Informazzjoni nazzjonali u formola online rigward ir-Regolament Nru 650/2012 li jagħmilha aktar faċli biex iċ-ċittadini jittrattaw l-aspetti ġuridiċi tas-suċċessjoni internazzjonali
Ir-Regolament 650/2012 tal-4 ta' Lulju 2012 li japplika mis-17 ta' Awwissu 2015, jagħmilha eħfef għaċ-ċittadini li jittrattaw l-aspetti ġuridiċi ta' suċċessjoni internazzjonali billi jiżgura li suċċessjoni transfruntiera tiġi ttrattata b'mod koerenti, skont liġi waħda u minn awtorità waħda.
Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka u l-Irlanda.
Ir-Regolament jintroduċi wkoll Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĊES). Iċ-ĊES jinħareġ mill-awtorità li tittratta s-suċċessjoni, u jista' jintuża mill-werrieta, il-legatarji, l-eżekuturi testamentarji u l-amministraturi tal-patrimonju biex ikun ta' prova għall-istatus tagħhom u biex jeżerċitaw id-drittijiet jew is-setgħat tagħhom fi Stati Membri oħra. Ladarba jinħareġ, iċ-ĊES ikun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtieġa ta' ebda proċedura speċjali.
Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna dwar is-suċċessjonijiet, jew ikkonsulta l-gwida għaċ-ċittadini tagħna dwar is-suċċessjonijiet transfruntiera.
Filwaqt li huwa rrakkomandat bil-qawwa li l-formola taċ-ĊES timtela online, teżisti l-possibbiltà li titniżżel il-verżjoni Word (216 KB) tal-formola taċ-ĊES. Madankollu, ta’ min jinnota li l-kontenut tal-formola jikkorrispondi kompletament mal-annessi tar-Regolament, u li t-test ipprovdut fih m’għandux jiġi alterat. L-alterazzjoni tat-test ipprovdut jista’ jkollu impatt fuq il-validità tal-formola.
Sottomissjoni ta’ formoli lill-awtorità kompetenti
Il-formoli mimlija għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti rilevanti b’mod mitlub mill-awtorità. Aktar informazzjoni dwar id-dettalji ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti, il-leġiżlatura nazzjonali rilevanti eċċ. tinsab fit-taqsima tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew. Din il-paġna fiha skedi informattivi nazzjonali ddedikati, li wħud minnhom jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli mimlija.
Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċeduri mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Sa tmiem l-2024, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel fil-formoli (dinamiċi) online għall-iskop ta’ dawk il-proċedimenti u proċeduri. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-formoli tad-dokumenti Pubbliċi, li fi fihom ir-Renju Unit m’għandux jintgħażel.
Jekk jogħġbok innota li jekk taqbeż it-30 minuta ta' inattività, kull ma daħħalt jintilef jekk ma tissejvjax abbozz!
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament : 25/04/2022