ĊŻI sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 3

1.   F'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, l-Istatuti taċ-ĊŻI u r-Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għandu jirċievi l-pjan tal-għeluq adottat mill-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI.

2.   Il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI għandu jipprovdi rapporti ta' kull tliet xhur lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar il-progress li jkun sar fil-proċess tal-għeluq.

Artikolu 4

Il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI ser jikkonsulta lill-GĦK dwar l-abbozz tat-Termini ta' Referenza għall-Kuratur imsemmi fl-Artikolu 2(1), kif ukoll dwar l-abbozz tal-pjan tal-għeluq u l-abbozz tal-proposta għall-kwittanza.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell fit-23 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

S. SANNINO


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u mill-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).


  翻译: