Skip to main content
Shaping Europe’s digital future

Il-pakkett tal-2024 dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali

Ir-rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali tal-2024 isegwi l-progress tal-UE lejn trasformazzjoni diġitali li tkun ta’ benefiċċju għan-nies, għan-negozji u għall-ambjent.

Il-Perkors tal-Ewropa Lejn it-Trasformazzjoni Diġitali tagħha 

Kull sena mill-2023, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-Istat tad-Deċennju Diġitali. Ir-rapport jesplora l-progress tal-UE fit-trasformazzjoni diġitali tagħha, imkejla f’4 oqsma ewlenin: l-infrastruttura diġitali, il-ħiliet diġitali, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u d-diġitalizzazzjoni tan-negozji. Ir-rapport ta’ din is-sena jesplora wkoll il-muturi u l-isfidi ewlenin, inkluż il-paradigma ġeopolitika attwali, il-kuntest ekonomiku kumpless, influwenzat minn teknoloġiji ġodda bħall-IA ġenerattiva, u l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività. Dan jenfasizza l-ħtieġa li n-nies u s-soċjetajiet jinżammu involuti f’kuntest dejjem aktar ibridu u kumpless. Fl-aħħar nett, il-pubblikazzjoni tenfasizza wkoll il-pożizzjoni tal-UE bħala innovatur tal-politika globali u tiddiskuti kif tista’ tissaħħaħ il-bażi industrijalital-UE.

Għall-ewwel darba, ir-rapport tal-2024 jevalwa l-Pjanijiet Direzzjonali Strateġiċi Nazzjonali tad-Deċennju Diġitali adottati mill-IstatiMembrifl-2023. Jipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn l-isforzi ta’ diġitalizzazzjonitagħhom, joffri rakkomandazzjonijiet għal titjib, u jimmonitorja l-applikazzjoni tad-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali.

Ir-rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali tal-2024 huwa twissija,li tħeġġeġlill-Istati Membri jagħmlu sforzi akbar. Hija tidentifika bħala kwistjonijietewleninin-nuqqas ta’ progress suffiċjenti lejn l-objettivi u l-miri, u d-disparitajiet sinifikanti fost l-Istati Membri. Dawn il-kwistjonijiet huma analizzati f’raggruppamenti, definiti madwar il-kontribut tagħhom għal: 

  • UE kompetittiva, sovrana u reżiljenti 
  • it-tħassiru l-għoti tas-setgħa lin-nies 
  • l-ingranaġġ tat-trasformazzjoni diġitali għal ekoloġizzazzjoni intelliġenti 
  • l-armonizzazzjoni tal-politiki u l-infiq diġitali 

Immappjar tal-Progress

Is-suċċess tad-Deċennju Diġitali huwa ta’ importanza kbira għall-prosperità u l-kompetittività tal-Ewropa. Il-miri jenfasizzaw mhux biss it-tkabbir ekonomiku, iżda wkoll il-benesseri tas-soċjetà tagħna. Id-Deċennju Diġitali jirrappreżenta opportunità sinifikanti għall-UE biex issawwar il-futur tagħha, tingrana t-teknoloġiji diġitali biex tixpruna l-innovazzjoni, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja, u tiżgura soċjetà sostenibbli u inklużiva.

Madankollu,ir-rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali jqajjem tħassib dwar il-prestazzjoni tal-UE fit-trasformazzjoni diġitalitagħha. Huma meħtieġa azzjonijiet urġenti biex jitħaffef il-progress u jiġi żgurat approċċ koordinat. L-UE għadha ma laħqitx bis-sħiħ il-konverġenza fuq il-biċċa l-kbira tal-miri u l-objettivi, u l-pass tal-progress fuq xi miri huwa aktar bil-mod milli antiċipat. Dan huwa partikolarment minnu fl-oqsma tal-ħiliet, il-konnettività ta’ kwalità għolja, l-adozzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) u l-analitika tad-data min-negozji, is-semikondutturi, u l-ekosistemi tan-negozji ġodda. Barra minn hekk, il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku Diġitali għad irid jiġi sfruttat, speċjalment minħabba li t-tranżizzjoni diġitali għad trid titlesta.

Il-progress kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE ma kienx adegwat, u għad hemm ammont konsiderevoli ta’ frammentazzjoni skont il-linji nazzjonali. Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jikkollaboraw u jżommu l-impenji li ħadu fuq il-pjanijiet direzzjonali strateġiċi tagħhom. 

Kif tinnaviga r-rapportidifferenti?  

Hawn taħt se tkun tista’ tniżżel ir-rapport ewlieni u l-annessi tiegħu. Għandek issib ukoll 2Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal (SWDs) u nota metodoloġika segwiti minn firxa ta’ studji ta’ sostenn. Il-biċċa l-kbira tal-links iwasslu għal verżjonijiet PDF li jistgħu jitniżżlu.

 

L-Awstrija

Franza

Malta

 

Il-Belġju

Il-Ġermanja

Netherlands
  Il-Bulgarija Il-Greċja Il-Polonja
  Il-Kroazja L-Ungerija Il-Portugall
  Ċipru L-Irlanda Ir-Rumanija
  Iċ-Ċekja L-Italja Is-Slovakkja
  Id-Danimarka Il-Latvja Is-Slovenja
  L-Estonja Il-Litwanja Spanja
  Il-Finlandja Il-Lussemburgu L-Iżvezja

 

Il-pakkett jinkludi wkoll:

Kontenut Relatat

Ħarsa globali

Id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa

L-UE qed issegwi viżjoni sostenibbli u ċċentrata fuq il-bniedem għas-soċjetà diġitali matul id-deċennju diġitali biex tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lin-negozji.

Ara Wkoll

Ambaxxaturi ta' DigitalEU

L-Ambaxxaturi ta' DigitalEU jlaqqgħu flimkien ġurnalisti, edituri u influwenzaturi, attivi fil-qasam diġitali u dak tat-teknoloġija.

  翻译: